Il-Kunsill Lokali tal-Birgu u ta’ San Pawl il-Baħar nominati ghall-Premju tal-European Enterprise Awards
Press Release
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu u ta’ San Pawl il-Baħar nominati għall-Premju tal-“European Enterprise Awards”
Fl-20 ta’ Novembru, 2009 il-Kunsill Lokali tal-Birgu u dak ta’ San Pawl il-Baħar flimkien mall-Kunsilli Lokali l-oħra li kienu qegħdin jikkompetu fil-fażi finali tal-“Local Council Enterprise Support Award” li kien qiegħed jiġi organizzat mill-Uffiċju tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika fl-Uffiċju tal-Prim Ministru, ġew infurmati mid-Diviżjoni tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment dwar l-inizjattiva tal-“European Enterprise Awards.
Iż-żewġ Kunsilli Lokali, dak tal-Birgu u ta’ San Pawl il-Baħar ħadu din l-opportunita u rrispondew fil-pozittiv sabiex dawn iż-żewġ Kunsilli Lokali jiġu nominati mid-Diviżjoni tal-Kummerċ f’żewġ kategoriji differenti tal-“European Enterprise Awards 2010”.
Din l-inizjattiva ġiet imnedija ħames snin ilu mill-Kummisjoni Ewropea fejn għaliha jistgħu japplikaw u jiġu nominati l-pajjiżi kollha msieħba fl-Unjoni Ewropea u dawk ta’ l-Islanda, n-Norveġja u t-Turkija. Fl-24 ta’ Frar, 2010, iż-żewġ kunsilli rispettivi ġew imgħarfa li n-nomina tagħhom għal wieħed mill-premjijiet tal-“European Enterprise Awards 2010” ġew milqugħa u ġew magħżula fost il-finalisti.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ser ikun jikkompeti mal-finalisti fil-kategorija tal-“Promozzjoni tal-Intraprenditorija”
Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ser ikun fost il-kompetituri finalisti fil-Kategorija tat-“Titjieb tal-Ambjent Kummercjali”.
Iż-żewġ Kunsilli Lokali ġew mistiedna mid-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriżi żgħar u l-Industrija fi ħdan l-Unjoni Ewropea għall-konferenza “Getting SMEs on the Road to recovery – The Small Business Act for Europe and European Enterprise Awards 2010: exchange of good practice”, fejn magħha ser tkun inkorporata ċ-ċerimonja tal-Preżentazzjoni lir-rebbieħa ta’ dawn il-premjijiet prestiġjużi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea bil-kollaborazzjoni tal-Presidenza Spanjola ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dawn iz-zewg avvenimenti ser isiru fil-belt Kapitali Spanjola, Madrid fejn nhar it-Tnejn 31 ta’ Mejju, 2010 tinghata bidu ghall-konferenza fejn mahsuba tigi mnaqqsa l-lista tal-kandidati għall-Premju, fejn imbagħad filgħaxija fi “Real Fabrica de Tapices” fil-preżenza tal-Viċi President ta’ l-Umani, t-Taljan Antonio Tajani, l-Ministru Spanjol ta’ l-Industrija, Turiżmu u l-Kummerc, l-Onorevoli Miguel Sebastien u l-President tal-Kumitat tar-Reġjuni. L-Għada t-Tlieta 1 ta’ Ġunju, 2010 titkompla l-konferenza fejn isir “workshop” dwar l-aspetti tal-implimentazzjoni ta’ “The Small Business Act” fejn iż-żewġ Kunsilli ser jipparteċipaw fihom.
Għal dawn iż-żewġ avvenimenti mportanti, l-Kunsill Lokali tal-Birgu ser ikun rappreżentat mis-Sindku s-Sur John Boxall u mis-Segretarja Eżekuttiva s-Sinjorina Christine Bonello, fejn minn naħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ser ikun jirrapreżentawh is-Sinjorina Graziella Galea Sindku u mill-Kunsillier is-Sur Peter Abela.




























