Minuti tal-Laqgha Nru 01(07)

 Minuti tal-Laqgha 01 (07)

 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ltaqa` ghall-Ewwel Laqgha Numru 01 (07) tas-Sebgha Kunsill, fl-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill fil-Berga ta` Franza nhar l-4 ta’ Mejju, 2015 fis-sitta ta’ filghaxija (6:00 pm)
 
L-ewwel Laqgha tas-Sebgha  Kunsill inzammet b’din l-Agenda :
 
Accetazzjoni ta’ Sindku
Accetazzjoni ta’ Vici Sindku
 
Prezenti
Il-Kunsillier, is-Sur John Boxall
Il-Kunsillier, is-Sur Trevor Mizzi,
Il-Kunsillier, is-Sur Lawrence  Attard,
Il-Kunsillier, is-Sur Eman Zerafa,
Il-Kunsillier, is-Sur Anton Gellel,  
Is-Segretarju Ezekuttiv, Is-Sinjura Tania Belfiore.
 
Peress li din kienet l-ewwel laqgha tas-Sebgha Kunsill, ippresieda is-Sur Lawrence Attard peress li s-Sur Attard huwa l-aktar persuna anzjana fil-Kunsill.
 
 
Talba
 
Is-Siur Lawrence Attard  qal it-talba u ta bidu ghall-Laqgha numru 01(07).
 
1.   Hatra ta’ Sindku
 
Il-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard, filwaqt li ferah lill-Kunsillera ghas-success taghhom, qal li li r-residenti tal-Birgu ghamlu l-ghazla taghhom u r-rizultat tal-elezzjoni lokali wera li s-Sur John Boxall kiseb l-ghola ghadd ta’ voti.  Hawnhekk, il-Kunsillier,is-Sur Lawrence Attard talab lis-Sur John Boxall jekk jaccettax il-kariga ta’ Sindku, peress li skont il-ligi tal-Kunsilli Lokali, il-kunsillier elett li fl-ahhar elezzjoni lokali kiseb l-ghola ghadd ta’ voti mal-ewwel minn fost il-kandidati tal-parit politiku li kiseb il-maggoranza assoluta ta’ kunsilliera u li f’ismu kien ikkontesta, ikun elett Sindku.
 
Is-Sur John Boxall accetta l-kariga, u qara l-accettazzjoni tal-kariga tieghu bhala Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
 
Hawnhekk il-Kunsillier Lawrence Attard filwaqt li ferah lis-Sur John Boxall ghall-kariga tieghu, esprima x-xewqa tieghu li kull kunsillier ikollu l-opportunita’ li jesprimi l-ideat tieghu u li dawn jigu mismugha mill-bqija tal-kunsilliera.  Wera x-xewqa ukoll li l-ewwel interess ghal-Kunsill Lokali tal-Birgu ghandhom ikunu r-residenti tal-Birgu, u li jkun hemm agenda wahda, dik li tkun l’ boghod mill-politika partiggjana.
 
F’dan il-waqt, il-Kunsillier Lawrence Attard ceda postu lis-Sindku, is-Sur John Boxall, li filwaqt li awgura  lill-Kunsilliera ghas-success li kisbu fl-elezzjoni lokali, wieghdhom l-ghajnuna tieghu tul din il-legislatura.
 
2.   Hatra ta’ Vici Sindku
 
il-Sindku, is-Sur John Boxall,  talab lis-Sur Trevor Mizzi,  jekk jaccettax il-kariga ta’ Vici Sindku, peress li skont il-ligi tal-Kunsilli Lokali, il-kunsillier elett li fl-ahhar elezzjoni lokali li jikseb l-ghola ghadd ta’ voti wara s-Sindku minn fost il-kandidati tal-parit politiku li kiseb il-maggoranza assoluta ta’ kunsilliera u li f’ismu kien ikkontesta, ikun elett Vici Sindku. 
 
Is-Sur Trevor Mizzi accetta l-kariga, u qara l-accettazzjoni tal-kariga tieghu bhala Vici Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
 
3.   Aggornament
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, issuggerixxa lill-kunsilliera prezenti  sabiex il-Kunsill jibda jiltaqa’ kull hmistax, cioe’ kull nhar ta’ Tlieta fis-6:00 ta’ filghaxija, tal-ewwel u l-ahhar gimgha ta’ kull xahar.  Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
 
Il-Laqgha giet fi tmiemha fis-sebgha ta’ filghaxija (7:00pm) u giet aggornata ghal nhar it-Tlieta 12 ta’ Mejju, 2015 fis-6:00 ta’ filghaxija.
 
 
 
________________________                      _________________________
Tania Belfiore                                                     John Boxall
Segretarju Ezekuttiv                                          Sindku
 
 
Approvati llum ...................................................