L-EWWEL APPARAT TAL-AED – “AUTOMATED EXTERNAL DEFIBRILATORS” F`KUNSILL LOKALI

L-EWWEL APPARAT TAL-AED - “AUTOMATED EXTERNAL DEFIBRILATORS”  F`KUNSILL LOKALI
 
Nhar it-Tlieta 3 ta’ Gunju, 2014 , il-Kunsill Lokali tal-Birgu habbar u nieda l-inizjattiva tieghu dwar l-installazjoni tal-AED`s – Automated External Defibrillators f`positijiet pubblici u l-aktar frekwenti minn nies fil-lokalita tieghu.
Din l-inizjattiva hija l-ewwel wahda ta` xorta taghha li ttiehdet minn Kunsill Lokali. 
Waqt din l-inawgurazzjoni ta` dan l-apparat li saret fil-Berga ta` Franza fejn ilum jinsabu l-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, is-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall qal li din l-inizjattiva li giet approvata unanimament mill-Kunsill u saret realta` grazzi ghal dawk il-kumpaniji li wara sejha mill-istess Kunsill ghal ghajnuna finanzjarja, dawn irrispondew pozittivament u taw l-ghajnuna taghhom biex dan l-apparat seghta jinxtara. Is-Sindku kompla billi qal li dawn l-AED`s ser ikunu ta` uzu krucjali f`sitwazzjoni ta` emergenza ta` attakk tal-qalb ghan-nies ta` kwalunkwe eta` jew sess.
 
Is-Sindku qal li l-pass li jmiss huwa li l-Kunsill Lokali tal-Birgu jaghmel sejha lir-residenti ta` din il-lokalita` sabiex jattendu ghal korsijiet li ser issiru minghajr l-ebda hlas biex jekk huwa possibli kullhadd ikun jaf jaghmel l-ahjar uzu minn dan l-apparat.
 
Is-Sur John Boxall kompla fejn ghamel appell lill-Kunsilli Lokali l-ohra biex jithajru minn din l-inizjattiva u jinstallaw fil-lokalitaijiet taghhom dawn l-AED`s ghal beneficcju tar-residenti fil-lokalitajiet rispettivi taghom. Is-Sur Boxall ghalaq billi pubblikament irringrazzja lil dawk il-kumpaniji kollha li kontribixxew finanzjarjament sabiex seghta nxtara dan l-apparat.
 
Ghal din il-prezentazzjoni kien prezenti wkoll is-Segretarju Parlamentati ghall-Gvern Lokali, l-Onorevoli Dr. Stefan Bountempo, il-Kunsillier Lawrence Attard, is-Segretarja Ezekuttiva tal-Kunsill, is-Sinjorina Fiona Said u bosta diretturi tal-kumpaniji. Waqt id-diskors ghal din l-okkazzjoni, l-Onorevoli Dr.Stefan Bountempo filwaqt li fahhar din l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, qal li din hija meqjusa bhala wahda pozittiva, ghaliex bi kreattivita` u innovazzjoni, l-irwol tal-Kunsill qieghed ikompli jigedded. Is-Segretarju Parlamentari qal li din il-prezentazzjoni ser isservi sabiex tinholoq kuxjenza dwar dan l-apparat u jigu mhajra aktar Kunsilli Lokali biex jiehdu ezempju u inizjattivi simili.