WIĊĊ ĠDID GĦAD-DAĦLA TAL-BIRGU


 

 

 

 

Illum, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, filwaqt li żar xogħlijiet ta’ tisbiħ u restawr li qed isiru fil-Birgu, ħabbar li se jinbeda x-xogħol fuq proġett ta’ tisbiħ li se jagħti dehra ġdida fid-daħla ta’ din il-Belt. Dan il-proġett jinkludi t-tindif tal-foss ta` quddiem id-daħla ta’ Couvre Porte kif ukoll se jiġi rijabilitat l-ispazju ta` quddiem din id-daħla li oriġinarjament kien jifforma parti mill-glacis ta` quddiem dan l-istess sur. B'dan il-proġett ser jinħoloq spazju ġdid miftuħ li filwaqt li jikkumplimenta x-xogħol ta` restawr jagħti dehra iktar dinjituża lid-daħla tal-belt fortifikata tal-Birgu. Dan il-proġett se jinkludi pavimentar b'materjal naturali u tisbiħ permezz tat-turf. B’hekk, kull min jidħol il-Birgu jkun jista' japrezza aktar din il-Belt fortifikata. F' dan il-kuntest, postijiet bħall-Foss u l-Posta ta` Kastilja li sal-lum ma kienux milħuqa tajjeb mill-pubbliku ser jitgawdew aħjar ukoll.

 

Dan għaliex fix-xhur li għaddew sar xogħol fuq it-twaqqiegħ tal-Oil Depot minn taħt il-Posta ta` Kastilja, biex issa minflok dan il-bini ser jinħoloq ukoll spazju miftuħ. B’hekk, filwaqt li jkompli joħroġ dejjem aktar il-ġmiel tal-fortifikazjonijet, minn dak il-post wieħed se jkun jista' jidħol ukoll fis-swar u jdur mal-Birgu. Dawn il-proġetti jiffurmaw parti mill-proġett estensiv ta’ restawr ta’ swar li qed isir fil-Birgu, l-Belt, l-Imdina u ċ-Ċitadella, b’investiment ta’ €36m b’għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

 

Il-Ministru Pullicino saħaq li “hu nteressanti li b’dan il-proġett ta’ restawr ridna mhux biss li nerġgħu nikxfu l-wiċċ u d-dehra oriġinali u msebbħa tas-swar, iżda wkoll ridna li nagħtu spazju u opportunita biex il-familji japrezzaw aktar il-fortifikazjonijet imprezzabbli li għandna.” Il-Ministru Pullicino fakkar li f’dan il-kuntest, apparti l-proġett ta’ bini ta’ ċentru interattiv dwar il-fortifikazzjonijiet li qed isir fi Biaggo Steps fil-Belt Valletta, fil-Birgu mal-faċċata tal-Bastjun ta’ San Ġwann inbniet ħnejja biex terġa tintroduċi sens ta’ kontinwita’ fil-linja tas-swar u b’hekk tgħaqqad il-bastjun li kien twaqqa' biex minn ġo fih tgħaddi t-triq li hemm illum.

 

Ma' din il-lista ta’ proġetti fil-Birgu ,se jinbeda proġett ieħor dak ta’ pavimentar fit-toroq kollha ta’ l-aktar parti antika tal-Birgu, dik li tissejjaħ il-Collachio. Bħala parti minn dan il-proġett se titwaqqaf skema biex inħajru t-tneħħija ta` gallarijiet, twieqi u gradi tal-aluminium li jkerrhu l-ambjent u minflok jiġu sostitwiti b’oħrajn tal-injam. Bil-proġetti kollha li qed isiru fil-Birgu qed isir investiment ta’ €9 miljun.

 

 

Vittoriosa’s old entrance to be given  a new look

 

 

The Couvre Porte counterguard in Vittoriosa is to be restored to its former glory and will once again become an imposing structure.

 

The project, unveiled by Resources Minister, George Pullicino, yesterday, is expected to be completed in 18 months’ time.

 

The small bastion will be surrounded by a lawn and new paving, and the parking area adjacent to what once was Vittoriosa’s main gate will be moved away from the bastions.

 

This latest project is part of a €36 million investment in the country’s historical bastions, of which €9 million is being spent on Vittoriosa alone.

 

One of the main aims of the project, financed by the European Regional Development Fund, is to recover the “proper legibility” of the fortifications and restore them.

 

Part of St John’s Bastion, for instance, had been demolished to allow vehicles through, and recently the government built an arch to allow people to walk along the bastion walls.

 

The elliptical arch, designed with traditional methods in mind, looks bright and new compared with the rest of the weatherworn bastion.

 

In keeping with international conventions, building blocks in the bastions which are beyond repair are being replaced by new blocks without any attempt to make them look as if they were part of the original structure, as this would be construed as falsification.

 

The current bastion was built in the 1720s by French military engineer Charles Francois de Mondion, over existing walls built around the time of the 1565 Great Siege. As works on the arch were going on, the original wall could be identified because of the different methods of construction used.

 

Though these layers, now hidden behind the newly built arch, cannot be seen, a similar cross section will be left bare in another part of the bastions as an archaeological record, Superintendent of Fortifications, Stephen Spiteri said.

 

Mr Pullicino also said that work was underway to turn the ditch surrounding Vittoriosa, which is in a state of neglect, into a garden.

 

Other works in the area included the demolition of the oil bunker built in the 1950s, which has now opened up the view of the bastion it was obstructing.