Is-servizzi tal-Berga tal-Gvern fil-Birgu f'post gdid
Is-servizzi tal-Berga tal-Gvern fil-Birgu f’post gdid Is-servizzi li jinghataw mill-Berga tal-Gvern fil-Birgu ccaqilqu mill-bini li kien jintuza s’issa ghal wahda mill-Bereg mibnija fi zmien l-Ordni tal-Kavallieri f’Malta, l-Berga tal-Ingilterra fi Triq il-Majjistral. Dan il-bini Storiku, li kien gie devolut mill-Gvern Centrali lill-Kunsill Lokali tal-Birgu, diga jospita fih il-librerija Regjonali fis-sular ta’ fuq, bis-sular t’isfel issa gie ddedikat biex minnu jinghataw is-servizzi medici fil-lokal. L-inawgurazzjoni ta’ din il-berga saret ilbierah minn Joe Cassar, il-Ministru tas-Sahha, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita, minn Chris Said, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u minn John Boxall, is-Sindku tal-Birgu. Il-klinika li kienet tintuza sal-ahhar jiem mhix daqshekk adegwata anke minhabba l-umdita kbira li hemm fil-post. Il-Ministru Joe Cassar spjega kif kien mehtieg li l-berga l-antika ma tibqax tintuza u minflok is-servizz jinghata minn post dinjituz. Hu spjega li din ic-caqliqa, rizultat ta’ hidma kongunta bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali, torbot mal-politika tal-Gvern, dik li sa fejn hu possibli tkun moqdija ahjar fil-lokalita taghha stess. Min-naha tieghu, s-Sindku tal-Birgu kellu kliem ta’ tifhir ghal dan il-pass li hu sejjah important u ta’ gwadann ghar-residenti, u li kien holma li kienet ilha tberran f’mohh il-membri tal-Kunsill Lokali. Hu fisser kif il-qasam tas-sahha hu wiehed mill-prijoritajiet tal-hidma tal-Kunsill, flimkien mal-Edukazzjoni u l-Isport, u dan ghaliex iktar minn 700 resident mill-popolazzjoni ta’ taht it-3,000 li ghandu l-Birgu ghandhom iktar minn 61 sena. John Boxall spjega li fil-qrib il-Gvern se jghaddi iktar propjeta ppublika f’idejn il-Kunsill Lokali u semma, b’mod specifiku l-binja tal-Berga ta’ Franza. Il-ftuh ta’ din il-klinika fil-Berga tal-Ingilterra u l-gheluq tal-Berga l-antika gie milqugh ukoll mill-haddiema li joffru s-servizz mediku, kif spjegat lin-Nazzjon, in-Nursing Officer Josette Scicluna li kienet fil-post. Hi fissret kif ic-caqliq lejn il-bini sabih bhal ma hi l-Berga tal-Ingilterra jhalli effett pozittiv fuq il-pazjenti li jmorru ghall-kura u anke fuq il-haddiema nfushom li joffru s-servizz.
|
|



























