Restawr tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq San Lawrenz
Il-Kunsill tal-Birgu bl-għajnuna ta’ l-iskema ta’ finanzjament għar-restawr ta’ positijiet storiċi żgħar maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, beda restawr fuq in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq San Lawrenz
In-Niċċa tal-Madonna tal-Karmnu, li tinsab taħt il-kampnar ta’ l-istess knisja fi Triq San Lawrenz, hija waħda mill-eqdem li jinsabu fuq din il-Gżira. Meta ġew il-Franċiżi ta’ Napuljun, kienet mitluqa fl-art imma wara t-tmexxija tal-Gżira, ġiet f`idejn il-Kummisarju Ball, ordna li titqiegħed f`postha. Dan sseħħ bejn l-1798 u l-1800. In-niċċa jidher li sabet min jieħu ħsiebha sew u hija mżejna bi pjastri korinto u skultura irfinita. Għandha wkoll indulġenzi għal min juri qima lejn ix-xbieha bid-data 5 ta’ Settembru 1870, żmien l-Isqof Pace Forno. Din l-istatwa apparti li hija tassew sabiħa, hija wkoll ta’ valur storiku kbir.
|
|


























