Propost Ġemellaġġ bejn il-Belt ta’ Belvì f’Sardinja u l-Belt Storika tal-Birgu


Propost Ġemellaġġ bejn il-Belt ta’ Belvì f’Sardinja u l-Belt Storika tal-Birgu
 
                          
 
 
 
 
 
 
Bejn it-13 u s-16 t’April, 2012, is-Sindku, is-Sur John Boxall, flimkien mas-Sinjura Moira Azzopardi, skrivana fil-Kunsill Lokali tal-Birgu, marru fuq żjara uffiċjali ġewwa l-belt ta’ Belvì fil-provinċja ta' Nuoro f'Sardinja,  wara li l-Kunsill Lokali tal-Birgu ġie mistieden mill-Kunsill Lokali ta’ Belvì nnifsu sabiex iżur din il-belt. Din l-istedina tagħmel parti mill-proposta tagħhom fejn urew ix-xewqa li jibdew l-arranġamenti meħtieġa għal ġemellaġġ bejn iż-żewġt ibliet.
 
Matul din iż-żjara qasira f’Belvì, is-Sindku u s-Sinjura Azzopardi kellhom l-opportunità li jattendu l-attivita ta’ "CoolTour a Belvì", avveniment li ġie organizzat għal waqt il-Ġimgħa ta’ Kultura f'din il-belt żgħira u sabiħa fil-qalba ta' Sardinja. Din il-Ġimgħa ta’ Kultura timmira li tippromwovi l-kultura Taljana ta' din il-belt madwar bliet oħra fl-Ewropa.
 
F'din l-okkażjoni, l-Kunsill Lokali ta’ Belvì, b'kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet lokali, organizza numru ta' attivitajiet mingħajr ħlas imfassla biex iqajmu kuxjenza u jiskopru mill-ġdid il-wirt kulturali u naturali tat-territorju tagħhom.
 
F'dan ir-rigward, is-Sur Boxall u s-Sinjura Azzopardi ġew mhurija diversi affarijiet tradizzjonali, fosthom ikel, kostumi, żfin u logħob  tradizzjonali Sard, hekk kif bħall-Belt tal-Birgu, Belvì jorganizza l-Festival tal-Logħob Tradizzjonali. Huma żaru wkoll xi siti kulturali bħall-Mużew tax-Xjenza Naturali, l-Mużew fil-beraħ ta’ Arti Kontemporanja u l-Adventure Park li ser jinfetaħ għall-pubbliku fil-ġimgħat li ġejjin.
 
Waqt li kienu hemmhekk, saret ukoll laqgħa bejn is-Sindku ta’ Belvì, is-Sur Rinaldo Arangino, u s-Sur John Boxall, Sindku tal-Birgu, fejn iddiskutew il-proposta ta' ġemellaġġ bejn iż-żewġt ibliet, kif ukoll inizjattiva oħra ta’ skambju taż-żgħażagħ taħt il-programm ‘Youth in Action’, iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
  
Anki jekk il-Belt tal-Birgu u l-Belt ta' Belvì huma differenti f'ħafna modi, din iż-żjara kienet utli u interessanti u l-Kunsill Lokali tal-Birgu jistenna bil-ħerqa li dawn iż-żewġt ibliet jingħaqdu permezz tal-ftehim ta’ ġemellaġġ li fil-futur jista’ jħalli riżultati pożittivi.
 
 
 
 
Proposed Town Twinning between the Municipality of Belvì in Sardinia and the Historic City of Birgu
 
 
Between the 13th and 16th April, 2012, the Mayor, Mr John Boxall, together with Ms Moira Azzopardi, clerk within the Birgu Local Council, went on an official visit to the City of Belvì in the province of Nuoro in Sardinia after being invited by the Belvì Local Council itself to visit their city as part of their proposal to start the necessary arrangements for a town-twinning between both cities.
 
During their short visit in Belvì, the Mayor and Ms Azzopardi had the opportunity to attend the event ‘CoolTour a Belvì’ which was organised in conjunction with the Culture Week in this small and beautiful village in the heart of Sardenia. This Culture Week aims to promote Italian culture of this village in other cities around Europe.
 
On this occasion, the Belvì Local Council, in collaboration with local organizations, organized a series of free events designed to raise awareness and rediscover the cultural and natural heritage of its territory. 
 
In this regard, Mr Boxall and Ms Azzopardi were showed traditional foods, costumes, dances and traditional Sardinian games, as like the City of Birgu, Belvì organises the Festival of Traditional Games. They also visited several cultural sites like the Museum of Natural Science, the outdoor Museum of Contemporary Art and the Adventure Park.
 
During this visit, a meeting was set between the Mayor of Belvì, Mr Rinaldo Arangino, and Mr John Boxall, Mayor of Birgu, to further discuss this town-twinning proposal and also a Youth Exchange initiative under the Youth in Action programme financed by the European Union.
 
Even though the City of Birgu and the town of Belvì are different in many ways, this visit proved to be very useful and interesting and the Birgu Local Council looks forward to combine these two cities through this town-twinning agreement which in the future will sure leave positive results.