Varar tal-inbid ‘Vittoriosa 1565’ fl-okkazjoni tal-450 Sena mill-Assedju l-Kbir

Varar tal-inbid ‘Vittoriosa 1565’ fl-okkazjoni

tal-450 Sena mill-Assedju l-Kbir

 

Fl-okkazjoni tal-kommemorazzjoni tal-450 Sena tal-Assedju l-Kbir tal-1565, il-Kunsill Lokali tal-Birgu fost attivitajiet oħra li ser jorganizza biex jikkomemora dan l-avveniment, fl-4 ta` Settembru li ġej fis-sebgħa u nofs ta` filgħaxija fl-uffiċini amministrattiv tiegħu se jkun qed jorganizza attivita biex ikun varat l-inbid VITTORIOSA 1565, li huwa mkabbar mill-oqsma tad-dwieli tal-Kavallieri, SAGRI.V.IT, rappreżentat f'Malta huma Casavini Ltd.

Dan l-inbid huwa Super Umbrian blend ta` Merlot, Cabarnet Sauvignon u Sangiovese, li kienet ivvutata fost l-aħjar għaxar inbejjed tal-2014 minn FORBES magazine, miż-żona tat-Trasimeno Umbria ta` Castello di Magione. F`dan ir-reġjun hemm l-Kastell Magione minn fejn topera l-azjenda, u li fit- 12 –il seklu kien iservi ta` sptar għal dawk il-pelligrini li kienu jkunu fi triqthom lejn l-Art Mqaddsa.

VITTORIOSA 1565 huwa dedikat għal Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann magħrufa bħala l-Ordni ta’ Malta, lill-poplu Malti kollhu,partikularment lill-poplu tal-Birgu u lil belthom bit-titlu ta` Citta Vittoriosa.