Posters tal-wirjiet li se jsiru mill-Ghaqdiet, Socjetajiet u Individwi fil-Birgu




 

 

 

 

The Christ Experience
 
Din is-sena Marco Agius u Joseph Scicluna għal darb’oħra qegħdin jipreżentaw esebizzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu u bil-permess ġentili tal-Heritage Malta li tat min-naħa tagħha permess biex din il-wirja tista’ tittella’ fil-kantina tal-Berġa ta’ Franza. Din il-wirja hija waħda b’personaġġi life size maħduma kollha mill-artist Vittoriosan Andrew Bugeja.
 
Il-kantina tal-Berġa ta’ Franza li tinsab fi Triq l-Antika tagħmel parti minn bini ta’ valur Storiku kbir u bl-atmosfera u trasformazzjoni li ħloqna, kull min jiġi jżur din l-esebizzjoni se jinnota u jħoss l-aħħar mumenti li għex Sidna Ġesu’ Kristu.
 
Din is-sena hija it-tieni sena li din il-wirja qed tittella’ f’dan il-post u apparti minn hekk jaħbat l-10 Anniversarju ta’ din il-wirja, fejn għal din l-okkazzjoni ser tiżżanżan xena ġdida “IL-KUNDANNA TA’ PILATU” fejn ukoll dawn il-personaġġi nħadmu mill-artist Andrew Bugeja, fejn reġgħa wera l-kapacita’ tiegħu. Din ix-xena ser tkompli tikkumplimenta max-xeni l-oħra bħal: il-preparazzjoni ta’ l-aħħar xena, it-tradiment fil-ġnien taż-żebbuġ u Kristu mixħut il-ħabs qabel ħaduh għand Pilatu.
 
__________________________________________________________________________________________