PREZENTAZZJONI TA` KOTBA LILL-LIBRERIJA REGJONALI TAL-BIRGU MILL-ECCELENZA TAGHHA L-AMBAXXATRICI AMERIKANA GINA ABERCROMBIE WINSTANLEY

PREZENTAZZJONI TA` KOTBA LILL-LIBRERIJA REGJONALI TAL-BIRGU MILL-ECCELENZA TAGHHA L-AMBAXXATRICI AMERIKANA GINA ABERCROMBIE WINSTANLEY.
 
Nhar it-Tlieta 10 ta’ Gunju, 2014 fil-Librerija Regjonali tal-Birgu saret prezentazzjoni ta` kotba gentilment moghtija mill-Eccelenza taghha l-Ambaxxatrici Amerikana Gina Abercrombie Winstanley.
Parti mill-kotba li gew mghotija lill-Librerija Regjonali
 
Din l-ghotja saret possibli wara li Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall ghan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Birgu stieden lill-Eccelenza taghha sabiex taghmel zjara lill-Belt Marittima u Storika tal-Birgu, fejn ghall-ewwel darba kellha l-okkazzjoni zzur l-Palazz tal-Inkiwzitur. Matul din iz-zjara taghha l-Ambaxxatrici Amerikana esprimit is-sodisfazzjon taghha ghal mod ta` kif hija mizmuma din il-Belt Vittoriosa u ammirat  ix-xoghol kbir li qieghed iwettaq il-Kunsill Lokali tal-Birgu biex itejjeb minn kull aspett il-qaghda taghha b`risq ic-cittadini li jghixu fiha.
Bhala ringrazzjament  ta` din l-istedina, l-Eccelenza Taghha Gina Abercrombie Winstanle wriet ix-xewqa li taghmel ghotja ta` kotba lill-Librerija Regjonali fejn din ix-xewqa min-naha tal-Ambaxxatrici Amerikana saret realta`.
Il-prezentazzjoni ta` dawn il-kotba saret min rapprezentant tal-Amabaxxata Amerikana, is-Sinjorina Monique Falzon – Information Resource Centre Assistant lis-Sur Joseph Gauci, il-librar li jiehu hsieb din il-Librerija Regjonali fil-Birgu.
Rapprezentant mill-Ambaxxata Amerikana jiprezenta l-kotba
lill-librar is-Sur Joseph Gauci.
 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu pubblikament jixtieq juri l-apprezzament tieghu lill-Eccelenza Taghha Gina Abercrombie Winstanley u jirringrazzjha ta` din l-ghotja ta` kotba li biha, l-Librerija Regjonali fil-Birgu ser tkompli tkun ta` beneficcju kbir u ser tkompli tkabbar l-interess tal-qari lil dawk il-qarrejja kollha u ohrajn li jitharju u jibdew izuru l-Librerija.