Wirja ta' Presepju Mekkanizzat fl-Uffiċini Amministrattivi Ġodda tal-Kunsill Lokali tal-Birgu fil-Berġa ta' Franza

Mil-lum 9 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Diċembru, 2011, il-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien mas-Sur Vincent Mizzi se jesebixxu presepju mekkanizzat fil-Berġa ta’ Franza, fejn se jsiru l-uffiċini amministrattivi l-ġodda tal-istess Kunsill fi Triq Hilda Tabone. Din il-wirja li hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Birgu se tkun miftuħa għall-pubbliku kuljum mid-disgħa ta’ filgħodu sa nofsinhar u mill-ħamsa ta’ wara nofsinhar sal-għaxra ta’ filgħaxija. Il-Kunsill jistieden lill-pubbliku nġenerali sabiex iżur din l-esebizzjoni u ma jitlifx din l-opportunita’. Dan il-presepju mekkanizzat se jiġi esebit għall-ewwel darba wara ħafna xogħljiet li saru għal matul dawn l-aħħar tliet snin. Il-kobor ta’ dan il-presepju huwa ta’ 10 piedi b`9 piedi u huwa magħmul kollhu bil-qxur ta’ siġar. Id-dħul għal din l-esebizzjoni huwa mingħajr ħlas.