Symposium Dwar European Walled Towns

Symposium Dwar European Walled Towns
 
 
Għal darb’oħra l-Kunsill Lokali tal-Birgu reġa’ attenda għas-symposium tal-European Walled Towns, li tiegħu l-Kunsill ilu membru sa mill-bidu tiegħu. Il-Kunsill kien rappreżentat mis-Sindku, s-Sur John Boxall u mill-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard, fejn is-Sindku, kien mistieden biex jaghmel preżentazzjoni dwar il-Birgu u s-swar li jdawwar din il-Belt.
 
Id-delegazzjoni tal-Birgu marret f’Capdepera (Majorca), Spanja fil-15 ta’ Mejju fejn iltaqgħet ma’ rappreżentanti ta’ diversi bliet Ewropej inkluż dawk Maltin (Isla u Belt Valletta).
 
Is-Symposium dam sa l-20 ta’ Mejju fejn ġew diskussi diversi proġetti biex il-membri ta’ din l-assoċjazzjoni jżidu tagħrif dwar il-kulturi differenti tagħhom. Ġew diskussi wkoll possibilitajiet biex jiġu akkwistati fondi mill-Unjoni Ewropea biex dawn ikunu jistgħu jkabbru aktar interess f’dawn l-ibliet u membri ta’ din l-assoċjazzjoni.
 
Ġew diskussi wkoll possibilitajiet ta’ skambji għaċ-ċittadini u turiżmu bejn il-membri assoċjati.
 
Id-delegazzjoni tal-Birgu kellha diversi laqgħat u ġiet imdawwra ma’ diversi postijiet storiċi f’Capdepera.
 
Is-Sindku, s-Sur John Boxall għamel il-preżentazzjoni tiegħu dwar is-swar tal-Birgu u l-Birgu. Preżentazzjoni li kienet dettaljata b’dati u wiri ta’ video dwar il-Birgu li kien aprezzat ħafna minn dawk preżenti speċjalment membri ġodda ta’ din l-assoċjazzjoni.
 
Is-Symposium ġie fi tmiemu fl-20 ta’ Mejju fejn ir-rappreżentanti tal-Birgu ġew mistiedna għall-Annual General Meeting (A.G.M) f’Derry, l-Irlanda.
 
Dawn huma okkażjonijiet li l-Kunsill tal-Birgu qiegħed jieħu biex ikabbar dejjem aktar l-għarfien fuq il-Belt storika u l-Belt Kapitali Marittima Maltija anke ma’ lokalitajiet simili tagħna barra minn Malta.

 

--------------------------------------------------------------------------------------------------------

 

Symposium for European Walled Towns

 
Once more, the Birgu Local Council attended the symposium for European Walled Towns, to which the Council has been a member from the very beginning. The Council was represented by the Mayor, Mr John Boxall, and the Councilor, Mr Lawrence Attard. The Mayor was invited to present a presentation of Birgu and the bastions surrounding the city.
 
Birgu’s delegation arrived in Capdepera (Majorca, Spain) on the fifteenth of May, and was met with other representatives of cities across Europe, including the Maltese cities Isla and Valletta.
 
The Symposium lasted till the twentieth of May, during which period were discussed a good number of projects in order for the members of the association to broaden their knowledge on different cultures. Possibilities to acquire funds from the European Union to increase interest in these cities and members of this association were also discussed.
 
Also discussed was the possibility of exchanges between the citizens and the tourists of the association’s members.
 
The delegation for Birgu not only was it involved in several meetings, yet also toured around the historical places in Capdepera.
 
The Mayor, Mr John Boxall presented his presentation on the bastions surrounding Birgu and Birgu itself. This presentation was very detailed, updated and also featured a clip about Birgu which was generously complimented by the members especially those new to this association.
 
The Symposium came to an end on the twentieth of May on which the representatives for Birgu were invited to the Annual General Meeting (A.G.M.) in Derry, Ireland.
 
To such occasions, the Council of Birgu takes great interest in participating so that more people would appreciate this Historical and Capital Maritime Maltese City; especially with foreign localities similar to Birgu.