Minuti tal-Laqgha Nru 48(06)
Minuti tal-Laqgha 48 (06) Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ltaqa` ghall-Laqgha Numru 48 (06) fl-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill fil-Berga ta` Franza nhar is-sitta u ghoxrin (26) ta’ Frar 2015 fil-hamsa u nofs ta` wara nofsinhar (5.30pm) Il-Tmienja u Erbghin Laqgha tas-Sitt Kunsill inzammet b’din l-Agenda : 1. L-Unur ta’ Cittadin Onorarju li ser Jinghata mill- Kunsill Lokali tal-Birgu lill-Granmastru gdid tal-Ordni ta’ San Gwann ta’ Gerusalem ta’ Rodi u ta’ Malta 2. Bdil fl-isem tat-Triq il-Mina l-Kbira 3. It-Torri tal-Arlogg Prezenti Is-Sindku, is-Sur John Boxall, , Is-Sur Lawrence Attard, Is-Sur Anton Gellel, Is-Segretarju Ezekuttiv, Is-Sinjura Tania Belfiore Skuzati Vici-Sindku, is-Sur Trevor Mizzi Is-Sur Alan Cassar Gie Mistieden jattendi wkoll Is-Sur J.C. Azzopardi – Membru tal-Kumitat 1565 Talba Il-Laqgha bdiet fil-hamsa u nofs ta` wara nofsinhar. Is-Sindku qal it-talba u taha bidu ghall- Laqgha numru 48(06). 1. L-Unur ta’ Cittadin Onorarju li ser Jinghata mill- Kunsill Lokali tal-Birgu lill-Granmastru gdid tal-Ordni ta’ San Gwann ta’ Gerusalem ta’ Rodi u ta’ Malta 1.1 Is-Sindku s-Sur John Boxall fetah id-diskussjoni dwar iz-zjara statali li ghandu jaghmel il-Granmastru gdid tal-Ordni ta’ San Gwann ta’ Gerusalem ta’ Rodi u ta’ Malta, Fra Matthew Festing, bejn il-15 u s-17 t’April, 2015. Huwa nforma lil membri prezenti, li l-Kunsill ircieva komunikazzjoni mid-Dipartment tal-Gvern Lokali fejn gie mitlub jikkonsidra biex bhalma kien onora lill-Granmastru tal- Ordni ta’ San Gwann ta’ Gerusalem ta’ Rodi u ta’ Malta precidenti, l-Eccelenza Tieghu Fra Andrew Bertie, bl-unur tac-Cittadinanza Onorarja mill-Belt tal-Birgu, jaghmel l-istess mal-Granmastru tal-Ordni l-gdid. 1.2 Is-Sindku, is-Sur John Boxall, kompla biex informa lill-membri prezenti li huwa tkellem ma’ l-Eccellenza Tieghu Fra John Critien li minn naha tieghu gharrfu li kienu qeghdin isiru tahditiet bejm l-Ambaxxatur tal-Ordni u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Is-Sur Boxall informa lil Fra John Critien li l-proposta intlaqghet b’mod poittiv hafna mill-Kumitat 1565 waqt il-laqgha li saret il-gurnata ta’ qabel jigifieri fil-25 ta’ Frar, 2015 mill-istess kumitat fejn gew diskussi l-attivitajiet li ghandhom isiru b’kommemorazzjoni tal-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir. 1.3 Is-Sindku, is-Sur John Boxall, talab approvazzjoni minn dawk prezenti rigward l-ghoti tal-unur tac-Cittadinanza Onorarja mill-Belt tal-Birgu lill-Granmastru tal-Ordni l-gdid, ta’ liema kien hemm qbil unanimu. 2. Bdil fl-isem tat-Triq il-Mina l-Kbira 2.1 Id-diskussjoni daret ghall-proposta biex isem it-Triq il-Mina l-Kbira jinbidel ghaq Triq l-Assedju l-Kbir 1565 biex jigu mfakkra l-450 sena mill-Assedju l-Kbir. Ghal darb’ohra, kien hemm qbil unanimu minn dawk prezenti. 3. It-Torri tal-Arlogg 3.1 It-tielet suggett li gie diskuss kienet il-kwestjoni tat-Torri tal-Arlogg. Il-Kunsill huwa tal-fehma li din il-kwestjoni, cioe’ jekk l-arlogg ghandux jerga’ jigi mibni fil-pjazza tal-lokalita’ jew le, ghandha tkun deciza mir-residenti tal-Birgu. Gie propost li ssir konsultazzjoni pubblika fejn il-Kunsill jista’ juza biex ihoss il-polz tar-residenti, u r-residenti jkollhom ic-cans jsemmghu l-opinjoni taghhom. Gie propost ukoll li qabel ma ssir konsultazzjoni pubblika l-kunsill jiltaqa’ mal-Ministeru kkoncernat sabiex ikun hemm preparament tajjeb ghal waqt il-laqgha tal-konsultazzjoni pubblika. Is-Sindku intant stqarr mal-kunsillieri li waslitlu informazzjoni ta’ fejn jistghu jinstabu partijiet mill-binja originali tal-arlogg. Gie deciz ukoll li wara l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, bl-ghajnuna mill-Kummissjoni Elettorali, isir referendum sabiex tkun tista tittiehed decizjoni sabiex isir dak li jixtiequ n-nies tal-Birgu. Il-Laqgha 48(6) tal-Kunsill Lokali tal-Birgu ntemmet fis-sitta u kwart ta’ filghaxija.(6:15pm) _________________________ _________________________ Tania Belfiore John Boxall Segretarju Ezekuttiv Sindku |