Titnieda l-attivita’ Birgu by Christmas Lights
L-istorja tal-attivita tal-Milied ser tiehu l-hajja fit-toroq tal-Birgu mifruxa fuq zewg iljieli bejn il-Gimgha 19 u s-Sibt 20 ta' Dicembru, 2008. L-avveniment "Birgu By Christmas Lights" diga huwa mistenni li jigbed eluf ta' persuni kif sehh fl-ewwel edizzjoni s-sena li ghaddiet. Din is-sena, l-attivita ser tkun mifruxa fuq zewg iljieli u din issegwi s-success li gabet l-attivita tas-sena l-ohra, " Carols by Christmas Lights". F'dawn l-iljieli, l-Birgu se jizzarma mid-dawl elettriku uhlief ghad-dawl dekorattiv li jgibu maghhom il-granet tal-Milied u jinxteghel biss id-dawl tax-xemgha. Dan thabbar matul konferenza ta' l-ahbarijiet indirizzata mis-Sindku, s-sur John Boxall, li ghaliha attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni Dr. Chris Said. Filwaqt li tkellem dwar l-attivitajiet li l-kunsill Lokali qieghed jorganizza f'dak il-lokal, John Boxall qal li dan kollu jsir ghax il-Kunsill ghandu ir-residenti warajh li jappoggjaw kull inizjattiva li tittiehed biex jaraw il-lokal taghhom jissebah. John Boxall fahhar l-impenn tas-Segretarju Parlamentari Chris Sail ghall-interess li jiehu u l-ghjnuna li jaghti fil-hidma tal-Kunsilli Lokali. Il-ko-ordinatur ta' dawn l-attivitajiet Noel Castill spjega li fl-ewwel serata f'Misrah ir-Rebha mis- 6 ta' filghaxija -il quddiem se jkun hemm programm shih ta' ghanjiet tal-Milied, zfin, kant bis-sehem ta' madwar 300 tifel u tifla taht id-direzzjoni ta' Analise u Alison Ellul. Izjed tard jitlaq marc minn triq il-mina l-Kbira filwaqt li fid-9:15 fil-Knisja ta' Maria Annunzjata jibda programm tal-Milied min "The Fanfare Brass Quintet" taht id-direzzjoni ta; Emanuel Spagnol filwaqt li fil-knisja ta' Santa Skolastika jibda programm ta' ghanjiet tal-Milied minn Ghaxaq Folk Ensemble. Minbarra hekk se jkun hemm ukoll presepju haj bis-sehem ta' diversi atturi b'ilbies tal-epoka u anke annimali marbutin mal-grajja tal-Milied, produzzjoni ta' l-Ghaqda Kultura u Armar Maija Annunzjata, Tarxien. Ikun hemm ukoll muzicisti bi strumenti tradizzjonali u diversi vjolinisti jdoqqu ghanjiet tal-Milied. F'Misrah ir-Rebha fit 8 ta' filghaxija jibda kuncert mil-Banda tal-Forzi Armata ta' Malta u izjed tard jkun hemm ukoll marc mil-banda tal-Pulizja. Fl-10 jibda kuncert mil-banda tal-Pulizija akkumpanjata minn Ludwig Galea. Is-Sibt il-programm jibda bi 'Christmas Talent Show' bis-sehem ta' diversi korijiet, skejjel taz-zfin u kantanti zghazagh filwaqt li fil-Knisja Parrokjali ta' San Lawrenz jkun hemm programm tal-Milied imtella' mil-grupp Enkor. Fi triq Hilda Tabone u fi Triq il-Mina l-Kbira jkun hemm "The Big Friends Guggen Musik", grupp ta' muzicisti lebsin ta' Santa Clause. Fl-inhawi tal-knisja ta' San Lawrenz, jkun hemm presepju haj fuq stil tradizzjonali animat minn madwar 20 attur minn St. Philip Paegaent Group u l-Kumitat Kultura Ghaqda Banda San Filep, Zebbug. il-qofol ta' l-attivitajiet li jintlahaq f'The Christmas Parade fejn fit 8 ta' filghaxija tibda parata spetakolari tal-Milied bis-sehem ta' Big friends Guggen Musik, diversi animaturi, karattri tal- cartoons, u madwar 400 zeffien min diversi skejjel taz-zfin bis-sehem ta' diversi kantanti. Il-postijiet kollha ta' interess storiku u kulturali, muzewijiet u esebizzjonijiet li se jintramaw f'din l-okkazzjoni ser jkunu miftuhin ghall-pubbliku sa tard bil-lejl. Barra mil-attivitajiet se jintramaw ukoll stands ta' l-ikel fejn se jinbiegh ikel tradizzjonali tal-Milied. Chris Said qal li matul dawn l-ahhar 15-il sena, il-KLunsill Lokali tal-Birgu gharaf jahdem bil-bagit li kellu u llum sar titjib kbir fil-lokalita. Qal li l-kunsill irnexxielu jghaqqad flimkien lir-residenti kif ukoll l-ghaqdiet tal-lokal li flimkien jahdmu ghal ghan wiehed, dik li jsebbhu l-lokal taghhom. Intant is-Sindku habbar li l-Kunsill Lokali jinsab ghaddej bil-preparamenti tieghu ghal attivitajiet simili fid-dawl tax-xemgha ghal Hamis ix-Xirka
|
|



























