Wirja ta' Presepju Mekkanizzat fl-Ufficcini Amministrattivi Godda tal-Kunsill Lokali tal-Birgu fil-Berga ta' Franza

Mill-lum 9 ta’ Dicembru sa’ 30 ta’ Dicembru 2011 il-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien ma’ Sur Vincent Mizzi se jesebixxu presepju mekkanizzat fil-Berġa ta’ Franza, fejn se jsiru l-ufficcini amministrattivi l-godda ta’ l-istess Kunsill fi Triq Hilda Tabone. Dan il-wirja li hija l-ewwel wahda tax-xorta taghha organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Birgu se tkun miftuha ghal pubbliku kuljum mid-disgha ta’ filghodu sa nofsinhar  u mill-hamsa ta’ wara nofsinhar sa l-ghaxra ta’ filghaxija. Il-Kunsill jistieden lil pubbliku ngenerali sabiex  izur din l-esebizzjoni u ma jitlifx din l-opportunita’. Dan il-presepju mekkanizat se jiġi esebit għall-ewwel darba wara ħafna xogħoljiet li saru għal matul dawn l-aħħar tlett snin. Il-kobor ta’ dan il-presepju huwa ta’ 10 piedi b`9 piedi u huwa magħmul kollhu bil-qxur ta’ siġar. Id-dhul ghal din l-esebizzjoni huwa minghajr hlas.