Prezentazzjoni tal-AED lill-Knisja Parrokjali ta` San Lawrenz, il-Birgu


 Prezentazzjoni tal-AED lill-Knisja Parrokjali ta` San Lawrenz, il-Birgu

 

Nhar il-Hadd 17 ta` April 2016, il-Kunsill Lokali tal-Birgu prezenta apparat mediku tal-Automated External Defibrillator (AED) lill-Arcipriet tal-Parrocca ta` San Lawrenz, il-Kanonku Fr. Joe Mizzi. Din il-prezentazzjoni saret wara l-quddiesa tal-hdax ta` filghodu (11.00am) li ssir fl-istess Knisja mis-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall fil-prezenza tal-Kunsilliera, is-Sur Lawrence Attard u s-Sur Anton Gellel.

 
L-Arcipriet, Fr. Joe Mizzi bid-diskors qasir li ghamel spjega lil dawk prezenti l-importanza tal-uzu ta` dan l-appart mediku. Kompla billi fl-ahhar din l-inizjattiva li ha l-Kunsill tal-Belt Vittoriosa u ghan-nom tal-Kapitlu tal-Parrocca ikkoleggjata u l-poplu Vittoriosan irringrazzjah.
 
Minn naha tieghu, s-Sindku tal-Birgu heggeg lil dawk kollha li b`xi mod jew iehor ikunu frekwentament jaghmlu xi xoghlijiet volontarju f`din il-parrocca, ikun jafu juzaw dan l-apparat u dan sabiex f`kaz ta` emergenza, dan l-apparat ikollhu bzonn jintuza minghajr telf ta` zmien u facilment tista` tigi salvata hajja ta` persuna.
 
Is-Sindku spicca billi rringrazzja lill-Arcipriet u lill-Kapitlu li minn naha taghhom accetaw din id-donazzjoni u awgura li jkun hawn aktar Kunsilli Lokali li jaghmlu din it-tip ta` donazzjoni lill-Parrocci rispettivi taghhom.