VOLONTIERA JNADDFU MAD-DAWRA TAL-POSTA TA’ KASTILJA BI PREPARAZZJONI GHALL-BIRGUFEST 2013

 
VOLONTIERA JNADDFU MAD-DAWRA TAL-POSTA TA’ KASTILJA BI PREPARAZZJONI GHALL-BIRGUFEST 2013
 
Matul dawn l-aħħar jiem residenti mill-Birgu wrew interess biex volontarjament inaddfu parti mill-Posta ta’ Kastilja fejn matul dawn l-aħħar xhur saru bosta xogħlijiet ta’ restawr.
Dawn il-volontiera minn din iż-żona neħħew kull xorta ta’ fdalijiet li tħallew mill-kuntratturi li kienu responsabli ta’ xogħlijiet ta’ restawr u nnaddfu mad-dawra kollha tal-Posta ta’ Kastilja. Dan sar bi preparazzjoni għall-attivitaijiet kbar li jsiru f`din il-Belt mill-11 sa 13 t`Ottubru, 2013.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu aprezza ferm ix-xogħol li għamlu dawn il-volontiera li aparti li taw ezempju lir-residenti oħra ta’ kif għandhom jikontribwixu u jagħtu daqqa` t`id lill-istess Kunsill biex din il-Belt tkun waħda l-aħjar nadifa fost il-bliet u rħula fil-gżejjer Maltin, urew ta’ kif il-wirt storiku li din il-Belt Vittoriosa hija miżawda bihom għandu jinżamm biex jitgawda mhux mill-Maltin biss imma mill-barranin li ta’ kuljum qed iżuruha.
Id-dehra li ingħatat lil dan il-post wara li tnaddaf