Preżentazzjoni taċ-ċertifikati fl-Iskola Primarja Santu Rokku għal kull min ipparteċipa fil-Programm "After School" / Presentation of Certificates at Santu Rokku Primary School for the patricipants of the "After School Programme"


Preżentazzjoni ta’ Ċertifikati

 

Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Mejju, 2010, fl-Iskola Primarja Santu Rokku fil-Birgu, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Santa Magerita saret il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati lit-tfal tal-istess skola li matul dawn l-aħħar xhur attendew il-programm “After School” li kien organizzat u ffinanzjat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u mill-Kunsill Malti għall-Isport.

 

Din iċ-ċerimonja qasira, imma li kellha sinifikat kbir saret fil-bitħa tal-istess skola, mis-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall, megħjjun mis-Sur Bertie Muscat, Viċi Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, fil-preżenza tal-Kap tal-Iskola, s-Sinjorina Michelle Spiteri, l-Assistant Kap, is-Sinjorina Maria Meli u l-għalliema tal-istess skola. 

 

F’kelmtejn li għamel is-Sindku tal-Birgu qabel ma beda jqassam iċ-ċertifikati lit-tfal, qal li l-Kunsill jinsab ferm kuntent bl-attendenza u bl-imġieba li wrew dawn it-tfal waqt il-ħinijiet ta’ dan il-program fejn kompla billi nkoraġġixxa lit-tfal sabiex huma jkomplu jieħdu sehem f’dan il-programm u jħajru lit-tfal oħra sabiex jissieħbu f’dan il-programm. Is-Sindku ħabbar għall-ewwel darba, fejn qal lit-tfal li ser ikunu huma li ser ikunu jafu l-ewwel, li ftit tal-gimgħat oħra fl-istess skola bl-għajnuna diretta tal-President tal-Malta Basketball Association, il-Maġistrat Antonio Mizzi, u ta’ benefattur kbir li kontinwament jgħin lill-Kunsill Lokali tal-Birgu, f’din l-iskola, ser jiġi nstallat pitch tal-Basketball li ser jikkumplimenta lil dak li sar madwar disa’ xhur ilu dak tat-turf sintetiku li jservi biex jintlagħbu fih il-futbol, in-Netball u l-Volleyball.

Fi tmiem id-diskors tiegħu, s-Sindku tal-Birgu għan-nom tat-tfal kollha rringrazzja b’mod speċjali lil dawn iż-żewġ persuni li taw l-għajnuna tagħhom sabiex dan il-proġett jitwettaq u kompla billi rringrazzja lill-Kap, lill-Assistant Kap u lill-għalliema kollha għal mod ta’ kif qegħdin imexxu din l-iskola b’dedikazzjoni u mħabba kbira lejn it-tfal.

F’diskors qasir li għamel is-Sur Bertie Muscat li kien qiegħed jirappreżenta lill-Kunsill Malti għall-Isport u li huwa wkoll persuna magħrufa fil-qasam Sportiv Malti, faħħar l-inizjattivi li kontinwament il-Kunsill Lokali tal-Birgu qiegħed jieħu sabiex fil-lokalita tiegħu jtejjeb il-livell Edukattiv u dak sportiv fil-lokalita tiegħu u jinvesti bi sħiħ fiż-żewg binarji li jmorru flimkien. Tfal minn eta tenera, fejn dan l-investiment huwa l-uniku garanzija għall-futur ta’ tfal, mhux ta’ din il-lokalita biss imma tal-Gżejjer Maltin. Is-Sur Muscat għan-nom tal-Kunsill Malti għall-Isport kompla billi rringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor qegħdin jgħinu lill-Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu u awgura lill-istess Kunsill aktar suċċess fit-tmexxijiet tiegħu b’risq il-lokalita tiegħu. Din iċ-ċerimonja waslet fi tmiemha bit-tqassim taċ-ċertifikati lil dawk it-tfal kollha li attendew għal dan il-programm.

 

 

 

 

Presentation of Certificates

 

On Wednesday 19th May, 2010, the presentation ceremony of certificates to the children who attended the "After School Programme" which was held at the Santu Rokku Primary School in Birgu, and organised and funded by the Parliamentary Secretary for Youth and Sports, the Malta Sports Council and the Birgu Local Council.

 

This small ceremony, however with great significance, took place in the courtyard of the same school, in the presence of the Mayor of Birgu, Mr John Boxall, assisted by Mr Bertie Muscat, Vice Chairman of the Malta Sports Council, the Head of School, Ms Michelle Spiter, Assistant Head Ms Maria Meli and the teachers of the same school.

 

In this speech, the Mayor of Birgu, before he started distributing the certificates to the school children, stated that the Council is very pleased with the attendance and the behaviour shown by the children during their participation in this programme. The Mayor encouraged the children to take part in the continuation of the "After School Programme" being organised next year and encouraged other students to join as well. The Mayor, Mr John Boxall, announced for the very first time, that in the coming weeks, with the direct help of thePresident of the Malta Basketball Association, Magistrate Antonio Mizzi, and a great benefactor who constantly helps the Birgu Local Council, a Basketball pitch will be installed to compliment the synthetic turf ground, installed about nine months ago where children can play football, netball and volleyball.

 

At the end of his speech, the Mayor, on behalf of all the children, showed gratituted to these two persons, who are giving their assistance for the completion of this project, and also thanked the Head of School, Assistant Head and all the teachers, for their great dedication in running the school and their great affection towards the children.

 

In a short speech done by Mr Bertie Muscat, the Vice Chairman of the Malta Council for Sport and who is also very well known in the Maltese Sports field, praised the initiative taken continuously by the Birgu Local Council, to further increase the level of Education and Sports Education in his locality and the initiative taken in investing in full in children from a very early age. This investment is the only guarantee for the future of children, not of this locality alone, but of all the Maltese Islands.  Mr Muscat on behalf of the Malta Sports Council, thanked all those who in one way or another are helping the Birgu Local Council to reached its objectives and hoped that the Council, will be more successful in the management of this Historical City. This ceremony came to an end, after the certificates where distributed to all those children who attended the programme.