Turn Off!! Reach Out!! Proġett Youth in Action

Turn Off!! Reach Out!! Proġett Youth in Action
Birgu, Malta
Advanced Planning Visit 11-12 ta’ Settembru, 2013
 
 
Bejn il-21 u t-28 ta’ Novembru, 2013, ser ikun hawn fostna grupp ta’ hmistax-il żgħażugħ mill-villaġġ ċkejken ta’ Belvì ġewwa Sardinja, l-Italja sabiex flimkien ma’ hmistax-il żgħażugħ mill-Birgu jipparteċipaw fil-proġett Turn Off!! Reach Out!! (T.O.R.O.) taħt il-programm Youth in Action.
Bejn il-11 u t-12 ta’ Settembru, 2013, s-Sinjorina Claudia Sedda, koordinatur tal-proġett għan-naħa tal-Muniċipalita ta’ Belvì ġiet Malta, propjament fil-Birgu sabiex flimkien mas-Sinjura Moira Azzopardi, impjegata tal-Kunsill Lokali tal-Birgu u koordinatur tal-imsemmi proġett, jiddiskutu l-ġimgħa ta’ attivitajiet li hemm preparati għal dawn iż-żgħażagħ.
Matul dawn il-jumejn, is-Sinjorina Sedda kellha laqgħa mas-Sindku, s-Sur John Boxall u l-Viċi Sindku, s-Sur Trevor Mizzi, ġewwa l-uffiċini amministrattivi tal-Kunsill fil-Berġa ta’ Franza. Hija ġiet ukoll murija dak kollu li l-parteċipanti ser iżuru b’mod speċjali l-postijiet ta’ nteress kulturali kollha fil-Birgu fosthom il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Mużew Marittimu u l-Mużew tal-Gwerra li jinkludi fih ix-xelters ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
Is-Sinjorina Claudia Sedda wriet ukoll is-sodisfazzjon tagħha li kienet qegħda żżur il-Belt tal-Birgu wara li bejn l-istess Belt u l-villaġġ ta’ Belvì, disa’ xhur ilu f’Diċembru 2012, ġie ffirmat ġemellaġġ.
 
 
Turn Off!! Reach Out!! (T.O.R.O.) Youth in Action Project
Birgu, Malta
Advanced Planning Visit 11th – 12th September, 2013
 
Between 21 and 28 November, 2013, a group of 15 youngsters from the small village of Belvì in Sardinia, Italy will come to Birgu to meet with 15 young people from Vittoriosa and participate in Turn Off!! Reach Out!! (T.O.R.O.) project under the Youth in Action program.
In this regard, between 11 and 12 September 2013, Ms Claudia Sedda, project coordinator for the Municipality of Belvì came to Malta, and stayed in Vittoriosa where she met with Ms. Moira Azzopardi, employee within the Birgu Local Council and coordinator of this project, discussed the week of activities which is prepared for these youths.
During these two days, Ms Sedda had a meeting with the Mayor, Mr John Boxall and Vice Mayor, Mr Trevor Mizzi. She also visited all sites that the young participants will be visiting during the project, especially the places of cultural interest in Birgu, mainly the Inquisitor's Palace, the Maritime Museum and War Museum which includes the shelters of the Second World War period.
Ms Claudia Sedda also expressed her satisfaction that she was visiting the town of Vittoriosa after, between this City and the village of Belvì, nine months ago in December 2012, a town twinning was signed.