Progett li ser ikompli jgholli l-isem ta` din il-Belt Rebbieha u Kapitali Marittima tal-Gzejjer Maltin


 
 
Progett li ser ikompli jgholli l-isem ta` din il-Belt Rebbieha u Kapitali Marittima tal-Gzejjer Maltin
 
Wasal nofs triq ix-xoghol ta` pavimentar fuq medda ta 8,000metru kwadru t`ucuh ta` toroq tal-Collachio, fil-Birgu. Iz-zona li kienet riservata biss ghall-kavallieri ta` San Gwann u hi moghtija bl-ikbar binjiet storici u importnati ta` zmien l-ordni nbhal bereg u l-Armerija. Il-Progett li qed issir mid-Direttorat tar-Restawr b`investment ta` madwar 3 miljun ewro.
 
Sitt xhur mill-bidu tax-xoghol il-Collachio fil-Birgu qed jilbes libsa gdida bil-pavimentar qed jiehu post it-tarmak li kien jiksi din iz-zona fil-blet li fiha l-Kavallieri qaghdu fl-ewwel snin taghhom f`Malta. S`issa tlestew 10 toroq minn 16-il triq li jaghmlu parti minn 8,000 metru kwadru li jinkludu ghadd ta` pjazzez.
 
 
Il-periti responsabbli minn dan ix-xoghol spjegaw li fl-ahhar parti tal-progett se jitnehhew minn mal-faccati tad-djar il-wires li se jghaddu minn that l-art. Fl-ahhar xhur sar xoghol strutturali b`sistema taht l-art minn fejn se jaghddu s-servizzi kollha tat-triq ghal kull dar.
 
Il-Perit Mario Ellul qal li dan se jsir biex kemm jista` jkun jitnehhew is-servizzi bhal dawk tad-dawl u tat-telekomunikazzjoni minn mal-faccati u biex ikun assigurat li t-triq ma tinqghalax ghalxejn.
 
Il-Perit Dorianne Cachia spjegat li qabel beda l-progett sar studju fuq ic-cangatura originali li kien fadal fl-inhawi. Minnu hargu l-qies, il-kulur u d-disinn tal-pavimentar il-gdid.
 
Il-Perit spjegat li l-qies differenti tac-cangatura tenfasiza l-binjiet storici. Il-pavimentar il-gdid jikkumplimenta c-cangatura originali li fost ohrajn tifforma bankini u kanali tal-ilma tax-xita. Il-perit Dorianne Cachia spjegat li sar xoghol ta` restawr fuq dawn ic-cangaturi.
 
Il-Progett tal-Collachio qed isir b`investiment ta` ftit aktar minn 3 miljun ewro li parti minnhom huma ffinazjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-progett li ghandu jkun lest sa` Frar tas-sena diehla jinkludi sistema ta` dwal godda biex jikkumplimenta max-xoghol li qed isir fil-Collachio.