IS-SEHEM TA’ TIEĠ MALTI TAL-EPOKA TA’ BEJN L-1600 U L-1800 FIL-BIRGUFEST 2012

IS-SEHEM TA’ TIEĠ MALTI TAL-EPOKA TA’ BEJN L-1600 U L-1800 FIL-BIRGUFEST 2012
 
 
Dan it-tieġ ser jibda b'narrazzjoni dwar kif kienet it-tradizzjoni taż-żwieġ f'dawk iż-żminijiet u ta' kif kienu jsiru l-arranġamenti bejn ġuvni u tfajla, li kien iwassal għaż-żwieġ.
 
Wara ser nassistu għall-ġilwa (purċissjoni), bl-għarajjes taħt il-Baldakkin, fejn tispiċċa biċ-ċerimonja taż-żwieġ.
 
 
F'dan ir-re-enactment ser jipparteċipaw, l-għarus u l-għarusa, il-ġenituri taż-żewġ naħat, erba' ħaddara, erbat ixbejjen tal-Baldakkin, il-qassis, l-abbatini, in-nutar, tal-Qarċilla, tat-Torri Maktur, il-Prufumier, flimkien ma’ ħafna nies oħra lebsin il-kostum Malti, bħal tal-għonella u tar-raħħala, akkumpanjati minn daqq folkloristiku Malti.
 
Dan ir-re-enactment ser jiġi mtella' mis-Sotto Kumitat Kultura fi ħdan is-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq, għall-ewwel darba fil-Birgufest 2012, nhar il-Ġimgħa 19 t’Ottubru bejn id-disgħa ta’ filgħodu (9am) u nofsinhar (12pm).
 
 
Żgur li dan ir-reenactment ser ikun ta’ attrazzjoni kemm għat-turisti kif ukoll għall-eluf ta’ tfal mill-iskejjel tal-istat, privati u tal-knisja li ser iżuru din l-Belt Kapitali u Marittima matul din l-attivita ta’ Birgufest 2012.