L-Ewwel Konferenza tal-Progett DECIDE, progett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja

L-Ewwel konferenza tal-Progett DECIDE, progett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja.
 
Bejn it-8 u 9 ta’ Novembru, 2013, gewwa Reggio Emilia, l-Italja, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ppartecipa fi progett gdid bl-isem DECIDE - "Democratic Compact : Improving Democracy in Europe" imtella' mill-Assocjazzjoni ALDA, liema progett huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja.
Ghal din l-ewwel konferenza attendew ghaliha l-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard, is-Sur Mark Causon, persuna li tahdem fil-qasam ta' progetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja u s-Sinjua Lara Mascena, il-kordinatrici tal-progett u mpejgata mal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Dan il-progett jitratta dwar id-demokrazija; kif nisghtu ntejbu u nsahhu aktar id-demokrazija fil-lokal jew il-pajjiz li nghixu fih u kif ukoll kif l-awtoritajiet ghandhom jinvolvu lic-cittadini bil-partecipazzjoni taghhom fil-process ta' decizjonjiet.
Kienu diversi delegazzjonijiet u organizazzjonijiet li ppartecipaw u attendew ghal din il-konferenza. Fost il-pajjizi li ppartecipaw kien hemm Slovenja, Slovakja, Romanija, Bulgarija, Spanja, Danimarka u ohrajn.
Matul din il-konferenza, tkellmu diversi persuni importanti kemm mill-Assoccjazzjoni ALDA u kif minn diversi organizazzjonjiet li ppartecipaw f`din il-konferenza. Matul il-workshops il-partecipanti kellhom l-opportunita li jqajjmu diversi punti importanti minn diversi esperjenzi u metodi diversi li jintuzaw fl-aspett ta' demokrazija fil-pajjizi i u l-kulturi taghhom.
Kulhadd qabel li cittadini ghandhom jkollhom rwol importanti hafna fil-process ta' decizjonjiet li l-Awtoritajiet jiehdu, u dan sabiex jghin aktar lil min hu fil-poter jiehu decizjonjiet ahjar. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu kellhu wkoll l-opportunita li jitkellem u jesprimi l-idejat tieghu fuq dan is-suggett.
Permezz ta' dan il-progett, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ser ikollhu l-opportunita li jtella’ diversi seminars rigward id-demokrazija u fejn jkun jista’ jaqsam l-idejat tieghu flimkien mal-opinjjonijiet tar-residenti tal-lokal li ser jattendu ghal dawn is-seminars.

Zgur li permezz ta’ dan il-progett, kemm il-Kunsill Lokali tal-Birgu u wisq aktar ir-residenti tal-lokal ser jibbenfikaw ghal demokrazija ahjar u fuq kollox ghal lokal ahjar