Minuti tal-Laqgha Nru 03(07)

 Minuti tal-Laqgha 03 (07)

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ltaqa` ghall-Laqgha Numru 3 (07) fl-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill fil-Berga ta` Franza nhar it-Tnejn 18 ta’ Mejju, 2015 fis-sitta ta’ filghaxija (6:00pm)
 
It-Tielet (03) Laqgha tas-Sebgha Kunsill inzammet b’din l-Agenda :
 
·         Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-Laqgha  No 2(07)
·         Korrispondenza
·         Prezentazzjoni u Approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju Finali ghas-Sena li Nalghqet fil-31 ta’ Dicembru, 2014
·         Ghajnuna ghal Xoghlijiet ta’ Kostruzzjoni fuq il-Bejt tar-Regatta (Birgu)
·         Jum il-Birgu 2015
·         Birgufest 2015
 
 
 
 
Prezenti
Il-Vici-Sindku, is-Sur Trevor Mizzi,
 Il-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard,
Il-Kunsillier, is-Sur Eman Zerafa,
Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel,  
Is-Segretarju Ezekuttiv, Is-Sinjura Tania Belfiore.
 
 
Skuzat
Is-Sindku, is-Sur John Boxall
 
 
Talba
Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, qal it-talba u taha bidu ghall- Laqgha numru 3(07).
 
 
1.      Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-Laqgha2(07)
 
Il-Minuti tat-Tieni Laqgha tas-Sebgha Kunsill,  li  gew iccirkolati qabel il-laqgha, inqraw mis-Segretarju Ezekuttiv, u gew approvati b’mod unanimu.
 
Punti li Hargu ghad-Diskussjoni wara li Nqraw il-Minuti tal-Laqgha 2 (07)
Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi talab lill-bqija tal-membri tal-Kunsill jekk ghandhomx xi kummenti rigward dawn il-minuti.
 
Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel fetah din il-parti tad-diskussjoni billi rrefera ghat-talba permezz ta’ imejl li ntbaghtet lilu minghand Rita Stanier f’isem ir-residenti li jghixu fl-akwata taz-zona li hija maghrufa ’Fuq is-Simenta’.  Is-Sur Gellel informa lill-Vici Sindku u lill-kunsilliera prezenti li f’isem ir-residenti taz-zona msemmija,is-Sinjura Stanier kienet qeghda titlob biex issir laqgha bejn ir-residenti u il-Kunsill Lokali tal-Birgu.  Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, ippropona li din il-laqgha ssir fi zmien qarib u li huwa mportanti li jkun jista’ jattendi ghaliha s-Sindku, is-Sur John Boxall.  Din il-proposta giet approvata unanimament.  Intant, il-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard, ippropona wkoll li kemm il darba s-Sindku jkun disponsibbli, il-laqgha mar-residenti ssir l-Erbgha 20 ta’ Mejju, 2015 fil-5:30 ta’ filghaxija.  Is-Segretarju Ezekuttiv, is-Sjra. Tania Belfiore, talbet permess lill-membri tal-Kunsill sabiex tkun tista’ tghaddi l-kummenti taghha.  Wara li giet permessa tintervjeni, is-Sjra. Belfiore informat lill-kunsilliera prezenti li  fil-gurnata u l-hin li gew proposti mis-Sur Lawrence Attard, ma kienx possibbli ghaliha li tattendi minhabba ragunijiet personali.
Intant, id-diskussjoni daret fuq il-korrispondenza eletronika minghand Lawrence Farrugia li ressaq ilment rigward kontravensjoni li huwa rcieva meta pparkja f’post riservat ghar-residenti gewwa l-Birgu.  Huwa appella lill-Kunsill sabiex dawk in-nies li ma jghixux l-Birgu izda li jkunu dejjem hem sabiex iwettqu xoghol volontarju, jinghataw permess temporarju bhalma jinghata lil dawk il-barranin li jmorru jghixu l-Birgu ghal zmien qasir.  Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi ippropona li din it-talba ghandha tigi inkuza fuq l-agenda tal-laqgha 4 (07) sabiex tittiehed decizjoni.  Din il-proposta giet approvata unanimament mill-bqija tal-membri tal-Kunsill.
 
 
Intant, il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, talab lis-Segretarju Ezekuttiv sabiex tpoggi fuq il-mejda kopja tal-korrispondenza li saret inkonessjoni mal-korrispondenza li saret minn naha tal-kunsill, liema korrispondenza giet diskussa fil-Laqgha 2(7) u li tikkoncerna persuni li infurmaw lis-Sindku, is-Sur John Boxall, li l-Vici Sindku tahom parir sabiex jaghmlu petizzjoni fuq is-sigar tal-akacja li jinsabu madwar l-iskola primarja tal-Birgu. Is-Segretarju Ezekuttiv ressqet fuq il-mejda l-kopja tal-ittra u fuq talba tal-Vici Sindku qratha lil kunsilliera. Wara li nqrat din il-korrispondenza, il-Vici Sindku iddikjara ma’ dawk prezenti li fl-ebda moment ma ta parir sabiex issir petizzjoni.  Huwa sahaq li persuna wahda avvicinatu rigward din il-kwestjoni fil-perjodu li lanqas kien ghadu ma ha l-gurament ta’ hatra.  Sahaq ukoll li l-uniku parir li ta lil din il-persuna kien li tkellem lill-Kap tal-Iskola biex tintbaghat ittra lill-Kunsill sabiex il-problema tigi diskussa fil-laqgha tal-Kunsill.
 
Il-Vici Sindku pporpona li meta jinqala’ incident simili, qabel ma jittiehdu passi li wiehed ihoss li jkunu mehtiega, l-ewwel persuna li ghandha tkun avvicinata tkun il-Kunsillier involut, kif ukoll li l-bqija tal-kunsilliera l-ohra jigu infurmati.  Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, filwaqt li ddikjara li l-allegazzjoni ma kienetx gusta fil-konfront tieghu,  ippropona li din l-allegazzjoni tigi kjarifikata mal-Kap tal-Iskola, li lilha giet mibghuta l-ittra mill-kunsill, u biex din l-ittra tigi rtirata.  Il-membri kollha prezenti waqt din il-laqgha approvaw unanimament din il-proposta.
 
Il-Kunsillier Anton Gellel, staqsa lis-Segretarju Ezekuttiv rigward l-indirizz elettroniku li minnu intbaghtet din il-korrispondenza elettronika.  Is-Segretarju Ezekuttiv wiegbet li kull impjegata ghandha access ghall-indirizz generetiku tal-kunsill.  Il-Kunsillier Gellel emfasizza l-fatt li kull korrispondenza li tintbaghat minn kull impjegat ta-kunsill trid tohrog mill-indirizz elettroniku generiku tal-kunsill u minn l-ebda indrizz elettroniku iehor.
 
 
Fid-dawl ta’ din id-diskussjoni, il-Vici Sindku u l-bqija tal-Kunsilliera qablu unanimament li mill-laqgha li jmiss kull korrispondenza li kienet ser tkun imressqa fil-laqgha tal-kunsill ghandha tigi skenjata u mibghuta lil kull kunsillier qabel it-tali laqgha sabiex minbarra li jitnaqqas il-hela ta’ karti, ikunu jafu minn qabel x’ser jigi diskuss u ma jintilifx hin fuq il-korrispondenza waqt il-laqghat.
 
Intant, il-Kunsillier Lawrence Attard, ikkummenta rigward ir-responsabilitajiet li gew moghtija lilu, specifikament id-dover tar-rapprezentanza tieghu f’isem il-Kunsill fil-Cottonera Rehabilitation Committee.
 
 
KORREZZJONI
Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi sahaq li kien hu li ppropona li l-finanzjament li originaljament kien ser isir fuq it-Torri tal-Arlogg mill-Fundazzjoni Alf. Mizzi, jintuza sabiex isiru bandli godda minflok dawk li hemm fil-prezent u li huma kundannati.
 
 
 
 
 
 
2.    KORRISPONDENZA
 
Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, talab lis-Segretarju Ezekuttiv sabiex tpoggi fuq il-mejda korrispondenza li giet mibghuta mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, kif ukoll dik ircevuta.
 
Korrispondenza  li Rcieva l-Kunsill
 
·         ImejlSensiela ta’ korrispondenza elettronika fejn tara l-bidu taghha bis-Segretarju Ezekuttiv tikteb lis-Sur JC Azzopardi sabiex jghaddilha kopja ta’ ittra li r-residenti li jghixu fiz-zona msejha ‘Fuq is-Simenta’, ipprezentaw lil Cottonera Rehabiltiation Committee t-Tlieta 12 ta’ Mejju,2015, hekk giemaqbul li jsir fil-laqgha precidenti tal-kunsill.  Intant, is-Sur Azzopardi, wiegeb li din ma kientexresponsabilita’ tieghu izda tas-Sur Charles Flores u tal-Perit Fsadni.  Intant f’isem il-Kunsill, is-Segretarju Ezekuttiv irceviet risposta minghand Charles Flores li jghid li huwa mhux lest li jghaddi lill-Kunsill korrispondenza privata li ntbaghtet lilu.
 
Il-Vici Sindku ikkumenta dwar l-agir tas-Sur Flores, fis-sens li ghalkemm l-ittra nqrat waqt il-laqgha, hemm incertezza min jista’ jinghata kopja taghha, cioe’ li mhux lil kwalinkwe membru, kompla jghid li jista’ jkun li wiehed irid ikun fil-kumitat sabiex ikollu access ghaliha.  Is-Sur Lawrence Attard, Kunsillier, stqarr li huwa dubjuz jekk il-Kunsill ghandux dritt ikollu kopja ta’ din il-korrispondenza f’idejh.
 
·         Imejl lil/minghand is-Sur Mark Causon -Sensiela ta’ Posta elettronika fejn is-Sur Mark Causon wera s-sodifazzjon tieghu wara li l-Kunsill Lokali tal-Birgu infurmah li fil-Laqgha tal-istess kunsill 2(07), il-pozizzjoni tieghu bhala project manager fil-progett LADDER gie kkonfermat unanimament, kif ukoll li sar qbil unanimu li jkun il-persuna mahtura sabiex issegwi s-sejhiet ghal fondi that il-programm ERDF, meta dawn eventwalment jinhargu.
 
Is-Sur Anton Gellel, Kunsillier, sahaq li ghalkemm dawn il-progetti huma ta’ importanza ghall-kunsill biex jimxi il quddiem, wiehed ghandu wkoll jimrah aktar sabiex jakkwista fondi minn sorsi ohra bhal MEUSEAC, Ministeri, ecc.  Huwa wera x-xewqa li jkun jaf x’iggwadanja s’issa l-Kunsill minn dawn il-progett.  Il-Vici-Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, ressaq proposta li ssir presentazzjoni waqt il-laqgha tal-kunsill dwar il-gwadann tal-Kunsill minn dawn il-progetti.  Din il-proposta unanimament approvata mill-membri kollha tal-Kunsill li kienu prezenti.
 
·         Imejl Oralities Project- Sensiela ta’ posta eletronika fejn is-Sinjura Maria McNamara, Principal tal-Kullegg Santa Margerita, qeda tirringrazzja lill-Kunsill ufl-istess hinqeghda tikkonferma d-data tal-prezentazzjoni tal-risorsi ghall-beneficcju tal-istudenti tal-iskejjel primarji tal-Kottonera mis-Sindku, is-Sur John Boxall.  Il-prezentazzjoni hi ikkonfermata li ssir fis-16 ta’ Gunju, 2015 fl-ufficcju tas-Sinjura McNamara u fil-prezenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni.
 
·         Imejl minghand Green mt – Jikteb il-Kap Ezekuttiv tal-Green mt, is-Sur Joe Attard, fejn qieghed ifakkar lill-Kunsill li l-ftehim li sar bejn il-Green mt u l-Kunsill skada fil-11 ta’ Mejju, 2015 u qieghed jitlob lill-Kunsill sabiex jittiehdu l-passi necessarji skont il-ligi sabiex il-pozizzjoni tkun regolarizzata.  Huwa nforma lill-kunsill li sakemm isir dan, il-Green mt ser tkompli toffri s-servizzi in vigour.
·         Imejl minghand TCTC iKids - TCTC qeghda tirringrazzja lill-Kunsill wara li twiegbu r-risposti taghhom rigward laqgha preparattiva qabel jibda it-taghlim tal-komputer ghat-tfal fis-sajf li gej, kif ukoll l-iskeda tal-lezzjonijiet.
 
·         Ittra minghand Lorenzo A Zahra, Segretarju Socjeta Storiko Kulturali Vittoriosa – Din is-Socjeta’ qeda tirrifjutali tilqa’ proposta tas-Sindku, is-Sur John Boxall li heggeg lis-Sur Joe Morana, membru tal-kumitat tal-istess socjeta’ sabiex din is-socjeta tghin fl-ispiza  tal-printing tal-bnadar tal-Ordni.    Is-Segretarju Ezekuttiv informat ill-Vici Sindku u l-Kunsilliera li s-Sindku ga qieghed jigbor il-kwotazzjonijiet kif ukoll qied javvicina entitajiet ghal donazzjonijiet ghal dan l-iskop.
 
 
 
·         Ittra minghand il-Monasteru ta’ Santa Skolastika -  Il-Kunsill qieghed jigi mitlub jaghti l-ghajnuna tieghu sabiex isir xoghol ta’ restawr fil-Monasteru billi jigu nkluzi fis-skema li l-Gvern Centrali nieda ricentament.  Is-Segretarju Ezekuttiv informat lill-Vici Sindku u lill-Kunsilliera li s-Sindku, is-Sur John Boxall informha li kien ser jiehu l-passi necessarji sabiex jghaddi din il-korrispondenza lill-Ministeru ghax-Xoghlijiet u Infrastruttura.
 
Imejl minghand Kenetic Dancers –Talba sabiex jinghataw il-muzika tal-innu l-gdid halli jilhqu jippjanaw iz-zifna. Filwaqt li kien hemm qbil unanimu li l-Kunsill jitlob lil dan il-grupp ta’ zeffiena sabiex itellghu zewg zifniet flok wahda ghal prezz ta’ €300, il-Kunsilliera sahqu li Maestro Spagnol kien oppost li iz-zifna ssir a’ bazi tal-innu gdid li huwa kkompona minhabba l-fatt li ma kienx addatat ghal zifna.  Gie maqbul li jigu avvicinati iz- zewg baned tal-lokalita’ sabiex kull wahda minnhom jaghtu l-muzika ta’ innu  addattat ghaz-zfin lil Kinetic Dancers sabiex dawn tal-ahhar ifasslu zewg zifniet addatati.  Il-Kunsillier Eman Zerafa informal lill-bqija tal-Kunsilliera li kien ser jitkellem mal-Kinetic Dancerssabiex minflok zifna wahda, jpprezentaw tnejn.
 
·         Imejl minghand David Muscat (Street Naming Committee)– Informal ill-Kunsill li l-iStreet Naming Committee ghadhom bl-istess decizjoni li t-Triq il-Mina l-Kbira ma jinbidliliex isimha ghal Triq l-Assedju l-Kbir 1565.  Intant, is-Segretarju Ezekttiv infurmat lill-Kunsill li minn naha tieghu s-Sindku infurmha li t-tabelli kienu diga’ lesti u li wiehed issa jrid jahseb triq alternattiva li tista’ tinghata dan l-isem.  Il-Kunsillier Anton Gellel qal li hu tal-fehma li l-Kunsill ghandu jaccetta l-proposta tal-iStreet Nameing Committe ta’ fejn ghandu jsir l-isem tat-Triq l-Assedju l-Kbir 1565.  Minn naha l-ohra, il-Kunsillier Lawrence Attard werea l-fehma tieghu, cioe’ li l-isem jixraqlu triq ahjar.
 
·         MEMO 11/2015 Mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali – Il-Kunsill ircieva dan il--memo li jispjega fid-dettal x’tinvolvi l-iskema ta’ restawr ta’ postijiet storici u liema huma dawk elegibbli.  Din l-iskema taghlaq fit-30 ta’ Gunju, 2015.  I-Segretarju Ezekuttiv informat lill-Kunsill li s-Sindku, is-Sur John Boxall, huwa tal-fehma li l-Kunsill Lokali ghandu jiehu sehem f’din l-iskema sabiex tigi restawrata l-faccata tal-Berga ta’ Franza u l-komplament tax-xoghlijiet li baqa’ gewwa l-istess berga.  Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi kif ukoll il-bqija tal-Kunsilliera esprimew l-istess sentiment. Il-participazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu fl-iskema ta’ restawr tal-faccata tal-Berga ta’ Franza u l-komplament tax-xoghlijiet li baqa’ gewwa l-istess berga giet unanimament approvata.
..
·         Imejl minghand Fondazzjoni Wirt Artna – Din l-imejl tikkoncerna is-somma ta’ €150li qeda tntalab minn Wirt Artna ghal uzu tat-toilets meta ikun hemm okkazzjoni ta’ riceviment f’ Couvre Porte.  Il-Kunsillier Anton Gellel, esprima l-fehma tieghu, cioe’ dawk li jkollhom il-hsieb li jorganizzaw ir-riceviment f’Couvre Porte, ghandhom ikunu mitluba jhallsu din ic-cifra, dejjem apparti l-ammont tal-kirja mitluba. 
 
·         Imejl minghand Philip Chircop, President Moto Guzzi Malta Club – Stedina permezz ta’ imejl lis-Sindku, is-Sur John Boxall, sabiex jattendi ghall-investitura ta’ Kavallieri Guzzisti gewwa Val di Noto, Sqallija bejn il-Gimgha 29 ta’ Mejju, 2015 u t-Tnejn 1 ta’ Gunju,2015.  L-ispiza ta’ din il-mawra ser tkun koperta minn Moto Guzzi Malta Club.  Fuq talba tas-Sindku, is-Sur John Boxall, il-Vici Sindku u l-bqija tal-Kunsilliera qablu b’mod unanimu li s-Sindku, is-Sur John Boxall, jigi moghti 20% tas-subsistence allowance li normalment huwa ntitolat ghalih.
 
 
KORRISPONDENZA  LI  NTBAGHTET  MILL-KUNSILL
 
 
·         Ittra lill-Onor. Ministru Joe Mizzi, Ministru ghax-Xogholijiet u Infrastruttura –Inqrat korrispondenza ffirmata mis-Sindku, is-Sur John Boxall fejn giet mitluba l-intervenza tal-Ministru sabiex ix-xogholijiet li kienu ghaddejjin u twaqqfu hasrem fit-Triq Kardinal u Triq Desain jitkomplew mill-aktar fiss possibbli  minhabba l-inkonvenjent kbir li qeghdin isofru kemm ir-residenti kif ukoll dawk in-nies li jiffrekwentaw dawn iz-zewg toroq.
Wara li nqrat din il-korrispondenza, il-Kunsillier Anton Gellel informa lill-kunsilliera prezenti li huwa tkellem mal-Perit David Vassallo, fejn dan tal-ahhar spjegalu s-sitwazzjoni tal-kuntrattur, cioe’ li dan tal-ahhar kien ha l-ewwel fazi tax-xoghol b’direct order, liema xoghol tlesta, l-istess kuntrattur rebah it-tender tat-tieni fazi tax-xoghol, pero’ l-ghotja din it-tender ghadha ma harigtx ufficcjalment. Intant, kompla jispjega l-Kunsillier Anton Gellel, il-Perit Vassallo infurmah ukoll li hemm ukoll problema tad-drenagg fit-toroq Kardinal u Desain,  liema drenagg ma huwiex inkluz fit-tender.
 
·         Applikazzjoni – Ghajnuna lill-Kunsilli Lokali li Ghandhom Responsabilita’ ta’ Librerija Lokali – Wara li inghatat l-approvazzjoni tal-Kunsill sabiex tiehu sehem fid-diskussjoni, is-Segretarju Ezekuttiv ressqet fuq il-mejda tal-Kunsill applikazzjoni li saret fit-12 ta’ Mejju, 2015 ffrimata kemm mis-Sindku, is-Sur John Boxall if ukoll minnha nnifisha, li tirrigwarda skema fejn fiha l-Kunsill jinghata 50% minn nefqa tieghu f’kotba ghall-librerija.  Spjegat lill-Kunsiliera prezenti li l-massimu ta’ riimborz li wiehed jista’ jiehu lura minn din l-iskema huwa ta’ €600.
 
·         Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sjr. Moira Azzopardi l-Kunsill Lokali tal-Birgu lil Anna Ditta – Project Development Officer, ALDA, u li jikkoncerna Partnership fl-Erasmus + Sport, fejn fuq talba tas-Sjra Ditta, intbaghat dokumentazzjoni wara li l-Kunsill gie ikkonfermat Partner f’dan il-progett
 
·         Korrispondenza eletronika ffirmata mis-Sindku, is-Sur John Boxall, lis-Sur Julian Sammut, Fondazzjoni Alf Mizzi, fejn wara li spjegalu l-pozizzjoni tal-Kunsill rigward il-kaz tat-Torri tal-Arlogg, talbu gentilment biex jikkonsidra li ssir laqgha sabiex l-ghajnuna finanzjara li originarjament kienet ser tinghata lill-kunsill mill-Fondazzjoni Alf Mizzi ghall-bini tat-torri tal-arlogg, tkunx tista’ tinghata ghal progett socjali li bih jibbenifikaw it-tfal kollha tal-Kottonera.
 
 
·         Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Segretarju Ezekuttiv, is-Sjra. Tania Belfiore fejn infurmat lis-Sur Emanuel Buhagiar, Kummissarju ghat-Trattament Xieraq tal-Annimali, b’dak li gie deciz fil-laqgha 2 (07) tal-Kunsill Lokali tal-Birgu rigward it-talba tieghu li jikri parti mill-binja ta’ Couvre Porte ghall-ufficcju amministrattiv tieghu.  Is-Sur Buhagiar gie nfurmat li b’vot unanimu, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ddecieda li l-hlas dovut lill-istess kunsill hu ta’ €3,000 fis-sena.  Is-Sjra Belfiore infurmatu wkoll li kellu jsir ftehim ffirmat bejn il-Kunsill Lokali tal-Birgu u l-Kummissarjat tieghu.
 
 
3.     Prezentazzjoni u Approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju Finali ghas-Sena li Nghalqet fil-31 ta’ Dicembru, 2014
 
Minhabba li s-Sindku, is-Sur John Boxall kien indispost, il-prezentazzjoni, u l-approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju Finali ghas-Sena li Nghalqet fil-31 ta’ Dicembru, 2014, ghal fini tal-ligi ma setghux isiru.
 
B’vot unanimu gie deciz li il-prezentazzjoni, u l-approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju Finali ghas-Sena li Nghalqet fil-31 ta’ Dicembru, 2014, jigu pprezentati fil-Laqgha 4(7) tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
 
4.      Affarijiet Ohra
 
Is-Segretarju Ezekuttiv  poggiet  fuq il-mejda tal-Kunsill, rendikont dettaljat tal-ispejjez li nholqu miz-zjara ufficcjali ta-ET. Il-Granmastru tal-Ordni tal-Gerusalem ta’ Malta, miz-zjara tal-ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Rumenu mill-attivita’ tas-17 ta’ Mejju, 2015.
 
Intant, gie ukoll ipprezentat l-ammont ta’ donazzjonijiet li l-Kunsill ircieva u li ghamel uzu minnhom billi kopra l-ispejjez kollha tal-attivitajiet msemmija aktar il fuq.
 
Intant, il-Kunsillier Anton Gellel wera il-preokkupazzjoni tieghu fis-sens li huwa nnota li certi benefatturi li normalment jaghtu donazzjoni sabiex jigu uzati ghall-attivita’ tal-Birgu, jidhru li taw kwazi l-istess ammont ta’ donazzjoni ghall-attivitajiet imsemmija hawn fuq.  Huwa hosbien li jista’ jigri li dawnil-benefatturi  jhossu li taw bizzejjed u ma jikkontribwixxux ghall-attivita’ annwali tal-BirguFest.
 
 
5.    Aggornament
 
 
     Il-Laqgha ntemmet fit-tmienja u hamsa u tletin minuta ta’ filghaxija (8:35pm).
 
 
Il-Laqgha 4 (7) tal-Kunsill Lokali tal-Birgu giet aggornata ghal-Erbgha 3 ta’ Gunju, 2015 fis-sitta (6:00pm) ta’ filghaxija.
 
 
________________________                      _________________________
Tania Belfiore                                                  Trevor Mizzi
Segretarju Ezekuttiv                                          Vici Sindku
 
 
Approvati llum ...................................................