Laqgha ghas-sidien ta' opri tal-bahar registrati mal-Kunsill Lokali tal-Birgu




Nhar it-Tlieta 23 ta' Gunju, 2009, gew imsejha mil-Kunsill Lokali tal-Birgu dawk kollha li ghandhom xi tip ta' opra tal-bahar u ippogguwa fuq l-art fiz-zona ta' Sally Porte, il-post maghruf bhala "It-Toqba, hdejn tal-Callus", sabiex jattendu ghal laqgha li saret f'Gallerija Couvre Porte apposta ghalihom.

Ghal din il-laqgha, it-tieni wahda ghal dawn in-nies attendew 49 persuna, tista tghid attendew dawk kollha li ghandom opra tal-bahar li titpogga fil-post imemmi jew fil-vicinanza jew ghandhom xi mazra fid-dahla maghrufa bhala "Kalkara Creek".

Din il-laqgha giet indirizzata mis-Sindku tal-Birgu John Boxall, fejn spjega dawk il-problemi li fil-futur jistghu jinqalghu minhabba l-izvilluyp li ser issir f'din iz-zona kif ukoll ghal mod ta' kif qed jigu mitluqa l-opri tal-bahar min uhud. F'din il-laqgha tigi diskussa l-problema tal-marzi fejn gie nnutat li hemm hafna mzazar li lanqas biss nafu ta' min huma kif ukoll bosta mzazar li qatt ma gew irregistrati.

Matul din il-laqgha, dawk prezenti kellhom l-opportunita li jaghmlu l-kummenti taghhom dwar dak kollhu relatat ma' l-agenda ta' dik il-laqgha, fejn issemew numru ta' suggerimenti validi hafna.

L-agenda principali ta' din il-laqgha kienet li min fost dawk prezenti jinhatru hamsa min nies sabiex jigi ffurmat sotto kumitat fi hdan il-Kunsill Lokali tal-Birgu biex jirraprezenta lil dawk kollha prezenti. Il-membri li gew maghzula huma:

1. Is-Sur Joseph Cachia

2. Is-Sur Joseph Cachia

3. Is-Sur Raymond Piscopo

4. Is-Sur Martin Zammit Fields

5. Is-Sur Alexander Gatt

Fil-laqgha tal-Kunsill Lokali tal-Birgu li jmiss dawk il-persuni ser jitressqu ghal l-approvazzjoni tal-Kunsill biex b'hekk dan is-sotto kumitat jkun iffirmat kif titlob il-ligi li tirrigwardja l-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Fi tmiem il-laqgha is-Sindku s-sur John Boxall ghan-nom tal-Kunsill irringrazjah lil dawk prezenti li laqaw l-istedina ta' l-istess Kunsill u ghamel resume  ta' dak kollhu li ntqal u gie deciz f'din il-laqgha.