Minuti tal-Laqgja Nru 50(06)

 Minuti tal-Laqgha 50 (06)

 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ltaqa` ghall-Laqgha Numru 50 (06) fl-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill fil-Berga ta` Franza nhar it-8 ta’ April, 2015 fl-erbgha u kwart ta’ wara nofsinhar (4:15pm)
 
Il-Hamsin (50) Laqgha tas-Sitt Kunsill inzammet b’din l-Agenda :
 
·        Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
·        Korrispondenza
·        Approvazzjoni tal-iSkeda tal-Pagamenti
·        Applikazzjoni Interna ghall-Post ta’ Ufficcjal Ezekuttiv (Skala 13) mal-Kunsill Lokali tal-Birgu
·        Arising
 
 
 
Prezenti
Is-Sindku, is-Sur John Boxall
Il-Vici-Sindku, is-Sur Trevor Mizzi,
 Il-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard,
Il-Kunsillier, is-Sur Alan Cassar,
Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel,  
Is-Segretarju Ezekuttiv, Is-Sinjura Tania Belfiore.
 
Talba
 
Is-Sindku qal it-talba u taha bidu ghall- Laqgha numru50 (06).
 
 
1.     Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-Laqgha 49(6) u dik tal-Laqgha 49(6) (Kontinwazzjoni)
 
Il-Minuti tad-disgha u erbghin  laqgha u  tas-Sitt Kunsill u dik tal-Laqgha 49(6) (Kontinwazzjoni)  li  gew iccirkolati fil-bidu tal-laqgha, nqraw mis-Segretarju Ezekuttiv, u gew approvati b’mod unanimu.
 
 
2.     ARISING
 
Applikazzjoni Interna ghall-Post ta’ Ufficcjal Ezekuttiv (Skala 13) mal-Kunsill Lokali tal-Birgu
 
Id-diskussjoni daret ghas-sejha interna fi hdan il-Kunsill ta’ Ufficcjal Ezekuttiv (Skala13).  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, filwaqt li nforma lill-Kunsilliera li l-unika applikazzjoni li dahlet kienet tas-Sjr. Moira Azzopardi, talab lis-Segretarju Ezekuttiv, is-Sjr. Tania Belfiore, sabiex taghti l-opinjoni taghha fuq is-Sjra Azzopardi.  Is-Segretarju Ezekuttiv, stqarret li ghalkemm hi ma tantx ilha taf lis-Sjra Azzopardi, jidhrilha li s-Sjra Azzopardi hija diligenti u professjonali hafna f’xoghlha.  Ziedet tghid li s-Sjra Azzopardi hija persuna li tikkopera hafna u li hija persuna responsabbli u muatura.  F’dan il-waqt is-Sindku ressaq mozzjoni ghall-approvazzjoni ghall-hatra tas-Sjra Azzopardi bhala Ufficcjal Ezekuttiv (Skala 13), liema approvazzjoni giet approvata b’mod unanimu.  Sar qbil li s-Sjra Azzopardi tibda fil-grad ta’ Ufficcjal Ezekkutiv (Skala 13) b’effett mill-1 a’ Mejju, 2015.
 
 
Diskussjoni Rigward iz-Zjara Statali talAltezza Emminenza Tieghu, . l-Granmastru Fra Matthew Festing gewwa l-Birgu fis-17 t’ April, 2015
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, fetah id-diskussjoni billi spjega lill-Kunsilliera kif kien ser jigi esegwit il-programm taz-zjara statali tal-Gransmastru Fra Matthew Festing fis-17 ta’ April, 2015 fil-Birgu.  Huwa spjega li kellu f’idejh il-programm ufficcjali ta-zjara tal-Granmastru u li dan il-programm intbaghat mis-Sur Mark Farrugia, mill-Ufficcju tal-Priministru.  Intant huwa nforma lill-Kunsilliera, li l-Granmastru ser jasal fl-10:30 ta’ filghodu Couvre Porte fejn jintlaqa’ mis-Sindku tal-Birgu s-Sur John Boxall. Wara li s-Sindku  jaghtih merhba ufficcjali, il-Gransmastru flimkien mas-Sindku jinzlu bil-mixi lejn il-bini tal-Kunsill fejn ikun hemm il-ViciSindku u l-Kunsilliera kollha jistennewh sabiex jinghata merhba.  Ser ikunu wkoll mistiedna il-Membri tas-Sotto Kumitat tal-450 Anniversarju kif ukoll kull President u Segretarju ta’ kull ghaqda/socjeta’ gewwa l-Birgu.   Gewwa l-binja tal-Kunsill, il-Granmastru kien ser jinghata l-unur tac-Cittadin Onorarju  tal-belt tal-Birgu, u wara jssir recivement.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa wkoll lill-bqija tal-Kunsill li hemm progettat li ssir Konferenza Stampa nhar is-16 ta’ April, 2015, fid-9:00 ta’ filghodu gewwa l-Pjazza tal-Birgu u li din ser tkun indirizzata mill-Onor. Minsistru Owen Bonnici, mis-Sindku, is-Sur John Boxall, kif ukoll mis-Sur Lou Bondi, rapprezentant tal-Kumitat mahtur mill-Priministru ghall-okkazjoni tal-450 Sena Anniversarju mill-Assedju l-Kbir, 1565.  Huwa informa lill-membri tal-Kunsill li ghal din il-konferenza stampa ser ikun hemm mistiedna l-membri tas-Sotto Kumitat 450 Sena Anniversarju mill-Assedju l-Kbir, 1565. 
 
Referendum – Bini mill-Gdid tat-Torri tal-Arlogg
 
Bi qbil unanimu gie deciz li d-data tar-referendum fuq il-bini mill-gdid tat-Torri tal-Arlogg jithalla ghad-decizjoni tal-Kunsill il-gdid elett.
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa lill-Kunsill li huwa kellu disussjoni fit-tul mas-Sur Joseph Church, Chief Electoral Commissioner, u gie mwieghed kull ghajnuna possibbli minn naha tal-Kummissjoni Elettorali.
Il-Kunsillier, is-Sur Alan  Cassar, staqsa min kien ser ikun eligibbli biex ivvota.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, wiegeb li kull min ismu jidher fir-Registru Elettorali bhala resident  l-Birgu huwa elegibbli.  Is-Sur Cassar staqsa wkoll x’kienet ser tkun id-domanda fir-referendum.  Is-Sur Boxall infurmah  li l-Kunsill  jahtar  avukat  indipendienti sabiex jifforma il-mistoqsija.
Is-Sur Alan Cassar, Kunsillier, issugerixxa li ghandha titella’ esebizzjoni rigward dan il-progett sabiex ir-residenti tal-Birgu ikollhom l-informazzjoni kollha u b’hekk ikunu jistghu jiddeciedu ahjar.
 
 
Skemi ta’ Fondi ghall-Attivitajiet tal-450 Sena Anniversarju tal-Assedju l-Kbir tal-Birgufest 2015
 
Is-Sindku, is-Sir John Boxall, informa lill-Kunsilliera li minhabba li dawn l-attivitajiet tal-450 Anniversarju, huma okkazzjoni ta’ darba (one term event ),il-Kunsill ma huwiex intitolat ghall- fondi .  Intant informa wkoll lill-Kunsilliera li ghal Birgufest 2015 il-Kunsill ser jinghata €15,000.
 
 
Kwistjoni tat-talba tas-Side tal-Bar Cafe’ du Brazil Sabiex Jinghat Permess li Johrog l-Imwejjed u s-Siggijiet Barra l-Hanut Nhar Hamis ix-Xirka
 
Intalab permess minn sid il-hanut Cafe’ du Brazil sabiex f’Hamis ix-Xirka  jitpoggew mwejjed u siggiet quddiem il-hanut msemmi u li fuqu ma naghtax permess, apparti li inghata permess ghall-Gimgha l-Kbir u Hadd il-Ghid kif kien mitlub mill-istess sid tal-hanut.  Wara diskussjoni bejn iz-zewg partijiet,  fejn minn naha tal-Kunsill inghatat spjegazzjoni ghaliex  il-permess ma inghatax, dan il-permess inghata.
 
 
3.     KORRISPONDENZA
 
Korrispondenza  li Rcieva l-Kunsill – Mressqa fuq il-Mejda ta-Kunsill mis-Sindku, is-Sur  John Boxall
 
·        Ittra - Heritage Malta li ggib id-data tas-7 t’April, 2015 mibghuta lill-Arcipriet Joseph Cilia, u li l-Kunsill ircieva kopja taghha. Is-Sindku, is-Sur John Boxall, spjega l-kontenut tal-ittra, cioe’ li Heritage Malta kienet ser tissellef  ix-xabla u l-kappell ta’ La Valette kif ukoll l-pjaneta minn Rodi ghall-inawgurazzjoni tal-wirja li ser tigi organizzata fil-Birgu u li meta l-wirja tinghlaq, l-oggetti jirritornaw ghand Heritage Malta.
 
·        Ittra – Socjeta’ Muzikali San Lawrenz -  fejn gharrfu lill-Kunsill li r-Rapprezentant taghhom fis-Sotto Kumitat wasslilhom l-informazzjoni i il-Kunsill kien qieghed jikkonsidra li jbiddel l-Innu li kiteb Mons Lawreence Mifsud u li min din is-sena jibda’ jindaqq innu gdid.  Intant il-Kunsill innega dan, pero’ gie propost  li jitqabbad Mro. Emanuel Spagnol sabiex jikkomponi l-muzika ta’ innu iehor gdid.
 
·        Ittra – Socjeta’ Muzikali San Lawrenz -  Is-Segretarju Paul  Bongailas talab lill-Kunsill biex jaghtih ir-rotta u l-hinijiet ta’ x’hin kellu jsir il-marc nhar is-17 ta’ Mejju,2015.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, gharraf lill-Kunsillieri li l-Kunsill kien ghadu ma giex infurmat bil-hinijet u r-rotta.
 
·        Ittra - Kummissarju ghat-Trattament Xieraq tal-Annimali -  Is-Sur Manuel Buhagiar, Kummissarju ghat-Trattment Xieraq tal-Annimali, talab lill-Kunsill sabiex jikkonsidra jallokah f’parti mil-binja ta’ Couvre Porte.  Il-Kunsill, qabel unanimanent li ghandu jsir ftehim mal-Kummissarjat ghat-Trattament Xieraq tal-Annimali u tigi miftiehma s-somma li ghandha tithallas ghall-uzu tal-post,  kif  ukoll rigward certi responsabbli li jridu jingarru, bhal perezempju il-hlasijiet tad-dawl u l-ilma. 
 
·        Avviz permezz ta’ ittra minn Regjun Xlokk li il-Kunsill Lokali tal-Birgu ghandu jaghti lir-regjun Xlokk is-somma ta’ €1,717.41 li jmorru lura sas-sena 2012. 
 
·        Korrispondenza Elettronika minghand Noel Castillo f’isem l-Ghaqda Piroteknika 10 t’Awwissu  fejn f’isem l-ghaqda qieghed jitlob sabiex l-istess ghaqda tinghata permess sabiex torganizza  Ikla Familjari fuq is-Simenta fit-30 t’April, 2015.  Il-Kunsill qabel unanimament minhabba l-fatt li  din ser tkun kwistjoni ta’ ftit sieghat, u  dejjem sakemm l-organizzaturi ihallu l-post nadif  u l-iskart migbur.
 
·        Talba permezz ta’ ittra minghand Noel Micallef sabiex ikun jista’ jarma bar kif ukoll iservi l-ikel fi Triq il-Foss (fuq is-sur) fl-attivita’ tal-Birgufest 2015.  Is-Sur Micallef  informa lill-Kunsill li huwa kien lest li jaghti donazzjoni hekk kif  tkun mitluba mill-Kunsill.  Din it-talba intlaqat b’mod unanimu mill-Kunsill.
 
·        Talba mill-Klabb tal-Bocci sabiex jinghata ghajnuna finanzjara ghad-dwal u s-sistema tad-dawl tal-pitch tal-istess klabb.  Is-Sindku, is-Sir John Boxall, informa lill-Kunsilliera prezenti li ser jitlob taghrif mill-MEPA sabiex jara jekk din it-talba tal-Klabb tal-Bocci taqax taht skema ta’ fondi tal-UIF.
 
·        Ittra minghand Societa’ Storiko Kulturali Vittoriosa – Is-Sindku, is-Sur John Boxall, pogga fuq il-mejda korrispondenza mill-imsemmija socjeta’ li qeghda tipproponi li l-Monument ta’Erba’ Kavallieri li kien originaljament ser jitpogga fid-dahla ewlenija tal-belt Valletta, u li tieghu ma harigx permess mill-MEPA,  jigi mwaqqaf  f’post addattat gewwa l-Birgu.
 
 
 
KORRISPONDENZA  LI NTBAGHTET MILL- KUNSILL -MRESSQA QUDDIEM IL-KUNSILL MIS-SINDKU, IS-SUR JOHN BOXALL
 
·        Lis-Sur David Muscat – Segretarju , Kumitat Tismija ta’ Toroq, Ministeru Tat-Transport u Infrastruttura – talba mill-Kunsill sabiex it-triq li  ggib l-isem Il-Mina l-Kbira jinbidlilha isimha ghal  Triq l-Assedju l-Kbir, 1565.
 
·        Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sindku, is-Sur John Boxall lill-Regjun Xlokk sabiex jinfurmah bis-sitwazzjoni ghal mod ta’ kif qeghdin jaghtu c-citazzjonijiet il-gwardjani lokali gewwa l-Birgu,u li bosta drabi kienu  qeghdin jinghataw ingustament.
 
 
·        Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sindku, is-Sur John Boxall lill-Onor. Ministru Joe Mizzi sabiex jistaqsieh meta kienu ser jibdew ix-xoghlojiet fi Triq Desain u Triq il-Kardinal.
 
·        Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sinjra. Moira Azzopardi lis-Sur Mark Causon sabiex f’isem il-Kunsill Lokali tal-Birgu, tinformah li l-istess kunsill huwa interessat li jippartecipa fil-progett Building New Urban Identities.
 
 
·        Korrispondenza elettronika ffirmata mis-Segretarju Ezekuttiv, is-Sjra. Tania Belfiore lill-Dr Ronald Cuschieri  - ELC, sabiex tinformah formalment rigward it-terminazzjoni tas-servizz tal-ELC gewwa l-Birgu b’sehh mill-31  ta’ Marzu, 2015 u  biex jingabar pagament ta’ €10,000 a’ favur l-ELC.
 
·        Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sindku, is-Sur John Boxall lill-Perit Mario Ellul sabiex jinfurmah li l-Kunsill qabel unaminament mad-disinn olterat tal-fanali.
 
 
 
4.     Skeda ta-Pagamenti
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, ressaq ghall-approvazzjoni l-Iskeda tal-Pagamenti. li tkopri c-cekkijiet bin-numri 2384 – 2403.  Il-Kunsill approva b’mod unanimu l-Iskeda ta’ Pagamenti ddatata 17 ta’ Marzu, 2015 – 8 t’ April, 2015.
 
Il-Laqgha Ntemmet fis-sitta u nofs ta’ filghaxija (6:30pm).
 
 
 
 
_________________________                      _________________________
Tania Belfiore                                                     John Boxall
Segretarju Ezekuttiv                                          Sindku