Minuti tal-Laqgha Straordinarja

 Minuti tal-Laqgha Straordinarja

 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ltaqa` ghall-Laqgha Straordinarja fl-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill fil-Berga ta` Franza nhar l-ghoxrin (20) ta’ Jannar 2015 fl-hamsa ta` wara nofsinhar (5.00pm)
 
Il-Laqgha Straordinarja  inzammet b’din l-Agenda :
 
1.      Rapport tal-Bord tal-Ghazla ghall-ingagg ta’ Segretarju Ezekuttiv
 
 
Prezenti
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, Vici-Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, Kunsilliera; Is-Sur Lawrence Attard, Sur Anton Gellel u s-Sur Alan Cassar
Is-Segretarju Ezekuttiv; Is-Sinjura Fiona Said
Il-Vici-Sindku s-Sur Trevor Mizzi attenda fl-5.25pm.
 
Talba
 
Il-Laqgha bdiet fil-hamsa (5.00pm) ta` wara nofsinhar. Is-Sindku qal it-talba u taha bidu ghall- Laqgha Straordinarja.
 
1.      Rapport tal-Bord tal-Ghazla ghall-ingagg ta’ Segretarju Ezekuttiv
 
1.1 Is-Sindku s-Sur John Boxall fetah id-diskussjoni dwar din il-materja fejn ipprezenta r-rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Ghazla ghall-ingagg ta’ Segretarju Ezekuttiv.
1.2 Is-Sindku s-Sur John Boxall spjega li kien hemm sebgha applikazzjonijiet ghall-ingagg ta’ Segretarju Ezekuttiv. Hamsa minnhom mhux eligibbli u dan minhabba li mhumiex imnizzla fil-lista tal-kandidati prospettivi. Il-Kunsill ircieva applikazzjoni wahda li waslet wara d-data tal-gheluq tas-sottomissjonijiet. Kien hemm applikazzjoni wahda li kienet eligibbli, tas-Sinjura Antonia Belfiore.
 
F’dan l’istadju tal-laqgha attenda il-Vici Sindku is-Sur Trevor Mizzi
 
1.3 Is-Sindku s-Sur John Boxall spjega li wara li saret l-intervista, il-Bord irrakomanda li tinghazel is-Sinjura Antonia Belfiore sabiex timla il-post vakanti ta’ Segretarju Ezekuttiv. Il-Kunsill approva b’mod unanimu ir-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Ghazla sabiex tinghazel is-Sinjura Antonia Belfiore.
 
 
 
Il-Laqgha Straordinarja ntemmet fit-5.40pm
 
 
 
 
 
 
_______________________                                                        ________________________
Fiona Said                                                                                ikkonfermati
Segretarju Ezekuttiv                                                                John Boxall

                                                                                                Sindku