Minuti tal-Laqgha Nru 49(06)Kontinwazzjoni

 Minuti tal-Kontinwazzjoni tal-Laqgha Numru 49 (06)

 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ltaqa` ghall-Kontinwazzjoni tal-Laqgha Numru 49(06) fl-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill fil-Berga ta` Franza nhar is-sbatax ta’ Marzu, 2015 fl-erbgha u nofs ta` wara nofsinhar (4.30pm)
 
Prezenti
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, Kunsilliera: Is-Sur Lawrence Attard u s-Sur Anton Gellel
Is-Segretarju Ezekuttiv; Is-Sinjura Tania Belfiore
 
Il-Vici Sindku s-Sur Trevor Mizzi u l-Kunsillier s-Sur Alan Cassar talbu li jkunu skuzati minhabba ragunijiet ta' xoghol
Talba
 
Il-Laqgha bdiet fl-erbgha u nofs ta` wara nofsinhar. Is-Sindku qal it-talba u taha bidu ghall-kontinwazzjoni tal-Laqgha numru 49(06).
 
1.      Korrispondenza
 
1.1 Is-Sindku, is-Sur John Boxall ressaq korrispondenza minghand il-grupp Frates in Armis fejn dawn tal-ahhar talbu lill-Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex jinghataw permess li juzaw kamra gewwa Couvre Porte.  Wara li din it-talba giet diskussa bejn dawk prezenti, gie deciz li l-Kunsill jikkomunika ma’ Frates in Armis fejn li jinfurmhom li t-talba giet fuq ftehim ta’ sitt xhur u li jkun hemm possibilita’ li jiggedded.
 
 
1.2 Is-Sindku s-Sur John Boxall ressaq korrispondenza iffirmata mill-Ministru Owen Bonnici, Ministru ghall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali, fejn il-Ministru Bonnici qieghed jinforma lill-Kunsill li l-Gvern centrali ma jistax jilqa’ it-talba biex c-celebrazzjonijiet inkonnessjoni mal-450 sena anniverserju mill-Assedju l-Kbir tal-1565  isiru kollha gewwa l-Birgu.  Din it-talba intbaghtet mill-Kunsill lill-Onor. Priministru f’forma ta’ korrispondenza fl-14 ta’ Jannar, 2015.
 
1.3 Is-Sindku s-Sur John Boxall informa lill-Kunsill li permezz ta’ ittra, l-APPOGG infurmaw lill-Kunsill li kien hemm hsieb li tittella’ DIY FAIR f’ Settembru, 2015.  L-Appogg filwaqt l talbu lill-Kunsill tal-Birgu ghajnuna f’dak li jirrigwarda mwejjed, siggijiet kif ukoll affarijiet ohra, urew ix-xewqa li l-esibizzjoni ssir gewwa l’Auberge de France.  Il-Kunsill qabel li ssir laqgha mar-rapprezentanti tal-APPOGG fi zmien qarib.  Qabel ukoll li din l-attivita’ ssir ghall-ahhar tax-xahar ta’ Settembru, 2015.
 
1.4 Is-Sindku s-Sur John Boxall ipprezenta korripondenza elettronika minghand il-Historical Motorcycle Club sabiex jikkonfermaw bil-kitba dak li kien gie miftiehem fil-laqgha li kellu l-Kunsill ma’ din l-ghaqda fid-29 ta’ Jannar, 2015.  Kien hemm qbil unanimi li l-Kunsill jikkomunika mal-ghaqda Historical Motorcycle Club qabel l-attivita’ taghhom li ser issir nhar it-12 t’ April, 2015
 
1.5 Is-Sindku s-Sur John Boxall ressaq korrispondenza minghand Birdlife li titratta progett xjentifu gdid bl-isem ta’ Spot a Sparrow u fil-korrispondenza taghhom, il-Birdlife urew ix-xewqa li jikkoloberaw mal-Kunsilli lokali kollha sabiex dawn tal-ahhar jippromwovu dan il-progett fil-lokalitajiet rispettivi taghhom, fil-kaz taghna, fil-Birgu.  Il-Kunsill qabel b’mod unanimu li ssir laqgha mal-Birdlife sabiex il-Kunsill ikun informat aktar fid-dettal fuq dan il-progett.
 
            
2.  Tender ghall-Servizz ta’ Accountant fil-Kunsill Lokali tal-Birgu
 
2.1 Is-Sindku s-Sur John Boxall informa lill-membri prezenti li t-tender tas-servizzi tal-accountant fil-Kunsill Lokali tal-Birgu ilha minn xi zmien skaduta u ghalhekk qeghda tinhass il-htiega li terga’ tinhareg tender ghal dan is-servizz.    Gie deciz b’mod unanimu li tinhareg sejha ghas-servizz ta’ accountants fi hdan il-Kunsill fi zmien qasir.
 
 
Il-Laqgha giet fi tmiemha fis-sitta u kwart ta’ filghaxija (6:15 pm)
 
 
 
 
 
 
___________________                                                           ______________________
Tania Belfiore                                                                              Ikkonfemati
Segretarju Ezekuttiv                                                                   John Boxall
                                                                                               Sindku