Is-Sindku s-Sur John Boxall / The Mayor Mr John Boxall

 

Is-Sur John Boxall twieled il-Birgu fid-19 t’Ottubru, 1954, iben Charles Boxall u Carmena nee Ancilleri (mejta). Huwa miżżewweġ lil Rita nee Grixti, ukoll mill-Birgu u għandhom tifel, Karl.

F'Marzu 1994, kien elett bħala l-ewwel Sindku tal-Birgu u minn dakinhar ‘il quddiem kien dejjem elett f’din il-pożizzjoni.  B'kollox, huwa kkontesta sitt elezzjonijiet, bl-aħħar waħda tkun dik li saret fil-Gżejjer Maltin fl-10 ta’ Marzu, 2012. Fl-ewwel żewġ elezzjonijiet tal-1994 u l-1998 rispettivament, huwa kkontesta bħala kandidat indipendenti, filwaqt li mill-2001 ‘l hawn hu kkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali f'isem il-Partit Laburista. Illum nisghtu nghidu li John Boxall ilhu Sindku ta` din il-Belt Rebbieha ghal 20 sena.

Bħala Sindku huwa dejjem kien iċ-Chairman tas-sotto-kumitat tal-finanzi tal-Kunsill Lokali, kompost minn sħabu l-Kunsilliera u l-accountant tal-istess Kunsill.

Għal dawn l-aħħar erbatax-il sena huwa rrappreżenta lill-Kunsill Lokali tal-Birgu fil-Kumitat ta’ Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.

Il-Belt fortifikata tal-Birgu ilha membru fil-Walled Towns Friendship Circle għal aktar minn għaxar snin, u fejn is-Sindku, is-Sur John Boxall, irrappreżenta lill-Birgu f'dan assoċjazzjoni għal disa` snin. Din l-assoċjazzjoni tħaddan fiha 41 belt fortifikata minn madwar l-Ewropa.

Fl-2004 il-Kunsill Lokali tal-Birgu sar membru sħiħ tal-A.V.E.C. (Alliance de Villes Européennes de Culture - Alleanza tal-Bliet Kulturali Ewropej). Fi Frar tal-2006, is-Sur John Boxall kien direttament nominat għall-kariga ta’ Viċi President ta' din l-assoċjazzjoni mill-President tal-A.V.E.C. u Viċi Sindku tal-Belt ta’ Arles fi Franza, s-Sur Christian Mourisard.  Is-Sur Boxall kien elett unanimament waqt il-Konferenza Ġenerali li saret f’Evora fil-Portugal, fejn ivvutaw 32 delegat minn 11-il pajjiżi minn madwar l-Ewropa. Matul l-Assemblea Ġenerali tal-A.V.E.C. li saret f’Tours fi Franza bejn il-15 u t-18 ta’ Marzu 2007, u l-Assemblea Ġenerali miżmuma bejn it-22 u t-23 ta’ Marzu 2012 f’Segovja fi Spanja rispettivament, is-Sur John Boxall reġa’ ġie unanimament konfermat bħala Viċi President ta' din l-assoċjazzjoni.

Huwa wkoll imexxi s-sotto-kumitat tal-attivitajiet tal-Birgufest, fi ħdan il-Kunsill , li jorganizza wieħed mill-akbar avvenimenti li jsiru fil-Gżejjer Maltin, dak tal-Birgu fid-Dawl tax-Xemgħa. Għal dawn l-attivitajiet, madwar 125 voluntier mill-lokalita jagħtu s-sehem tagħhom.

Bħalissa, is-Sur John Boxall għandu taħt ir-responsabbiltà tiegħu diversi proġetti tal-Unjoni Ewropea, prinċiparjament il-proġetti ta’ Beyond Signs in the City, Seatoland, Oralities, Qualicities (Bliet ta’ Kwalita) u SECRET (Sustainable Eco-Cultural Responsible European Tourism).

Is-Sur John Boxall, għal dawn l-aħħar sentejn, kien u għadu l-persuna responsabbli għax-xogħlijiet kollha li saru u li qed isiru fil-Berġa ta’ Franza. Dan il-bini uniku ta' valur storiku kbir u li huwa ukoll skedat bħala tal-ogħla grad, kienet devoluta lill-Kunsill Lokali Birgu biex tibda tintuża bħala l-Uffiċċji Amministrattivi tal-Kunsill.

Barra minn hekk, taħt ir-responsabbiltà tiegħu fil-Kunsill Lokali huwa għandu l-proġetti infrastrutturali, tindif pubbliku, dawl tat-toroq u l-ħaddiema assenjati mall-Kunsill Lokali tal-Birgu, inklużi l-ħaddiema tal-IPSL u l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC).

Illum, is-Sur John Boxall jahdem ma`kumpanija privata internazzjonali tas-sigurta dik tal-G4S, fejn huwa il-Human Resource Manger responsabbli mis-security tal-isptar Mater Dei.

 

 

Mr John Boxall was born in Birgu on the 19th of October, 1954., son of Charles Boxall and late Carmena nee Ancilleri. He is married to Rita nee Grixti, also from Birgu and they have a son, Karl.

In March 1994, he was elected as the first Mayor of Birgu, the Maltese Martitime Capital City given the title by the Grand Master of the Knights of St.John, Jean de La Valette ''Citta Vittoriosa'' Since then he was always re elected as Mayor.  In total, he has contested six elections, where the last one was held on the 10th of March, 2012.  In the first two elections held in 1994 and 1998 respectively, he contested as an Independent, while from 2001 onwards he contested the Local Council’s elections on behalf of the Malta Labour Party.
 
Being the Mayor, Mr Boxall was always the Chairman of the financial sub-committee of the Local Council, which committee was formed up together with the other fellow Councillors.  Mr John Boxall also heads the sub-committee of the Birgufest event together with other cultural events.  The Birgufest event committee organizes one of the biggest and most popular events happening in the Maltese Islands, the Birgu by Candlelight event.  This event attracts thousands of people, both local and foreign to this Maritime City of Birgu and is set up with the help of more than 125 volunteers from the Victorious City.
 
For the past fourteen years he has been representing the Birgu Local Council in the Cottonera Rehabilitation Committee, where a year ago he was again appointed by the Minister of Transport and Infrastructure, Hon. Joe Mizzi.
 
The fortified City of Birgu has been a member of the Walled Towns Friendship Circle around Europe for more than a decade, and in which the Mayor, Mr John Boxall, has represented Birgu in this association for nine years. This association embraces 41 fortified cities from around Europe.
 
In 2004 the Birgu Local Council became a full member of A.V.E.C. (Alliance de Villes Européennes de Culture – Alliance of European Cultural Cities), where in February 2006, Mr John Boxall was directly nominated for the post of Vice President of A.V.E.C. by the President of A.V.E.C., Mr Christian Mourisard, and Deputy Mayor of the City of Arles in France.  Mr Boxall was unanimously elected during the General Conference held in Evora in Portugal, in which 32 delegates from 11 countries from around Europe voted in favour.  During the A.V.E.C. General Assembly held in Tours in France between the 15th and 18th March 2007, and the General Assembly held between the 22nd and 23rd March 2012 in Segovia in Spain, Mr John Boxall was respectively unanimously reconfirmed as Vice President of this association.
 
Presently, Mr John Boxall has under his responsibility several EU projects, namely Beyond Signs the Cities, Seatoland, Oralities, Qualicities and SECRET (Sustainable Eco-Cultural Responsible European Tourism), where the projects MedCOAST.net, Beyond Signs in the City and Qualicities were all managed and attained.
 
Mr John Boxall, for the past two years, was and still is the person responsible for all the works that were and are being done in the Auberge de France.  This unique building of great historical value and which is also scheduled as a first grade historical building was devolved to the Birgu Local Council to become the Council’s administrative and principle offices.
 
Furthermore, the Mayor, Mr John Boxall, under his responsibility he has the infrastructural projects, public cleaning, street lighting and all the workers assigned with the Local Council, which include both the IPSL workers as well as the workers assigned by the Employment and Training Corporation (ETC).

 

Today, Mr.John Boxall works with an international private company, G4S, where he is appointed as a Human Resource Manager responsible for the security in Mater Dei Hospital.