Minuti tal-Laqgha Nru 02(07)

 Minuti tal-Laqgha 02 (07)

 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ltaqa` ghall-Laqgha Numru 2 (07) fl-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill fil-Berga ta` Franza nhar it-Tnejn 12 ta’ Mejju, 2015 fis-sitta ta’ filghaxija (6:00pm)
 
It-Tieni (02) Laqgha tas-Sebgha Kunsill inzammet b’din l-Agenda :
 
Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-Laqgha  No 1(07)
Korrispondenza
Responsabilitajiet Moghtija lill-Kunsilliera
Hrug ta’ Tenders
Approvazzjoni tal-iSkeda tal-Pagamenti
 
 
 
Prezenti
Is-Sindku, is-Sur John Boxall
Il-Vici-Sindku, is-Sur Trevor Mizzi,
Il-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard,
Il-Kunsillier, is-Sur Eman Zerafa,
Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel,  
Is-Segretarju Ezekuttiv, Is-Sinjura Tania Belfiore.
 
 
 
 
Talba
Is-Sindku qal it-talba u taha bidu ghall- Laqgha numru 2(07).
 
 
1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-Laqgha1(07)
 
Il-Minuti tal-Ewwel Laqgha u  tas-Sebgha Kunsill li  gew iccirkolati qabel il-laqgha, nqraw mis-Segretarju Ezekuttiv, u gew approvati b’mod unanimu.
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall talab lill-bqija tal-membri tal-Kunsill jekk ghandhomx xi kummenti rigward dawn il-minuti.
 
Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel, ikkummenta fil-Kunsill Lokal  tal-Birgu ma sarx kif sar fl-ewwel laqgha tal-kunsill il-gdid ta ’diversi Kunsilli godda li fl-ewwel laqgha tal-Kunsill l-gdid, il-gurament tas-Sindku u tal-Vici Sindku ittiehdu fil-prezenza tal-Kummissarju tal-Gustizzja, b’xi whud minnhom anke kellhom xi mistednin prezenti.    Is-Sindku, is-Sur John Boxall, qal li seta’ sar bhal xi whud minn kunsilli ohra, li mhux kollha ghamlu hekk, pero’ l-fattur importanti hu li l-gurament ittiehed korrettament  f’ghajn il-Ligi.
 
 
2. KORRISPONDENZA
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, beda biex informa lill-kunsilliera prezenti li ken hemm hafna korrispondenza pendenti, u ssuggerixxa li fil-laqghat konsekuttivi din il-korrispondenza tinghata l-importanza mitluba.  Is-Sindku insista mas-Segretarju Ezekuttiv li hija ta’ importanza kbira li korrispondenza urgenti u li ikun hem bzonn li tittiehed azzjoni mal-ewwel, ghandha tinghata attenzjoni b’mod immedjat.
 
Intant, il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, issugerixxa biex ma meta tkun qed tinqara l-korrispondenza, ma jittiehidx hin aktar milli jkun misthoqq.
 
 
Korrispondenza  li Rcieva l-Kunsill – Mressqa fuq il-Mejda ta-Kunsill mis-Sindku, is-Sur  John Boxall
 
2.1.         Imejl– Sustainable Tourism in Historical Centres minghand Fondazzjoni Temi Zammit – Il-Kunsill gie mistieden konferenza rigward turizmu sostenibbli, liema konferenza kellha ssir fit-13 ta’ Mejju, 2015 gewwa l-Mediterranean Conference Centre, il-Belt, u l-hinijiet taghha huma mid-9:00am sal-5:15pm.  Huwa staqsa lill-Kunsilliera jekk kienx hem xi had lest li jattendi.  Il-Kunsilliera wiegbu li kollha kemm huma kienu impenjati bl-impjieg taghhom u ghalhekk had minnhom ma seta’ jattendi.  Is-Sindku, is-Sur Boxall, iddikjara li huwa ser ikollu jirrikorri ghal xi had barra l-Kunsill.  Fuq dan kien hem qbil unanimu.
 
2.2.         Kwotazzjoni fuq Rinovar tas-Sistema Kompjuterizzata fil-Kunsill minghand Desmond Cini (Dezz Solutions) - Is-Sindku, is-Sur John Boxall, pogga fuq il-mejda kwotatazzjoni tax-xoghol li ghandu jsir sabiex  tittejjeb is-sistema tal-kompjuters fil-kunsill minhabba li s-sistema li ghandu l-Kunsill fil-prezent hija verament hazina.  Il-kwotazzjoni, li tammonta ghal Euro566, giet imressqa fuq il-mejda tal-Kunsill ghall-approvazzjoni, liema approvazzjoni saret b’mod unanimu minn dawk kollha prezenti.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa wkoll lill-kunsilliera li kien hem il-hsieb li kull telefonata li ssir lil u mill-kunsill tkun irrekordjata.  Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, ppropona li wiehed irid ikun avzat  b’dan billi ikun hemm voice over qabel ma wiehed jibda konverzazzjoni telefonika.  Fuq dan kien hem qbil unanimu.
 
2.3.         Kwotazzjonighall-Flokkijiet minghand UV Print Ltd- Is-Sindku, is-Sur John Boxall, ressaq fuq il-mejda ghall-approvazzjoni kwotazzjoni ta’ 32 flokk bil-printing inkluz minghand UV Print Ltd, liema flokkijiet ser ikunu ghall-haddiema tal-Kunsill.  Il-kwotazzjoni tammonta ghal Eur334.60 (VAT inkluz).  Il-membri kollha tal-Kunsill approvaw unanimament din il-kwotazzjoni.
 
2.4.         KwotazzjoniGhall-Sitt Tablets minghand PC Wise Ltd – Is-Sindku, is-Sur John Boxall ressaq fuq il-mejda ghall-approvazzjoni kwotazzjoni ta’ 6 tablets li ser jigu uzati waqt il-laqghat tal-Kunsill. It-tablets li jiswew Eur235(VAT inkluz) il-wahda huma tat-tip Samsung Galaxy Tab4 u kienu l-irhas li setghu jinstabu ta’ dan il-mudell partikolari .  Il-membri tal-Kunsill approvaw unanimament din il-kwotazzjoni.
 
2.5.         Kwotazzjoni Ghall- Zewg Rixtelli tal-Hadid minghand Amabile Galea & Sons Ltd -  Is-Sindku, is-Sur John Boxall ressaq fuq il-mejda ghall-approvazzjoni tlett kwotazzjonijiet  ghal zewg rixtelli tal-hadid li ser jitwahhlu fis-sular sotterran (fil-kantina) tal-Berga ta’ Franza. Dawn il-kwotazzjonijiet ingabru minghand Tony Steel Works, Kalkar (€1670 VAT inkluz), Joy Aluminium Works, M’Scala (€1540 VAT inkluz) u Amabile Galea & Sons Ltd, Vittoriosa (€1366 VAT inkluz).  Il-kwotazzjoni tal-kumpanija Amabile Galea & Sons Ltd,kienet l-aktar wahda vantaggjuza u  ghalhekk -membri tal-Kunsill approvaw unanimament din il-kwotazzjoni.
 
 
2.6.         KwotazzjoniGhall-Manutenzjoni tat-Trakk tal-Kunsill  (CBP 628) minghand Ronald Zammit –  Is-Sindku, is-Sur John Boxall ressaq fuq il-mejda ghall-approvazzjoni tlett kwotazzjonijiet ghall-manutenzjoni ingenerali li tinkludi xoghol ta’ tillar u ta’ spraying ghat-trukk tal-kunsill.  Dawn il-kwotazzjonijiet waslu minghand Is-Sur Edmond Muscat (€2227.10c VAT inlkuz), is-Sur Ronald Zammit (€1821.05 VAT inkluz) u minghnd HSO Garage, Fgura (€2297 VAT inkuz). Il-kwotazzjoni ta’ €1821.05 (VAT inkluz) li kunsill ircieva minghand Ronald Zammit u hija l-aktar wahda baxxa u ragonevoli  u ghalhekk il-membri kollha tal-Kunsill approvaw unanimament din il-kwotazzjoni.
 
 
 
 
2.7.         Imejl minghand Darren Agius f’Isem ir-Residenti li Jghixu fiz-Zona Msejha Fuq is-Simenta -  Is-Sindku, is-Sur John Boxall qara l-imejl li ntbaghtet mis-Sur Darren Agius fejn dan tal-ahhar talab sabiex issir laqgha bejn il-Kunsill u r-residenti rigward il-gabbana li hi proposta li tinbena fuq is-Simenta.  Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel, issugerixxa li tintlaqa’ it-talba tar-residenti.  Huwa kompla biex stqarr li kien ircieva imejl minghand Rita Stainer fejn din tal-ahhar uriet ukoll ix-xewqa li ssir laqgha mal-Kunsill kif ukoll li infurmatu sabiex jiffirma petizzjoni rigward din il-kwestjoni.  Is-Sur Lawrence Attard, Kunsillier, stqarr li huwa jaqbel li r-residenti ma jigux imcahhda minn laqgha mal-Kunsill.
 
2.8.         Ircevuta tac-Cavetta tal-Kamra li Tinsab fis-Swar tal-Birgu mahruga mid-Dipartiment tal-Propjeta’ tal-Gvern – Is-Sindku pogga fuq il-mejda ricevuta tac-cetta li inghatat lura mill-Kunsill lid-Dipartiment tal-Propjeta’ tal-Gvern u li ggib id-data tas-7 ta’ Mejju, 2015.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, fakkar lill-kunsilliera li l-kunsill kien iddecieda ghad-devoluzzjoni ta’ din il-kamra, liema devoluzzjoni ma saritx.  Intant,filwaqt li din il-kamra ittihdet minn that idejn il-Kunsill, ghal din il-kamra, inharget tender minn naha tad-Dipartiment tal-Propjeta’ tal-Gvern.
 
2.9.         Imejl minghand Paul Parker f’isem kumpanija tal-films Belgjana – Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa lill-membri tal-Kunsill li l-istess Kunsill ircieva donazzjoni ta’ Euro 1,000 minghand kumpanija tal-films Belgjana.  Din id-donation, flimkien ma’ donations ohra, ser ikunu jkopru parti mill-ispejjz varji tal-attivitajiet tal-450 Anniversarju tal-Assedju l-Kbir li ser jsiru nhar il-Hadd 17 ta’ Mejju, 2015 gewa l-Birgu, iz-Zjara tal-Granmastru tal- Ordni ta’ San Gwann u i z-zjara ufficcjali tal-ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentant Rumen li saret fl- 1 ta’ Mejju, 2015 gewa l-Birgu .
 
2.10.    Imejl minghand il-Kummissarju ghat-Trattament Xieraq tal-Annimali, is-Sur Emanuel Buhagiar – din il-korrispondenzatikkoncerna parti mill-binja f’ Couvre Porte li bhalissa qeda mikrija lill-kumpanija RVC Ltd.  Din allokazzjoni gibdet l-attenzjoni tas-Sur Emanuel Bugahiar li huwa l-Kummissarju ghat-Trattament Xieraq tal-Annimali li wera x-xewqa li hu flimkien mal-amministrazzjoni tieghu jahdmu minn hemmhekk.  Intant, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, informa is-Sur Buhagiar meta l-kumpanija RVC Ltd kien behsiebha titlaq iz-zewgt ikmamar li qieghda tokkupa, cioe f’Settembru, 2015.  Is-Sur Buhagiar, permezz ta’ imejl talab biex issir laqgha mal-Kunsill sabiex tigi stabbilita’ l-kirja dovuta.
 
Waqt il-laqgha numru 2 (7), is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa lill-membri tal-Kunsill li fil-laqgha li huwa u s-Segretarju Ezekuttiv kellu mas-Sur Buhagiar, huwaoffra temporarjament ufficcju fil-binja tal-kunsill lis-Sur Buhagiar sakemmSettembru li gej, cioe’ sakemm il-Kumpanija RVC thalli vakanti iz-zewgt ikmamar li qeghda tokkupa f’ Couvre Porte.  Is-Sur Buhagiar ma accettax din l-offerta u xtaqt jiddiskuti il-prezz tal-kera.  Filfatt huwa offra is-somma ta’ Euro2,500 fis-sena.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, talab lis-Sur Buhagiar jistenna r-risposta ghaliex din il-proposta ser titella’ ghal-laqgha tal-Kunsill.
 
Intant wara li qara il-korrispondenza tas-Sur Buhagiar u spjega lill-bqija tal-Kunsilliera bl-offerta tal-kera, huwa ressaq ghall-approvazzjoni it-tali offerta, cioe’ Euro 2,500 fis-sena.  Wara diskussjoni, b’approvazzjoni unanima mill-membri kollha tal-kunsill, gie deciz li l-ammont tas-somma mitluba ghandha tkun ta’ Euro 3,000, b’kuntratt ghal sena u bil-possibilta’ ta’ tigdid.  
 
2.11.    Notifika permezz ta’ Imejl minghand il-MEPA – Din l-imejl tikkoncerna applikazzjoni gdida tas-Sur Edward Ciantar sabiex l-applikazzjoni li huwa tefa’ ghall-permess ta’ Class4C jinbidel ghal Class4D minhabba l-oggezzjoni li saret mill-Kunsill vi sa vi l-petizzjoni mir-residenti tat-toroq ta-madwar  kontra l-applikantu propjetarji tal-istabbiliment Osteria ghal Class4C (jigifieri li jitpoggew imwejjed barra l-imsemmi stabbiliment).  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, iddikjara mal-Kunsilliera prezenti li huwa tkellem mal-propjetarju u qallu biex jiddiskuti dan l-issue mar-residenti, kif ukoll li jiltaqghu flimkien kemm ir-residenti kif ukoll il-propjetarju mal-Kunsill qabel ma l-Kunsill jiehu l-pozizzjoni tieghu.
 
2.12.    Imejl minghand Kinetic Dance Studio – Is-Sindku, is-Sur John Boxall, ressaq ghall-approvazzjoni, kwotazzjoni ta’ servizz ta’ spettaklu ta’ zfin minn din il-kumpanija fl-attivita’ ta’ Jum il-Birgu li ser ssir fil-5 ta’ Settembru, 2015.  It-talba ta’ din il-kumpanija hi ta’ Euro 300.  Din il-kwotazzjoni giet approvata b’mod unanimu.
 
2.13.    Imejl minghand Lawrence V Farrugia , President, Kazin tal-Banda San Lawrenz -  Is-Sur Farrugia ressaq ilment rigward kontravensjoni li huwa rcieva meta pparkja f’post riservat ghar-residenti gewwa l-Birgu.  Huwa appella lill-Kunsill sabiex dawk in-nies li ma jghixux l-Birgu izda ikunu dejjem hemm sabiex iwettqu xoghol volontarju, jinghataw permess temporarju bhalma jinghata lil dawk il-barranin li jmorru jghixu l-Birgu ghal zmien qasir.  Is-Sur Anton Gellel, Kunsillier, issugerixxa li jinghataw 2 permessi lil kull kazin u socjeta’ sabiex tittaffa’ din il-problema rikurrenti.  Zid jghid ukoll li ikun ghad-diskrezzjoni ta’ dawn is-socjetajiet kif iqassmuhom.
 
2.14.    Imejl Minghand Jennifer Law, Birdlife Malta – imejl minghand Birdlife wara laqgha li ma kienetx skjedata mas-Segretarju Ezekuttiv fejn giet diskussa l-proposta tal-Birdlife sabiex jithawwlu sigar godda gewwa l-Birgu kif ukoll il-possibilita’ ta’ esebizzjoni ta’ritratti tal-ghasafar tal-bejt gewwa il-bini amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.  Kien hemm qbil unanimu mill-membri kollha tal-Kunsill Lokali tal-Birgu li l-esebizzjoni titella’.
 
2.15.    Imejl minghand Animal Guardians Malta- imejl iffirmata minn Karmen Koleiro f’isem Animal Guardians Malta sabiex ikollha l-opportunita’ li tiltaqa’mal-Kunsill.   Il-Kunsill approva unanimament is-suggeriment tas-Sindku, is-Sur John Boxall, sabiex tkun iffisata laqgha.
 
2.16.    Imejl minghand l-Onor. Ministru Owen Bonnici – L-Onor. Ministru Owen Bonnici ikkomunika permezz ta’ imejl mas-Sindku, is-Sur John Boxall, fejn informah li kien ser jaghmel mill-ahjar sabiex il-flus li ntefqu fir-restawr u xogholijiet ohra fil-Berga ta’ Franza u l-ammont ta’ ricevuti ta’ dan l-infieq jammonta Euro 25,974.69, jigi riimborzati fl-iqsar zmien.
 
Intant, id-diskussjoni daret fuq il-progett tal-Unjoni Ewropeja l-ERDF fejn is-Sindku nforma lill-membri tal-Kunsill prezenti li l-applikazzjonijiet dalwaqt ser jgu ppublikati.   Is-Sindku qal li dinl-applikazzjoni tista’ tkun ta’ ghajnuna finanzjarja sabiex jitkomplew ix-xogholijet gewwa l-Berga ta’ Franza.  Is-Sindku kompla billi qal li waqt li kien imsiefer mas-Sur Mark Causon, huma ddiskutew din il-materja, fejn is-Sur Causon offra l-ghajnuna tieghu biex issir l-applikazzjoni ghall-fondi mill-progett ERDF minghajr l-ebda hlas.  I-Is-Sindku, informa lil dawk kollha prezenti li s-Sur Causon ikun dovut lilu l-hlas ta’ project manager tal-progett, kemm il darba biss jekk it-talba tkun approvata  Il-membri kollha tal-Kunsill Lokali tal-Birgu qablu unaninament li s-Sur Mark Causon jinghata r-responsabilita’ ta’ dan il-progett.
 
2.17      Imejl minghand Claire Gafa’, Agenzija Appogg – Wara laqgha li kellha mas-Sindku, is-Sur John Boxall, permezz ta’ imejl, is-Sjra Gafa’ infurmat lill-Kunsill li l-Agenzija Appogg tixtieq li ttella’ id-DIY Fair il-Gimgha 18 ta’ Settembru, 2015 bejn is-6:00 u id-9:00 ta’ filghaxija, u s-Sibt 19 ta’ Settembru, 2015 bejn l-10:00 u s-2:00 ta’ wara nofsinhar.  Dwar din it-talba kien hemm qbil unanimu.
 
  2.18 Imejl minghand Encore Arts & Culture Magazine- Proposta minn din ir-rivista, li tohrog mal Malta Idependent sabiex tigi ppublikata materja fuq il-Birgu bi hlas fuqha.  Il-hlas mitlub huwa ta’ €800 + VAT.   Is-Sindku, is-Sur John Boxall, flimkien mal-bqija tal-membri tal-Kunsill, ihossu li c-cifra mitluba hija gholja wisq u ghalhekk ma humiex ser jaccettax il-proposta mill-Malta Business Review, li Encore Arts & Culture Magazine taghmel parti minnha.
 
2.19      Imejl – Dipartiment tal-Gvern Lokali – Il-Kunsill Lokali tal-Birgu gie mgharraf permezz ta’ imejl rigward l-iskema ghas-sena 2015, ghall-librerijital-lokalitajiet li jaqghu taht ir-responsabilita’ tal-Kunsilli Lokali, fejn l-istess kunsillijkunu riimborzati50% tal-ammont tal-flus li jonfqu fuq kotba ghall-librerija.  L-ammont massimu li ser ikun riimborzat huwa ta’ €600.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, ressaq mozzjoni sabiex il-Kunsill jippartecipa f’din l-iskema, cioe’ li jintefqu 1,200 fit-totalita’ sabiex ikun jista’ jigi riimborzat l-ammont ta’€600.  Din l-mozzjoni giet approvata b’mod unanimu mill-membri kollha tal-Kunsill.
 
2.20     Korrispondenza Elettronika minghand Julian Sammut, f’isem l-The Alfred Mizzi Foundation fejn f’isem il-Fondazzjoni Alfred Mizzi, wera d-dispjacir tieghu li minhabba l-kontroversji li kienu u ghadhom ghaddejin rigward it-Torri tal-Arlogg, l-istess fondazzjoni ma kelliex triq ohra hlief li jmorru lura mill-ftehim li sar mal-kunsill u jabbandonaw il-progett.  Pero’, sahaq is-Sur Sammut, il-Fundazzjoni Albert Mizzi kienet lesta sabiex tikkontribwixxi fi progetti ohra ta’ restawr kif ukoll dawk b’tema socjali u edukattiva.
 
Wara li nqrat din il-korrispondenza, is-Sindku, is-John Boxall, iddikjara mal-membri tal-kunsill li jidher bic-car li l-Fondazzjoni Alfred Mizzi ghadha disposta biex tghin f’progetti ohra proposti mill-Kunsill u ippropona biex jitolbu ghajnuna finanzjarja lill-istess fundazzjoni sabiex isir progett ta’ tisbih fil-bandli tal-lokalita’.  Is-Sindku ippropona wkoll li fil-Laqgha tal-Kunsill li jmiss tigi deciza d-data ta’ meta ghandu jsir ir-referendum li jikkoncerna l-bini mill-gdid tat-Torri tal-Arlogg.
 
2.21    Imejl minghand is-Sur Godwin Vassallo, kandidat li   ikkontesta fl-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, 2015 – Is-Sindku, is-Sur John Boxall, pogga fuq il-mejda korrispondenza elettronika minghand is-Sur Vassallo, fejn dan tal-ahhar awgura lils-Sindku nnifsu u lill-bqija tal-kunsillieri li gew eletti fl-ahhar elezzjoni tal-Kunsill Lokali u wieghed li huwa kien disponibbli sabiex jaghti kull ghajnuna mehtiega.  Intant, is-Sur Trevor Mizzi, Vici Sindku, issuggerixxa wkoll li f’kaz ta’ ghajnuna lejn il-Kunsill, wiehed ma jistax jinsa lis-Sur Alan Cassar, li kien Kunsillier fil-legislatura precidenti.
 
KORRISPONDENZA  LI NTBAGHTET MILL-KUNSILL -MRESSQA QUDDIEM IL-KUNSILL MIS-SINDKU, IS-SUR JOHN BOXALL
 
2.22     Ittra lis-Sinjura Lucy Piscopo – F’din il-korrispondenza, is-Sinjura Piscopo giet formalment imwissija li kienu ser jittiehdu l-passi neccesarji kollha kemm il-darba hija tibqa’ tohrog ammont kbir ta’ affarijiet ghar-rimi mir-residenza taghha minn filghaxija.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa wkoll lill-Kunsilliera, li wara li l-familja Piscopo rcevew din in-notifika, membri ta’ din l-istess familja avvicinaw personalment lill-Kunsill u talbu skuza.
 
2.23    Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sindku, is-Sur John Boxall sabiex jinforma lil Cottonera Rehabilitation Committee li l-Kunsillier li kien ser jattendi ghal-laqgha urgenti ta’ l-Erbgha 6 ta’ Mejju, 2015, hu s-Sur Lawrence Attard. 
 
Intant, minhabba li l-laqgha urgenti mghajjta mill-Cottonera Rehabilitation Committee sehhet qabel il-Laqgha Nr. 2 (7), is-Sindku, is-Sur John Boxall, talab lill-Kunsillier Lawrence Attard jispjega lil bqija tal-Kunsill kif mar l-andament.  Is-Sur Attard beda biex informa lill-Kunsill li waqt il-laqgha tal-Cottonera Rehabiliation Committee giet diskussa l-kwistjoni tal-gabbana fuq is-Simenta u fejn ir-residenti talbu is-sapport tal-Cottonera Rehabilitation Committee.  F’din il-laqgha kien hemm ukoll rapprezentanza minn naha tal-kunsilli lokali ta’ Bormla u tal-Kalkara.  Huwa kompla biex qal li ma huwiex accetabbli li filwaqt li l-Cottonera Rehabilitation Committee qabel li dan hu issue li jikkoncerna lil Cottonera Rehabilitation Committee innifisha, ma tistax tittiehed decizjoni mill-istess kumitat minhabba li hem il-MEPA involuta.  Kompla jghid li waqt il-laqgha inqrat korrispondenza li ntbaghtet mir-residenti lil Cottonera Rehabilitation Committee.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, talab lis-Segretarju Ezekuttiv, sabiex titlob kopja ta’ din il-korrispondenza lis-Sur JC Azzoaprdi li huma s-Segretarju tal- Cottonera Rehabilitation Committee.
 
2.24  Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sjr. Moira Azzopardi f’isem is-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Birgu lil  Perit Claude Busuttil fejn fit-tali korrispondenza intbaghtetdokumentazzjoni li tikkoncerna il-latrina li tinsab f’Sally Port.
Fuq dan il-punt, is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa  lill-membri tal-kunsill li ser terga’ tintefa’ mill-gdid, a’ spejjez tal-Kunsill, l-applikazzjoni mal-MEPA sabiex issir rampa mal-latrina  pubblika f’Sally Port.
 
2.25 Korrispondenza eletronika ffirmata mis-Sinjra. Lara Mascena lis-Sur Andrea Rilievo ta’ Studi Progetto Soc.  sabiex f’isem il-Kunsill Lokali tal-Birgu, baghtitlu Mandat ta’ Shubija li l-Kunsill Lokali tal-Birgu ghandu partnership mal-progett FEED.  Dan il-Mandat ta’ Shubija gie ffirmat mis-Sindku, is-Sur John Boxall nhar is-27 ta’ April, 2015
 
 
2.26  Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sindku, is-Sur John Boxall lis-Sinjura Maria McNamara, Kap tal-Kullegg Santa Margerita, sabiex jinforma li l-Kunsill Lokali tal-Birgu rcieva materjal edukattiv grazzi lill-progett ORALITIES.  Is-Sindku, talab lis-Sjra McNamara sabiex  issir laqgha bejniethom sabiex tigi stabbilita data ta’ meta jitqassam dan il-materjal lit-tfal tal-iskola, fil-prezenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni.
 
2.27  Korrispondenza elettronika ffrimata mis-Sindku, is-Sur John Boxall lis-Sinjura Michelle Spiteri, Kap tal-skola primarja tal-Birgu, sabiex jinfurma li huwa qatt ma gie nfurmat bil-problema tas-sigar tal-akacja li jinsabu madwar l-iskola.  Kompla jispjega lis-Sinjura Spiteri li l-ewwel darba li sar jaf b’din il-problema kien minn bosta residenti li kienu ressqu l-ilment taghhom lill-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, u li dan minn naha tieghu ma nfurmax lilu (lis-Sindku), kif ukoll issuggerixxa lill-genituri sabiex jaghmlu petizzjoni.
 
Wara li nqrat din il-korrispondenza, is-Sindku, is-Sur John Boxall, staqsa lill-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, biex jikkonferma jekk verament ta l-parir sabiex issir petizzjoni.  Il-Vici Sindku, totalment innega li huwa qatt qal lil xi hadd biex jaghmel petizzjoni.  Huwa sahaq li meta kien hemm xi hadd li resaq fuqu u qallu fuq il-problema tas-sigar, hu ta parir li tintbaghat ittra lill-Kunsill.
 
3.  Responsabilitajiet Moghtija lill-Kunsilliera
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, kompla l-laqgha billi informal ill-membri kollha tal-Kunsill bir-responsabilitajiet li ser jinghawlhom, liema liema responsabilitajiet huma hekk kif jidhru hawn taht.
 
Is-Sur John Boxall, Sindku – Progetti tal-E.U. u Progetti Kapitali.  Haddiema tal-ETC assenjati mal-Kunsill.
 
Is-Sur Trevor Mizzi, Vici Sindku – Zghazagh u Sport u dak kollu Relatat bhal ETC.
Is-Sur Anton Gellel, Kunsillier – Xoghlijiet ta’ Tindif, Sistema tad-Dawl (Street Lighting)  u Uzu Postijiet Pubblici fil-Birgu
Is-Sur Eman Zerafa, Kunsillier – Attivitajiet Kulturali, li jinkludu wkoll il-Birgufest kif ukoll l-amministrazzjoni tal-Facebook u l-Website
Is-Sur Lawrence Attard, Kunsillier – Anzjani u Ghajnuna Socjali (tqassim tal-medicini, ecc, Persuni bi Bzonnijiet Specjali, MEPA u Kumitat Riabilitazzjoni tal-Kottonera.
 
4.  HRUG TA’ TENDERS
 
Is-Segretarju Ezekuttiv, is-Sjra Tania Belfiore, ressqet quddiem is-Sindku u l-bqija tal-Kunsill, template ta’ tender lesta biex tinhareg mill-Kunsill, cioe’ dik ghas-sejha tas-servizz ta’accountants.
 
F’isem il-bqija tal-Kunsill, is-Sindku, is-Sur John Boxall, staqsa lis-Segretarju Ezekuttiv  informazzjoni rigward il-kontenut ta’ din it-tender, partikolarment kif min jirbah din it-tender ser ikun ikkompensat.  Is-Segretarju Ezekuttiv tat l-informazzjoni mitluba lis-Sindku u lill-bqija tal-kunsilliera.
 
Il-hrug tat-tender u l-ispecifikazzjonijiet taghha gew approvati b’mod unanimu.
 
5.   Affarijiet Ohra
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, informa lill-membri tal-Kunsill li fl-ewwel sena tal-legislatura ghandu jsir l-ippjanar u jintalbu l-permessi mehtiega mill-MEPA ghall-progetti approvati.  Kompla jzid li fit-tieni sena l-imsemmija progetti ghandhom jbdew jigu attwati.  Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, talab lis-Sindku sabiex jinformah fuq dak kollu li jkun ser u qieghed isir.
 
Is-Sur Anton Gellel, Kunsillier, sahaq li Moira Azzopardi u Mark Causon ghandom jibdew jahdmu sabiex jingiebu aktar fondi mill-Unjoni Ewropea ghal diversi progetti.
 
Minn naha tieghu, is-Sindku, is-Sur John Boxall, ressaq mozzjoni abiex Mark Causon jinhatar Project Manager f’dak li jikkoncerna l-applikazzjoni tal-ERDF.  Il-mozzjoni ghaddiet bi qbil unanimu.
 
Il-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard, sahaq li l-Kunsill, ghandu lis-Sur Mark Causon sabiex jiddergieh biex bhal kunsilli ohra, il-Kunsill Lokali tal-Birgu igawdi aktar minn fondi ewropej.
 
Il-Vici Sindku, is-Sur Trevor Mizzi, sahaq li jaslulu hafna lmenti minghand genituri li fil-Birgu m’hemmx open spaces u li wliedhom m’ghandomx fejn jilghabu u jirrekrejaw ruhhom.  Huwa ha l-inizjattiva li jiddiskuti dan mas-Segretarju Parlamentari responsabbli u li dan tal-ahhar wieghed li kien ser jghin sabiex din il-problema tigi solvuta.
 
Il-Kunsillier Lawrence Attard huwa tal-fehma li wiehed ghandu jahsibha sew qabel ma jasal ghall-konkluzjoni ta x’wiehed jista’ jaghmel biex tittaffa din il-problema ta’ nuqqas ta’ spazju.
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, fakkar lill-Kunsill bil-korrispondenza li huwa rcieva minghand il-Fundazzjoni Allfred Mizzi fejn l-imsemmija fundazzjoni tat il-kelma li kienet disposta li tghin finazjarjament progetti sostenibbli fil-Birgu.
 
6.  Skeda ta-Pagamenti
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, ressaq ghall-approvazzjoni l-Iskeda tal-Pagamenti. li tkopri c-cekkijiet bin-numri 2449 sa 2486    .  Il-Kunsill approva b’mod unanimu l-Iskeda ta’ Pagamenti ddatata 25 t’April, 2015 – 12 ta’ Mejju, 2015.
 
7.  Aggornament
 
Il-Laqgha ntemmet fid-disgha nieqsa ghoxin minuta ta’ filghaxija (8:40pm).
 
 
Il-Laqgha 3 (7) tal-Kunsill Lokali tal-Birgu giet aggornata ghat-Tnejn 18 ta’ Mejju, 2015 fil-5:30 ta’ wara nofsinhar.
 
 
 
 
_________________________                      _________________________
Tania Belfiore                                                     Trevor Mizzi
Segretarju Ezekuttiv                                          Vici Sindku
 
 
Approvati llum ...................................................