Riċeviment Għall-Anzjani Tal-Birgu Fl-Okkażjoni Tal-Festi Tal-Milied

Din is-sena għall-ewwel darba, l-Kunsill Lokali tal-Birgu għall-okkażjoni tal-festi tal-Milied iddeċieda sabiex jorganizza riċeviment għal dawk l-anzjani kollha tal-Birgu li jinsabu rikoverati fi djar jew residenzi tal-anzjani.  Għal dan ir-riċeviment ġew mistiedna jattendu wkoll il-qraba ta’ kull anzjan jew anzjana.

San Vincenz de Paul album

Dar tal-Anzjani ta' Bormla album


L-ewwel riċeviment sar nhar it-Tnejn 20 ta’ Diċembru, 2010 għal dawk l-anzjani rikoverati f’San Vincenz de Paule f’Ħal Luqa, fejn għalih attendew it-tmintax-il anzjan residenti flimkien mal-qraba tagħhom. Dan ir-riċeviment kien animat mill-grupp folkloristiku “Jackson’s Żaqq u Tanbur” fejn biż-żaqq u t-tanbur allegraw lil dawn ir-residenti u qajmulhom nostalġija ta’ tfulithom.

Għal dan ir-riċeviment kien hemm preżenti s-Sindku, s-Sur John Boxall u s-Sinjura Judith Saliba, Kunsilliera responsabbli mill-attivitajiet għall-anzjani.  Tqassmu wkoll rigali u boroż bil-frott lill-anzjani kollha.

L-għada, t-Tlieta 21 ta’ Diċembru, 2010 sar ir-riċeviment għal dawk l-anzjani mill-Birgu rikoverati fid-dar tal-anzjani f’Bormla fejn attendew għalih l-anzjani mistiedna kollha, flimkien mal-qraba tagħhom.  Għal din l-attivita ġie mistieden il-grupp “Camilleri Trio” sabiex jallegra lil dawk kollha preżenti.  Fi tmiem dan ir-riċeviment il-Kunsilliera, s-Sinjura Judith Saliba, qasmet rigali u boroż tal-frott lill-anzjani preżenti.

Matul dawn iż-żewġ attivitajiet ġiet innutata l-espressjoni ta’ ferħ fuq wiċċ l-anzjani kollha għax barra li dan kien riċeviment għall-okkażjoni tal-festi tal-Milied, serva wkoll bħala okkażjoni biex dawn l-anzjani jaraw lil xulxin wara bosta xhur u xi wħud saħansitra anke wara bosta snin.

Huwa l-ħsieb tal-Kunsill Lokali tal-Birgu li s-sena d-dieħla dan ir-riċeviment jerġa’ jsir imma bid-differenza li l-anzjani kollha rikoverati fid-djar tal-anzjani jinġabru kollha f’daqqa f’post wieħed flimkien ma’ qrabathom, u dan biex dawk l-anzjani kollha li l-Bambin jislifhom l-għomor jerġgħu jiltaqgħu fl-aħħar ta’ ħajjithom. 

 

Reception for the elderly of the City of Birgu in the occasion of Christmas

For the first time ever, the Birgu Local Council, in the occasion of Christmas, decided to organize a reception for all those elderly of the City of Birgu who are recovered in homes for the elderly. The Council, for this reception also invited their relatives.

The first party was held on Monday 20th December, 2010, for all the Birgu residents residing at St Vincent de Paule in Luqa, where 18 residents and their relatives attended. The folkloristic group “Jackson’s Pipe Band” entertained them with the “Zaqq & Tambur” where they re-kindled their memories.

For this occasion, the Mayor Mr John Boxall and the Councillor Mrs Judith Saliba, the Councillor responsible for cultural activities for the elderly were present. Gifts as well as fruits were given out to the elderly.

The next day, Tuesday 21st December, 2010, another reception was held for all those elderly residing at the home for elderly in Bormla, where the elderly together with their relatives attended.

For this occasion, the group “Camilleri Trio” were invited to entertain all those present. At the end of this activity, the Councillor, Judith Saliba, gave out the presents and the fruit bags to all the elderly present.

During both activities, one could note the expression of joy on the faces of those present as this reception was not only an occasion to celebrate Christmas, but it also served as an occasion for these elderly to meet after various months and some after various years.

The Birgu Local Council is already planning to hold this reception once again next year, however, with one slight difference, where all the elderly residing at homes will be gathered under one roof together with their relatives, and this will be done so that all those who our Gracious Lord will grant them more years will have the possibility to meet once again.