Minuti tal-Laqgha Nru 04(07)

 Minuti tal-Laqgha 04 (07)

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ltaqa` ghall-Laqgha Numru 4 (07) fl-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill fil-Berga ta` Franza nhar il-Gimgha 5 ta’ Gunju, 2015 fil-hamsa nieqes kwart  ta’ wara nofsinhar (4:45pm)
 
Ir-Raba’ (04) Laqgha tas-Sebgha Kunsill inzammet b’din l-Agenda :
·         Prezentazzjoni u Approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju Finali ghas-Sena li Nghalqet fil-31 ta’ Dicembru, 2014
·         Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-Laqgha  No 3(07)
·         Korrispondenza
·         Jum il-Birgu 2015 u Celebrazzjonijet tal-450 sena mill--Assedju l-Kbir
·         Rendikont tal-attivitajiet tas-17 ta’ mejju, 2015 relatati mal-450 mill Assedju l-Kbir
·         Hrug ta’ Tenders
·         Xoghlijet fi Triq Kardinal u Desain
·         Xoghlijiet ta’ tindif Fuq tal-Hawli
·         Informazzjoni dwar Xoghlijiet fil-Berga tal-Ingilterra
·         Taghrif dwar il-gabana fuq Belvedere ta’ Triq La Vallette (is-Simenta)
·         Il-Progett tal-Latrina tat-Toqba
·         Approvazzjoni tal-iSkeda tal-Pagamenti
Prezenti
Is-Sindku, is-Sur John Boxall
Il-Vici-Sindku, is-Sur Trevor Mizzi,
 Il-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard,
Il-Kunsillier, is-Sur Eman Zerafa,
Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel,  
Is-Segretarju Ezekuttiv, Is-Sinjura Tania Belfiore.
 
Attenda ghall-ewwel parti tal-laqgha s-Sur Christian Zammit mill--kumpanija tal-accountants Nexia BT
 
Talba
Is- Sindku, is-Sur John Boxall, qal it-talba u taha bidu ghall- Laqgha numru 4(07).
 
Bidu tal-Laqgha
 
1.      Approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju Finali ghas-Sena 2014
 
Is-Sindku is-Sur John Boxall ressaq fuq il-mejda tal-Kunsill ghall-approvazzjoni, ir-Rapport Finanzjarju Finali  ghas-Sena 2014.
 
Is-Sindku s-Sur John Boxall stieden lill-accountant tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, is-Sur Christian Zammit mill--kumpanija Nexia BT sabiex jaghti spjegazzjoni tal-kontenut tar-rapport u jekk kienx hemm titjib fil-qaghda finanzjarja tal-Kunsill mis-sena 2013 il’ hawn.
 
Is-Sur Christian Zammit, ta spjegazzjoni dettaljata kif matul is-sena 2014 il-qaghda finanzjarja tal-Kunsill Lokali tal-Birgu tjibet meta titqabbel mas-sena 2013 u li d-deficit naqas sostanzjalment.  Spjega wkoll li r-Rappart Finali Finanzjarju 2014 li kien qieghed jigi pprezentat jaghti pjuttost stampa pjuttost aktar favorevoli minn minn dak li kien ipprezentat lill-istess Kunsill fit-18 ta’ Frar, 2015.  Filfatt, huwa kompla jispjega li uniku tibdil li sar kien fir-riklassifikazzjonijet li gew mitluba  jsiru mill--awdituri.
 
Wara diskussjoni dwar din is-sitwazzjoni, is-Sindku s-Sur John Boxall ippropona l-approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju Finali  minn Jannar sa Dicembru 2014.
 
Ir-Rapport Finanzjarju tas-Sena 2014 gie approvat unanimament minn dawk prezenti. 
 
F’dan l-istadju tal-Laqgha, is-Sur Christian Zammitl halla l-Kamra.
 
2.       Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-Laqgha3 (07)
 
Il-Minuti tat-Tielet (3) Laqgha tas-Sebgha (7)Kunsill, li gew iccirkolati qabel il-laqgha, inqraw mis-Segretarju Ezekuttiv, u gew approvati b’mod unanimu.
 
Punti li Hargu ghad-Diskussjoni wara li Nqraw il-Minuti tal-Laqgha 3 (07)
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall talab lill-bqija tal-membri tal-Kunsill jekk ghandhomx xi kummenti rigward dawn il-minuti.
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, fetah id-diskussjoni rigward il-kwistjoni tas-sigar tal-akacja li hemm mdawwra mal-iskola primarja.  Is-Sindku indirizza direttament lis-Sur Trevor Mizzi, Vici Sindku, fejn iddikjara mieghu li hu ra kemm il-korrispondenza li nbaghtet minnu (mill--Vici Sindku) kif ukoll xi korrispondenza li huwa (is-Sindku) ircieva fuq din il-kwistjoni u wasal ghal konkluzjoni li jaghlaq din il-kwistjoni.  Informa wkoll lill-kunsilliera prezenti li permezz ta’ posta eletronika, s-Sjra Maria McNamara, irringrazzjat lill-kunsill talli inzabru is-sigar inkwestjoni.  Intant il-Vici Sindku talab lis-Sindku li meta jkun hemm korrispondenza ta’ din ix-xorta qabel ma tittiehed xi azzjoni, huwa xtaq li jkun infurmat.
 
Intant is-Sindku, is-Sur John Boxall, gibed ghall-attenzjoni tal-Kunsilliera prezenti dak li kien gie diskuss fil-laqgha precidenti fl-assenza tieghu, cioe’ id-diskussjoni li saret rigward li l-korrispondenza kollha li tohrog mill--Kunsill trid tkun taf biha s-Segretarju Ezekuttiv qabel ma tintbaghat.  Il-Vici Sidku, is-Sur Tevor Mizzi, qal li huwa mportanti li kull korrispondenza tintbaghat mill--indirizz generiku tal-kunsill.  Is-Sinjuri  Anton Gellel u Lorry Attard, Kunsilliera, sahqu li s-Segretarju Ezekuttiv trid tkun konxja ta’ kull korrispondenza li tohrog mill-- indirizz generiku tal-kunsill.  Bi qbil unanimu gie deciz li kull kull korrispondenza ghandha tintbaghat minn fuq l-indirizz generiku tal-kunsill u minn l-ebda sors iehor.
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, irrefera wkoll ghall-ftehim skadut li ghandu mal-Green MT.  Huwa nforma lill-kunsilliera prezenti li l-Kunsill talab direzzjoni mid-Dipartiment, jigifieri kemm m’ghand id-Direttur kif ukoll minghand l-Assistent Direttur rigward din il-kwestjoni pero’ sa issa l-Kunsill ghadu ma rcieva l-ebda risposta.
 
Spunt iehor li gie diskuss kien fejn ser titwahhal l-irhama kommerattiva tal-450 sena mill--Assedju l-Kbir.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall,  issugerixxa li din ssir fejn kienet saret l-irhama tal-Ewwel Kunsill, dejjem bil-permess tal-Arcipriet.  Fuq dan kien hemm qbil unanimu.
 
Id-diskussjoni daret fuq Memo 11/2015 fejn fil-laqgha precident kien gie deciz li l-Kunsill japplika ghal fondi sabiex jirrestawra l-faccata tal-Berga ta’ Franza (tal-Kunsill).Is-Sindku informa lill-kunsilliera li d-dokumentazzjoni u l-pjanti kollha mehtiega kienu lesti, sahansitra anke l- permessi huma diga’ mhallsa.  Kompla jghid li hemm anke l-costing u d-dokumentazzjoni mehtiega sabiex jintalabu ukoll fondi ghar-restawr tan-nicca ta’ San Filippu.  Is-Sur John Boxall, Sindku, issugerixxa li mat-talba ghar-restawr tal-Berga ta’ Franza jigi nkluz ukoll ir-restawr wkoll l-istatwa ta’ San Filippu, trid tinzamm il-priorita’ i l-ewwel preferenza tkun ir-restawrazzjoni tal-faccata  tal-Berga ta’ Franza.  Is-Sur Anton Gellel issugerixxa li l-fondi ghar-restawr tal-istatwa il-Kunsill ghandhom ligu mitluba minghand il-Ministeru tat-Toroq u Infrastruttura.
 
Is-Sindku qajjem l-argument rigward it-talba tal-Fondazzjoni Wirt Artna fejn dawn qeghdin jitolbu €150 ghal uzu tat-toilets gewwa Couvre Porte meta jkun hemm xi funzjoni. Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel, wera l-fehma tieghu, cioe’ li din is-somma ghandha tinghata ghaliex wara kollox kienet il-Fondazzjoni Wirt Artna li kkonvertaw il-parti t’isfel kollha ta’ Couvre Porte u ghalhekk awtomatikament it-toilets jaqghu taht ir-resposabilita’ taghhom.  Kompla jghid li b’dan il-mod kull problema li tinqala’, li tinkludi hsarat u tkissir, taqa’ taht ir-responsabilita’ tal-fondazzjoni u mhux tal-kunsill.  Is-Sindku, sahaq li jekk il-kwistjoni tibqa’ hekk ma jkunx hemm triq ohra hlief li wiehed ikollu jbiddel il-kuntratti ta’ dawk li diga’ ibbukjaw ghar-ricevimenti gewwa Couvre Porte’.  Intant gie deciz b’mod unanimu li ghandha ssir diskussjoni sabiex jintlahaq fetheim bejn il-Fondazzjoni Wirt Artna u l-Kunsill Lokali tal-Birgu madwar mejda u mhux permezz ta’ korrispondenza.
 
Regghu gew diskussi wkoll il-problemi li hemm gewwa t-toroq il-Kardinal u Desain.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa lill-kunsilliera li kien dehlin ammonti kbar ta’ ilmenti minn residenti rigward l-istat ta’ dawn it-toroq. L-ilment principali ghaliex x-xogholijiet waqfu hesrem.  Is-Sindku informa lil dawk prezenti li ntbaghtet ittra f’isem il-Kunsill Lokali tal-Birgu lil Ministru tat-Toroq u Infrastruttura rigward il-problemi li qeghdin jinholqu kawza tal-waqfien hesrem mix-xoghol f’dawn it-toroq mill--kuntrattur inkarigat.  Kopja ta’ din l-ittra tqassmet ukoll lir-residenti.  Is-Sindku kompla jinforma lill-kunsilliera li l-waqfien hesrem mix-xoghlijiet f’dawn it-toroq ma huwiex kawza ta’ finanzi izda minhabba l-inginiera tal-Enemaltau dan ghaliex ma tawx lill-kuntrattur il-qisien tal-slabs li jridu jghattu l-cables.  Intant, is-Sindku kompla jghid li huwa nfurmat li l-kuntrattur ghadu ma marx jiffirma l-kuntratt, u, jekk dan jibqa’ ma jmurx jiffirmah, id-Dipartiment tal-Finanzi huwa lest li jirrakomanda li x-xoghol isir b’direct order.  Intant is-Sindku informa lill-Kunsilliera li l-Perit Noel Gauci m’ghadux responsabbli tax-xoghlijiet f’dawn it-toroq.  Il-perit resposabbli hi Charlene Bonnici.
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa lill-kunsilliera li ghad li ntbaghtet korrispondenza lis-Sur Julian Sammut tal-Alf. Mizzi Foundation rigward il-proposta tal-Kunsill sabiex tinghata ghajnuna finanzjarja alternativa mill--bini tat-torri tal-arlogg, il-Kunsill ghadu ma rcieva l-ebda risposta lura.
 
Id-diskussjoni daret fuq il-proposta li saret lill-Kunsill mill--Kummissarju ghat-Trattament Xieraq tal-Annimali, cioe’ li l-kirja annwali tal-parti mill--binja ta’ Couvre Porte’ tkun tkun ta’ €3,000.  Is-Sindku, informa lill-kunsilliera li is-Sur Manuel Buhagiar, il-Kummissarju ghat-Trattament Xieraq tal-Annimali, verbalment informa lill-Kunsill li t-talba ta’ €3,000 giet accettata bhala kera annwali ghall-uzu ta’ parti mill--binja ta’ Couvre Porte..
 
 
3.     KORRISPONDENZA
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, talab lis-Segretarju Ezekuttiv sabiex tpoggi fuq il-mejda korrispondenza li giet mibghuta mill--Kunsill Lokali tal-Birgu, kif ukoll dik ircevuta.
 
·         Imejlminghand Desiree Scicluna Bugeja, Asst. Direttur, Direttorat for Quality & Standards in Education – fejn informat lill-Kunsill li ser tittiehed inizjattiva mid-Dirrettorat taghha sabiex iniedu l-Junior Science Club f’numru limitat ta’ kunsilli lokali, u li l-Birgu huwa wiehed mill--kunsilli maghzula.  Hija talbet sabiex il-Kunsill jikkunsidra t-tnedija tal-Junior Science Club fil-lokalita’ tieghu.  Il-Kunsill, b’vot unanimu, approva din il-proposta.
 
Ittra minghand l-Ghaqda Muzikali San Guzepp, Kalkara – talba sabiex jinharaq il-loghob tan-nar fil-limiti tal-Birgu.  It-talba giet milqugha b’vot unanimu bil-kundizzjoni li fl-ebda hin ma jintfew id-dwal li hemm madwar is-swar.
 
Invit ghall-Okazzjoni tal-Hatra tal-Kappillan il-Gdid li Saret fid-29 ta’ Mejju, 2015 u li ghaliha gew mistiedna l-membri kollha tal-Kunsill – Is-Sindku u l-bqija tal-membri tal-Kunsill kollha ddikjaraw li attendew ghal din ic-cerimonja
 
 Imejl minghand is-Sur Robert Portelli, Kumitat Malti ghall-Isport–fejn talab il-koperazzjoni tal-kunsill sabiex jitqassmu leaflets tal-applikazzjonijiet ta’ Summer on the Move 2015.  Il-Vici Sindku, Trevor Mizzi, informa lill-Kunsill li kien serjiehu l-inizzjattiva sabiex jikkutattja lis-Sur Portelli.
 
 
·         Ittra minghand David Muscat, Seg. Kumitat tat-Tismija tat-Toroq- F’isem l-imsemmi kumitat, is-Sur Muscat, filwaqt  li nforma lill-Kunsill li l-bdil fl-isem ta’ Triq il-Mina l-Kbira ghal Triq l-Assedju l-Kbir, 1565, ma giex accettat mill--Kumitat, issugerixxa sabiex il-Vittoriosa Waterfront jissemma’ Xatt l-Assedju l-Kbir.  Wara li dan is-suggeriment gie diskuss b’reqqa mill--Kunsilliera prezenti, gie deciz b’vot unanimu li l-medda minn fejn il-pont ta’ Sant Anglu sa tarf il-konfini tal-Birgu (liema akwata hija maghrufa bhala Xatt il-Birgu), tinghata l-isem ta’ Triq l-Assedju l-Kbir, 1565.  Il-Kunsill ta struzzjonijiet lis-Segretarju Ezekuttiv sabiex tinfurma lill-Kumitat tat-Tismija tat-Toroq b’din id-decizjoni.
 
·         Imejl minghand Andy Catania – fejn informa lill-kunsill li minhabba ragunijiet personali ma jistax jaghti l-kontribut tieghu fl-attivitajiet ta’ Jum il-Birgu.  Il-Kunsillier Eman Zerafa, issugerixxa li l-islots li kienu ser jittiehdu minn Andy Catania, jigu moghtija lil Kenetic Dancers. 
 
Fuq din it-tema, is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa lill-Kunsill li l-ispejjez li saru ghall-attivitajiet taz-zjara tal-Eminenza Tieghu l-Granmastru, tal-attivita’ tas-17 ta’ Mejju kif ukoll taz-zjara ufficjali ta-iSpeaker Rumen u d-delegazzjoni tieghu fl-1 ta’ Mejju, ma nhargux flus minn gewwa, u l-ispejjez kollha gew koperti mid-donazzjonijiet.  Informa lill-kunsill lil-kor tat-tfal li jgorr mieghu l-ispiza ta’ €300, gie mhallas minn persuna partikulari.  Tkellem ukoll fuq CD tal-Innu tal-Birgu li huwa qieghed jissugerixxi li jitqassam fid-djar.  Intant dan is-suggeriment ma ntlaqax tajjeb la mill--Vici Sindku u lanqas mill--Kunsillier Gellel.  Ir-raguni taghhom kienet li hafna minn nies lanqas biss jiehdu nteress jisimghuh.
 
·         Imejl lis-Sur Francis Borg, MCCA – Fejn wara li l-Kunsill ircieva l-programm tal-attivitajiet relati mal-kommemorazzjoni tal-450 sena anniversarju tal-Assedju l-Kbir, innota li l-attivita’ li ghandha tittella’ fis-6 ta’ Settembru,  ma kien hemm imnizzel ‘bil-kolloborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu’ bhalma kien hemm imnizzel f’attivita’ ohra li hemm il-hsieb li ssir f’lokalita’ ulterjuri. Il-Kunsill kiteb lis Sur Borg sabiex dan l-izball jigi rrangat. Intant, f’korrispondenza segwenti, is-Sur Borg informa lill-Kunsill li t-tibdil mitlub minn naha tal-Kunsill gie esegwit.
 
·         Ittra minghand is-Sjra Maria McNamara- fejn informat lill-Kunsill bin-numru ta’ studenti li jattendu fl-iskejjel fl-akwati tal-Kottonera u li kienu ser jibbenifikaw minn pakketti edukattivi migjuba mill--Kunsill mill--progett Oralities.  Is-Sindku informa lill-membri tal-Kunsill li anke it-tfal li jattendu l-iskejjel ta’ St Edwards u De La Salle ser jibbenifikaw minn din l-ghotja ta’ kotba.
 
·         Ittra lill-Ministru tal-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali -  Il-Kunsill qieghed f’isem il-Monestero ta’ Santa Skolastika tal-Birgu, jitlobghajnuna finanzjarja sabiex isir xoghol ta’ restawr fuq tlett faccati li jdawwru l-knisja u l-kunvent.
 
Intant, fuq l-istess tema, is-Sindku informa lil dawk prezenti li f’isem il-Kunsill huwa wkoll rringrazzja lill-Ministru Bonnici tar-riimborz tal-ewwel parti tas-somma li rcieva inkonnesjoni mal-ispejjez tar-restawr u tiswijiet fil-Berga ta’ Franza.  Huwa nformhom ukoll li bit-2 parti tal-riimborz, hemm il-hsieb li jsiru ir-rixtelli tal-hadid tal-katina sabiex il-latirini ikunu jistghu jinfethu ghall-pubbliku.  Semma’ wkoll li somma mit-tieni parti tal-hlas ser tmur ghal zewg anteporti li ser isiru fl-ufficcji amministrattivi tal-kunsill.
 
 
·         Korrispondenza minghand il-Kunsill lill-MEPA relatata mal-pplikazzjoni li saret biex jinhareg permess ghal Kiosk f’Belvedere (Fuq is-Simenta) –  fejn il-Kunsill Lokali tal-Birgu qieghed joggezzjoni dwar din l-applikazzjoni.  F’din l-ittra l-Kunsill esprima d-dizapprovazzjoni tieghu ghaliex priciparjament hu flimkien mar-residenti tal-akwata ta’ Belvedere gew zgwidati mill--applikant, kif ukoll issustanza u qabel mal-kontenut tal-petizzjoni li saret mir-residenti taz-zona msemmija aktar il fuq.
 
·         Imejl minghand Francell Azzopardi, MTA–  fejn irreferiet ghall-progett Grand Harbour Trail Project li huwa pproponut mill--Awtorita’ tat-Turizmu.  Hija kkonfermat ukoll li l-proposta tal-Kunsill sabiex jigi inkluz f’dan il-progett landing site iehor fiz-zona maghrufa Tat-Toqba giet accettata.  Annessa ma’ din l-imejl, is-Sjr Azzopardi baghtet il-pjanti proposti ghal danil-progett, tali pjant gew iccirkulati waqt il-laqgha.
 
Imejl minghand il-MEUSAC – Il-kunsill gie nfurmat li kienet ser issiru sensiela ta’ laqghat ta’ informazzjoni ghall-Kunsilli Lokali dwar ksib ta’ fondi mill--Unjoni Ewropea.  Is-Sindku informa lill-kunsilliera li skont l-informazzjoni li ntbaghtet mill--MEUSAC, l-Kunsill Lokali tal-Birgu kien skjedat sabiex jattendi l-laqgha tal-15 ta’ Gunju, 2015.
..
·         Imejl minghand Ruth Falzon, Segretarja, MACP  – Din l-imejl tikkoncerna is-somma ta’ €200li qeda tigi offruta lill-Kunsill Lokali tal-Birgu mill--MACP, sabiex dawn tal-ahhar juzaw Couvre Porte f’Lulju, 2016.  Intant, bi qbil unanimu, il-Kunsill Lokali tal-Birgu iddecieda li ghal uzu ta’ Couvre Porte, ghandha tintalab is-somma ta’€300.  Is-Segretarju Ezekuttiv giet mitlubamill--Kunsill sabiex tinforma lil Dr. Falzon b’din id-decizjoni.        
 
·         Ittra minghand Aldo Darmanin – fejn talab il-permess u l-approvazzjoni tal-kunsill sabiex ikun jista’ johrog imwejjed u siggiet quddiem l-istabbiliment li huwa behsiebu jiftah gewwa l-pjazzja tal-Birgu.  Gie nnotat b’mod immedjat li dawn l-imwejjed u siggijiet serinaqqsu slot/s fejn wiehed jipparkja gewwa l-pjazza.  Ghalkemm ma ttiehdet l-ebda decizjoni, sar qbil unanimu li qabel l-Kunsill jasal ghal decizjoni finali, ghandha ssir konsultazzjoni mar-residenti.
 
 
Gie diskuss ukoll u miftiehem unanimanent  il-bzonn li ssir revizjoni tal-parkegg riservar ghall-persuna b’dizabilita’ u dak tar-residenti.        
 
·         Korrispondenza minghand l-Perit Claude Busuttil –Is-Sindku, is-Sur John Boxall informa lill-Kunsilliera rigward il-latrina tat-Toqba u l-pjanti proposti mill--Perit Busuttil.  Is-Sindku informa lill-Kunsill li l-Perit Busuttil ghadda dawn il-pjanti lill-Kunsill ghall-approvazzjoni sabiex sussegwentament jigu sottomessi lill-MEPA.
Intant, is-Sindku informa wkoll lill-Kunsill li hekk kif johrog il-permess mill—MEPA,hemm il-hsieb li jintalbu fondi bhala zvilupp f’zona fejn m’hemmx.
Is-Sindku talab vot ta’ approvazzjoni tad-disinn tal-latrina, liema vot gie approvat b’mod unanimu.
 
 
·         Disinn tal-Lift li Huwa Mahsub li Se Jsir fil-Berga tal-Ingilterra – Is-Sindku, is-Sur John Boxall ipprezenta disinn tal-lift li hu mahsub fil-Berga tal-Ingilterra ghall-approvazzjoni tal-membri tal-Kunsill.  B’vot unanimu dan id-disinn gie approvat.  Fuq l-istess suggett, is-Sindku, informa lill-kunsilliera dwar ix-xoghlijet li qeghdin jitwettqu gewwa l-Berga tal-Ingilterra.  Il-Perit Claude Busuttil, persuna kompetenti hafna fis-settur tal-bini storiku, gie moghti r-responsabilita’ tax-xogholijiet li qeghdin isiru fil-Berga tal-Ingilterra.  Intant, il-Kunsilliera gew infurmati wkoll mis-Sindku li bhalissa qeghdin jingabru diversi kwotazzjonijet ghal materjali diversi bhal madum, xoghol tal-injam, ecc.
 
·         Imejl mid-Dipartiment ghall-Gvern Lokali  - fejn il-Kunsill gie nfurmat dwar progett – LOCAL STRATEGIES FOR THE TAKE-UP OF SOCIAL RIGHTS (not LOST Social Rights).  Intbaghtet ittra f’isem il-Kunsill sabiex jintwera l-interess li l-istess kunsill jippartecipa.
 
 
·         Imejl lil Dario Sirugofejn il-kunsill wera l-interess li jippartecipa fil-progett Tourism in a Foreign Land.
 
·         Imejl lil ALDA -fejn il-kunsill wera l-interess li jippartecipa fil-progett Voices Against Women fejn jekk il-Kunsill jigi accettat, kull ma mitlub li jsir mill-Kunsill hu li jorganizza  konferenza.
 
 
·         Imejl mill--AVECtittratta l-konferenza generali li ser issir gewwa l-Kroazja fejn ser issir l- elezzjoni tal-ViciPresident li ser issir bejn it-2 ta’ Lulju, 2015 u l-5 ta’ Lulju, 2015 gewwa l-Kroazja. Normalment din il-konferenza jattendu ghaliha s-Sindku u s-Segretarju Ezekuttiv. Minhabba li s-Segretarju Ezekuttiv mhux ser tkun disposta f’dawk il-granet partikulari, is-Sindku, is-Sur John Boxall talab lill-ViciSindku, is-SurTrevor Mizzi, sabiex jattendi  minflokha.
 
4.       Hrug ta’ Tenders
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa lill-membri tal-Kunsill li t-tender ghas-servizz ta’ accountant  harget ghall-pubbliku fis-26 ta’ Mejju, 2015 u ser taghlaq fis-27 ta’ Gunju, 2015.  Informa wkoll lil dawk prezenti li t-tender tal-knis u gbir ta’ skart domestiku mhux ser tohrog ghalissa minhabba li ghad hemm ftehim validu bejn il-Kunsill u l-Kuntrattur.  Zied jghid ukoll li t-tenders ghall-Avukat tal-Kunsill u Perit tal-Kunsill skadew f’Novembru, 2014 u jehtieg li jinhargu tenders ghalihom.
 
 
 
5.        Affarijiet Ohra
 
·         Is-Sindku, is-Sur John Boxall, gibed l-attenzjoni tal-membri tal-Kunsill rigward il-fatt li l-Kunsill Lokali tal-Birgu huwa l-uniku kunsill li ma japplikax il-hinijiet tas-Sajf.  Huwa kompla jispjega lill-kunsilliera li gie avvicinat mill-impjegati (minbarra Moira Azzopardi ghaliex tinsab imsiefra fuq xoghol tal-kunsill), sabiex mis-16 ta’ Gunju, 2015  sat-30 ta’ Settembru, 2015, il-hinijiet estivitaghhom ikunu mis-7:00am sas-1:00pm u mill--11:00am sal-5:00pm, l l-impjegati qablu li jinhadmu  b’sistema ta’ roster.  Is-Sindku kompla jinforma lill-kunsilliera li gurnata leave xorta tibqa’ tiswa  8 sieghat. 
 
 Is-Sindku, is-Sur John Boxall, talab l- approvazzjoni    rigward il-hinijet godda  tas-sajf tal-impjegati lill-Kunsilliera prezenti, liema  hinijiet gew approvati b’mod unanimu.
 
·         Is-Sindku, is-Sur John Boxall,informa lill-Kunsill li n-numru ta’ persuni li ser imorru mal-gita ta’ gurnata gewwa Sqallija organizzata mill--Kunsill lahaq ghal 63. Infurmahom ukoll li fuq talba generali, huwa kien qieghed jikkonsidra jekk is-sena d-diehla tigi organizzata gita ta’ 3 ijiem gewwa kumpless turistiku gewwa Sqallija.
 
6.     Skeda ta’ Pagamenti
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, ressaq ghall-approvazzjoni l-Iskeda tal-Pagamenti. li tkopri c-cekkijiet bin-numri 2491 sa 2517 (BOV) u dawk tal-HSBC 9472 - 9474.  Il-Kunsill approva b’mod unanimu l-Iskeda ta’ Pagamenti ddatata  13 ta’ Mejju, 2015 – 2 ta’ Gunju, 2015.
 
 
 
 
 
6     Aggornament
             Il-Laqgha ntemmet fit-tmienja ta’ filghaxija (8:00pm).
 
Il-Laqgha 5 (7) tal-Kunsill Lokali tal-Birgu giet aggornata ghat-Tlieta   16 ta’ Gunju, 2015 fil-hamsa (5:00pm) ta’ filghaxija.
 
 
 --------------------------------                               ----------------------------------
Tania Belfiore                                                  John Boxall
Segretarju Ezekuttiv                                       Sindku
 
 
Approvati llum ...................................................