Seminar La Guerra Impossibile nell’Eta' Atomica. Dialogo delle Citta' Bombardate

Seminar "La Guerra Impossibile" nell' Eta' Atomica. Dialogo delle Citta' Bombardate

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar, 2012, ġewwa Valmontone, belt viċin Ruma, fl-Italja, ittella’ seminar dwar bliet Mediterranji bbumbardjati waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, bit-titlu “La Guerra Impossibile” nell’Eta’ Atomica.  Dialogo delle Citta’ Bombardate organizzat mill-ISPROM, kif ukoll bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Valmontone.

Għal dan is-seminar, għan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, attendew is-Sindku, s-Sur John Boxall u s-Sinjura Moira Azzopardi, skrivana tal-istess Kunsill, wara stedina li saret minn Dr Giovanni Lobrano, Professur fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Sassari, kif ukoll Vici Direttur tal-ISPROM, u minn Dr Pierangelo Catalano, Professur fl-Università "La Sapienza" ta’ Ruma fil-Fakulta tal-Liġi u d-Dipartiment tax-Xjenzi Legali, billi l-Kunsill Lokali tal-Birgu huwa assoċċjat fih.  Kienu mistiedna wkoll is-Sindki tal-bliet Taljani ta’ Labico, Amalfi, Cassino, Zagarolo, Colleferro, Montelanico, Palestrina u Vellettri li kollha soffrew ammont kbir ta’ bumbardamenti matul it-tieni Gwerra Dinjija.
 
Waqt dan is-seminar, is-Sindku, s-Sur John Boxall, ġie mitlub biex jirrakkonta minn x’hiex għaddiet il-Belt tal-Birgu waqt dan il-perjodu diffiċli għal Malta, liema rakkont ħoloq interess kbir fost dawk kollha li kien hemm preżenti. 
 
Tkellmu wkoll Massimo Brutti (Professur tad-Dritt Ruman fl-Università "La Sapienza" ta' Ruma), Vincenzo Cannizzaro (Professur tad-Dritt Internazzjonali fl-Universita "La Sapienza" ta’ Ruma), Pietro Marco Giovannoni (Fondazzjoni "G. La Pira "Firenze") u Filippo Vari (Liġi Kostituzzjonali fl-Università Ewropea ta’ Ruma).
 
L-għan prinċipali ta’ dan is-seminar kien li mill-esperjenzi ta’ dawn l-ibliet, wieħed jagħraf aktar il-ħtieġa tal-paċi fid-dinja u nbegħdu dawn il-gwerer inutli li ħlief qerda ma jġibux.
 
Fil-fatt, il-Belt ta’ Valmontone, li ospitat dan is-seminar, hija eżempju ċar, minħabba li matul l-Aħħar Gwerra kienet iġġarfet kompletament u tilfet il-wirt storiku kollu li kienet mgħonija bih, ħlief għall-Palazzo Doria Pamphili, fejn ittella’ dan l-istess seminar.
 
 
Is-Sindku ta’ Valmontone, is-Sur Egidio Ca  lvano, jippreżenta rigal ta’ tifkira lis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall.
The Mayor of Valmontone, Mr Egidio Calvano, presents a memento to the Mayor of Birgu, Mr. John Boxall
   
 
Seminar “ ‘The Impossible War’ in the Atomic Age. Dialogue by bombarded Cities”
 
On Saturday 28th January, 2012, a seminar about Mediterranean cities which were bombarded during the Second World War, entitled “ ‘The Impossible War’ in the Atomic Age. Dialogue by bombarded Cities”, was held in Valmontone, a city near Rome, organised by ISPROM, with the collaboration of the Valmontone Local Council.

Following an invitation by Dr Giovanni Lobrano, Professor at the Faculty of Law at the University of Sassari, as well as Deputy Director of ISPROM (Institute for Studies and the Program for the Mediterranean), and Dr Pierangelo Catalano, Professor at the University "La Sapienza" of Rome Faculty of Law and the Department of Legal Sciences, the Mayor, Mr. John Boxall and Ms Moira Azzopardi, clerk attended on behalf of the Birgu Local Council as the Council is a member of this association. The Mayors of the Italian cities of Labico, Amalfi, Cassino, Zagarolo, Colleferro, Montelanico, Palestrina and Vellettri, which all suffered a great deal of bombings during World War II, were also invited.

During this seminar, the Mayor, Mr. John Boxall, was asked to relate what the City of Birgu had gone through during this difficult period for Malta, which speech created great interest among all those present.

Other speakers included Dr Massimo Brutti (Professor of Roman Law at the University "La Sapienza" of Rome), Dr Vincenzo Cannizzaro (Professor of International Law at the University "La Sapienza" of Rome), Dr Pietro Marco Giovannoni (Foundation "G. La Pira "Florence") and Dr Filippo Vari (Constitutional Law at the European University of Rome).

The main objective of this seminar was that through the experiences of these cities, everyone must recognize the need for peace in the world and to avoid these useless wars which only cause destruction.