L-EWWEL MAĠISTRAT MAĦTUR, WILD IL-BELT VITTORIOSA
Fit-28 ta’ April, l-avukat Neville Camilleri ngħata l-ġurament tal-ħatra ta’ maġistrat fil-Qorti ta’ Malta u ta’ Għawdex. Dr. Neville Camilleri twieled fit-28 ta’ Marzu,1974. Huwa iben Charles Camilleri u Luigia nee Attard. L-avukat Camilleri attenda l-iskola primarja ta’ St.Francis f’Bormla u sussegwentment mar fl-iskola sekondarja, is-Seminarju. Qabel beda l-istudji tiegħu l-Universita’, l-avukat Camilleri attenda s-Sixth Form fl-Msida.
Fis-sena 1996, l-avukat Camilleri ggradwa fil-B.A (Legal & Humanistic Studies) mill-Universita’ ta’ Malta u fis-sena 1997 ħa d-Diploma ta’ Nutar Pubbliku. Fis-sena 1999, Dr.Camilleri ggradwa bħala avukat mill-Universita’ ta’ Malta u kiseb Masters fis-Servizzi Finanzjarji mill-istess Universita’ fis-sena 2001. Bħala avukat, Dr.Camilleri kellu l-prattika privata tiegħu u kien ukoll Membru tal-Appell għar-Refuġjati minn Novembru 2004 sakemm ħa l-ġuramament tal-ħatra bħala Maġistrat. L-avukat Camilleri kien ukoll ilu jservi għal diversi snin bħala Arbitru f`każijiet mandatorji fiċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ u kif ukoll f`każijiet volontarji. F`Ġunju 2005, l-avukat Camilleri sar Deputat Difensur ta’ Żwieġ fi ħdan it-Tribunal Ekklezjastiku.
Dr.Camilleri huwa wieħed mill-erba’ wlied tal-koppja Camilleri. |
|



























