Zjara mill-Onorevoli Evarist Bartolo - Ministru tal-Edukazzjoni u Xoghol fil-Librerija Regjonali f`Couvre Porte fil-Birgu.

Zjara mill-Onorevoli Evarist Bartolo,  Ministru tal-Edukazzjoni  u Xoghol fil-Librerija Regjonali f`Couvre Porte fil-Birgu.

 

Nhar il-Hamis 17 t`April, 2014, il-Ministru tal-Edukazzjoni u Xoghol, l-Onorevoli Evarist Bartolo ghamel zjara fil-Librerija Regjonali fejn ftit tal-gimghat ilu giet trasferita f`Couvre Porte.

Din iz-zjara saret wara stedina li saret mill-Kunsill Lokali tal-Birgu lill-Onorevoli Evarist Bartolo sabiex jintwera x-xoghol li sar f`din il-Librerija Regjonali mill-haddiema tal-ETC assenjati mal-Kunsill, fl-iskema ‘’Xoghol fil-Komunita’’ u mill-haddiema tal-istess Ministeru tal-Edukazzjoni mid-Direttorat tal-Libreriji. Is-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall  akkumpanjat mill-Kunsillier, is-Sur Lorry Attard, mis-Segretarja Ezekuttiva, is-Sinjorina Fiona Said, mill-Principal tal-Kullegg Santa Margerita, is-Sinjura Maria McNamara u mill-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali taz-Zghazagh wara li dawwar lill-Onorevoli Ministru Evarist Bartolo mal-Librerija Regjonali, ghan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Birgu irringrazzjah talli ghogbu jaghmel din il-vizita, u wisq aktar tal-ghajnuna kbira li tah lill-istess Kunsill sabiex din il-Librerija tkun stasferita mill-Berga tal-Ingliterra ghal Couvre Porte, fejn ftit taz-zmien ilu kienu l-ufficini amministrattivi tal-Kunsill.

 

Minn naha tieghu, l-Onorevoli Ministru rreciproka r-ringrazzjament tieghu lejn il-haddiema sfiqa tal-Kunsill Lokali tal-Birgu b`risq l-Edukazzjoni f`pajjizna u tal-ghajnuna kbira tal-istess Kunsill li tah sabiex din il-Librerija Regjonali tigi trasferita mill-Berga tal-Ingliterra ghal Couvre Porte, fejn f`din il-Berga ftit tal-gimghat ohra ser tkun ser tilqa` ghal ewwel darba fi gziritna; ‘The International Institute on Justice and the Rule of Law’.

 

Matul din iz-zjara, il-Ministru Evarist Bartolo intaqa` wkoll mal-Kunsill Lokali taz-Zghazagh tal-Birgu, fejn ghalihom kienet l-ewwel darba li ltaqaw personalment ma` Ministru daqshekk vicin u ntervjenu matul id-diskussjoni. Ghal din iz-zjara fejn kienet prezenti wkoll il-Principal tal-Kullegg Santa Margerita, is-Sinjura Maria McNamara, anke hija wriet is-sodisfazzjon kbir ghal mod ta` kif jirrispondi fil-pront il-Kunsill Lokali tal-Birgu  u jkun fuq quddiem net biex jghin u jaghti s-support kollhu mehtieg f`attivitajiet li jigu organizzati mill-Kullegg Santa Margerita. Is-Sinjura McNamara fahret il-mod ta` kif hija organizzata  din il-Librerija Regjonali u ta` kif kontinwament, il-Kunsill Lokali tal-Birgu jinvesti fil-kotba u l-qari ghat-tfal ta` eta` tenera.

 

Fi tmiem ta` din iz-zjara, il-Ministru tal-Edukazzjoni u Xoghol u kemm is-Sindku tal-Birgu weghdu l-ghajnuna kollha possibli sabiex is-settur edukattiv ikompli jitjieb b`risq it-tfal kollha ta` dawn l-inhawi fil-Gzejjer Maltin.