LAQGHA GHAR-RESIDENTI TAZ-ZONA TAL-COLLACHIO FEJN GIE IMNIEDI L-PROGETT TAL-PAVIMENTAR TAT-TOROQ F`DIN IL-PARTI TAL-BIRGU

LAQGHA GHAR-RESIDENTI TAZ-ZONA TAL-COLLACHIO FEJN GIE IMNIEDI L-PROGETT TAL-PAVIMENTAR TAT-TOROQ F`DIN IL-PARTI TAL-BIRGU
 
Nhar it-Tlieta 30 ta’ Dicembru 2013 fil-bini Amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, fil-Berga ta’ Franza saret laqgha lir-residenti li joghqodu  fit-toroq li jaghmlu parti mill-Collachio (l-aktar parti antika tal-Birgu) fejn giet ndirrizzata u mmiedi l-progett tal-pavimentar f`din iz-zona mis-Segretarju Parlamentar,  l-Onorevoli Dr. Jose Herrera.
Is-Sindku, is-Sur John Boxall tah merhba lil dawk kollha prezenti, u stieden lil Perit Hermann Bonnici sabiex jintroduci dan il-progett.
 
 
Il-Perit Hermann Bonnici mid-Dipartiment ta` Restoration Unit, beda bl-intervent tieghu bi spjegazzjoni fuq ix-xoghlijiet li qed issiru relatati mal-‘’Gnien il-Kunsill Lokali’’  maghruf ahjar bhala l-Foss tal-Birgu u kif din iz-zona ser tkun trasformata fi spazju miftuh li jghaqqad ix-xoghol kollhu ta’ restawr. Il-Perit kompla jispjega kif dan il-progett taz-zona tal-Collachio ser ikun maqsum fi tlett fazijiet principali, fejn fl-ewwel fazi ser jigu rrangati u msebha disa` toroq li huma;
·       Triq il-Palazz tal-Isqof
·       Triq Mikiel Gonzi
·       Triq Pacifiku Scicluna
·       Triq il-Kwartier
·       Triq Telgha tal-Foss
·       Triq Gian Frangisk Abela
·       Triq il-Foss tas-Sur
·       Triq id-Dejqa
·       Triq Nofsinhar
 
Il-Perit Bonnici kompla jghid li l-pavimentar ta` dawn it-toroq ser jitqieghed skond l-proceudira segwenti; l-ewwel ser jigu eliminati il-wires u l-cables minn mal-faccatti tad-djar. Fil-maggoranza ta’ toroq dawn is-servizzi ser jigu mghoddija minn taht l-art. Fl-istess hin ser tigi introdotta ukoll sistema gdida u aktar efficenti tad-dawl li ser tkun iddawwal iz-zona kollha tal-Collachio kif ukoll is-swar li jdawwru il-Belt storika tal-Birgu.
Wara tmien id-diskors tal-Perit Hermann Bonnici, is-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall fejn kompla jzied billi qal li dan il-progett li ilu mistenni ghal snin twal, fl-ahhar ser issir realta` u dan ser iwassal ghal trasformazzjoni ohra fil-lokalita` tal-Birgu. Waqt l-intervent tieghu, is-Sur John Boxall kompla diskors tieghu billi stqarr li dan ser ikun rigal li ser jerga` jaghti gieh lil din il-Belt u lir-residenti taghha, li tassew ghandhom ghalxiex ikunu kburin bil-lokalita` taghhom.
 
Kompla jghid li dan ghandu jkun progett holistiku u li rah kontinwazzjoni bejn il-gvern precedenti u dak prezenti. Is-Sindku ukoll talab lir-residenti sabiex jaghtu l-ghajnuna taghhom billi jkunu pacenzjuzi waqt li jkun qed jitwettaq dan il-progett u habbar ukoll li bi ftehim mal-periti tar-Restoration Unit, intaghzlet triq partikulari ‘ Triq Pacifiku Scicluna`, li m`hiex triq traffikuza, sabiex wiehed jara kif ix-xoghol ser jimxi `il quddiem.
 
Is-Sindku ghalaq billi ringrazzja lil Onorevli Jose Herrera li hadem sabiex dan il-progett jirnexxi u jigi mplimentat. Irringrazzja wkoll lir-residenti u skuza ruhu bil-quddiem ta` kull inkonvenjent li jista’ jinholoq. Fl-ahahr, is-Sindku rringrazzja b`mod specjali lill-Periti li jaghmlu parti mir-Restoration Unit, li hadmu fuq dan il-progett matul dawn l-ahhar snin.
 
Wara l-intervent ta’ Sindku, kien immis lil Perita Dorianne Cachia sabiex turi prezentazzjoni aktar dettaljata fuq dan il-progett. Il-perita Cachia spjegat li wara li saru studji dettaljati fuq il-pavimentar, gie determinat il-qies u l-materjal tac-cangatura l-gdida. Gie wkoll indentifikat l-kulur u l-ghamla tal-gebla sabiex tkun addattata ghan-neccessitajiet ta` llum il-gurnata. Il-Perita spejgat ukoll li b`dan l-istudju sar disinn b`reqqa kbira sabiex il-modern jikkuntrasta tajjeb ma` dak antik.
 
Wara gie mistieden il-Perit Mario Ellul biex jaghmel il-prezentazzjoni tieghu fejn kompla jispjega aktar fid-dettal dwar is-sistemi ta` servizzi ta’ dawl, telefon u wires ohra li ser jigu mghoddija taht l-art, fejn hemm sfida kbira peress li toroq huma dojoq, u din is-sitwazzjoni tirrikjedi hafna aktar xoghol sabiex dawn is-servizzi jghaddu minn taht l-art. Kompla jghid ukoll li dan ser ikun l-ewwel darba li ser issir ezercizzju bhal dan, li l-wires ta` telefon ser jitghaddew taht l-art ukoll.
 
Il-Perit Ellul qal ukoll li waqt li kienu qed jaghmlu xi studju, sabu wkoll li ghad hemm sitemi ta’ drangg antiki li ghandhom fi stat tajjeb hafna u kif ukoll hemm numru ta’ bjar taht l-art specjalment fi Triq il-Vittmi tal-Polverista li ser jigu kkonservati. Il-Perit kompla jghid li matul ix-xolghlijiet li ser issiru, is-servizzi kollha ser jibghqu jiffunzjonaw normali. Zied jghid ukoll li l-ahhar toroq li ser issir ix-xoghol fihom ser ikunu; Triq it-Torri ta’ San Gwann, f`parti mit-Triq Pacifiku Scicluna, Triq Hilda Tabone u Triq il-Kwartier, u dan sabiex is-sitema ta` traffiku tibqa` topera tajjeb sa` l-ahhar bl-inkonvenjent ikun wiehed minimu.
 
L-Onorevoli Dr. Jose Herrera ghalaq din il-laqgha billi qall li dan il-progett huwa aspett ta’ investiment u jawgura li dan ix-xoghol isir fil-hin, u li jkun ta’ beneficcju kbir kemm ghar-residenti,  kif ukoll ghal dawk li ser jinvestu f`din il-lokalita’. Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil dawk kollha li hadmu u taw sehemhom sabiex dan il-progett jinghata l-bidu tieghu u jigi mwettaq.