L-Ambaxxatur Franċiż għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Daniel Rondeau, iżur il-Berġa ta' Franza fil-Birgu / The Ambassador of France, His Excellency Daniel Rondeau visiting Auberge de France in Birgu


 

L-Ambaxxatur Franċiż għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Daniel Rondeau,

iżur il-Berġa ta' Franza fil-Birgu

 

Nhar il-Ħamis 13 ta' Mejju, 2010, l-Ambaxxatur Franċiż għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Daniel Rondeau, għamel żjara ta' kortesija fil-Berġa ta' Franza li tinsab fiż-żona l-aktar antika ta' din il-Belt Marittima fejn insibu l-Bereġ l-oħra li kienu nbnew mill-Kavallieri li kienu jappartjenu lingwi oħra.

 

Din iż-żjara saret wara li l-Kunsill Lokali tal-Birgu kien stieden lill-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Franċiż sabiex iżur din il-binja ta' valur storiku kbir li ftit tal-ġimgħat ilu ġiet devoluta mill-Gvern Ċentrali lill-istess Kunsill sabiex fiha jsiru l-Uffiċini Amministrattivi tiegħu.

 

Mal-wasla tiegħu l-Ambaxxatur Franċiż ġie milqugħ mis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall, fejn min-naħa tiegħu rringrazzjah talli laqa' din l-istedina sabiex bħala Ambaxxatur Franċiż ikun xieraq li jkun l-ewwel hu li jiġi mistieden u jżur din il-Berġa li tappartjeni lil-lingwa ta' pajjiżu.

 

Min-naħa tiegħu, l-Eċċellenza Tiegħu Daniel Rondeau, irreċiproka r-ringrazzjament tiegħu lill-Kunsill Lokali tal-Birgu talli għoġbu jistiednu biex iżur din il-Berġa fejn kienu bosta drabi li huwa għadda jippassiġġa minn quddiema fil-ħin liberu tiegħu kemm ilu jokkupa din il-kariga u kellu x-xewqa li xi darba jkollu ċ-ċans li jidħol fiha u sa fl-aħħar din ix-xewqa saret realta.  Is-Sindku, is-Sur John Boxall, akkumpanjat mill-Kunsilliera s-Sinjura Judith Saliba, dawru lill-Eċċellenza Tiegħu mal-post, fejn ingħatat spjegazzjoni tax-xogħlijiet ta' restawr li qegħdin isiru u dawk li se jibdew fi żmien qarib sabiex dan il-post jerġa' jinġieb fl-istat naturali tiegħu u barra li jservi liċ-ċittadini ta' din il-Belt rikka fl-istorja tagħha, tkun tista' titgawda mill-poplu Malti u mill-barranin li jiġu fostna.  Waqt li kien qiegħed jiġi mdawwar ma' dan il-post storiku is-Sindku tal-Birgu f'isem il-Kunsill Lokali tal-Birgu rregala il-ktieb "Birgu - A Maritime City" lill-Ambaxxatur Franċiż li barra li huwa Diplomatiku huwa wkoll kittieb magħruf ħafna f'pajjiżu.

 

F'diskors qasir li għamel l-Eċċellenza Tiegħu Daniel Rondeau reġa' radd ħajr u rringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Birgu talli għoġbu jistiednu u jilqgħu fil-Berġa ta' Franza. 

                                                                

 

The Ambassador of France, His Excellency Daniel Rondeau, visiting the Auberge de France in Birgu 

On Thursday 13 May, 2010, the French Ambassador to Malta, His Excellency Daniel Rondeau, made a courtesy visit to the Auberge de France located in the oldest area of this Maritime City, which houses the other Auberges built by the Knights of the other languages of the Order.

This visit was made, after the Birgu Local Council invited His Excellency the French Ambassador to visit this house of great historical value, a few weeks after it had been devolved to the Council, from the central government to host the Council’s Administrative Offices.

Upon his arrival the French Ambassador was welcomed by the Mayor of Birgu, Mr John Boxall, who in turn thanked him for accepting the Council's invitation as French Ambassador to be the first to officially visit the Auberge, belonging to the language of his country.

His Excellency Daniel Rondeau, thanked the Birgu Local Council for granting him the pleasure to be invited to visit this Auberge, who he had seen several times, whilst strolling in Birgu during his free time, and had always the desire to have the chance to enter it and see it, and finally this wish became a reality.

The Mayor, Mr John Boxall, together with Councillor, Mrs Judith Saliba, gave a tour of this Auberge to His Excellency, where an explanation of the restoration works being done and those that will begin shortly, was given, explaining how this site will be restored to its natural state, and apart from serving the citizens of this City rich in its history, it can also be enjoyed by the Maltese and foreigners visiting this City. During this visit to this historic site, the Mayor of Birgu, on behalf of the Birgu Local Council, gave the book “Birgu - A Maritime City” to the French Ambassador, who is not only a Diplomat, but also a well known writer in his country.

His Excellency Daniel Rondeau, in his short speech, once again thanked the Birgu Local Council, for having the pleasure in inviting and welcoming him to the Auberge de France.

 

 

 

Son Excellence l’Ambassadeur de France, Monsieur Daniel Rondeau, visite l’Auberge de France à Birgu.

 

Jeudi 13 mai 2010, l’Ambassadeur de France à Malte, Monsieur Daniel Rondeau, a visité l’Auberge de France située dans la partie la plus ancienne de la ville maritime, qui abrite également les Auberges des autres langues, construites par les Chevaliers de l’Ordre.

Cette visite fut organisée après que le comité municipal de Birgu ait invité l’Ambassadeur de France à visiter cette Auberge de grande valeur historique, seulement quelques semaines après qu’elle soit passée de la responsabilité du gouvernement à celle de la municipalité, afin d’abriter prochainement les nouveaux bureaux administratifs de celle-ci.

A son arrivée, l’Ambassadeur de France a été accueilli par le maire de Birgu, Monsieur John Boxall, qui a remercié Monsieur Rondeau d’avoir accepté l’invitation de la municipalité et être ainsi le premier à officiellement visiter l’Auberge, dédiée à la langue de son pays.

L’Ambassadeur de France Monsieur Rondeau a remercié le comité municipal pour l’invitation et l’opportunité de pénétrer dans l’Auberge de France, qu’il avait déjà vue plusieurs fois  de l’extérieur en se promenant à Birgu.

Le maire Monsieur John Boxall, accompagné de la conseillère municipale Madame Judith Saliba, a fait visiter l’intérieur de l’Auberge à Monsieur l’Ambassadeur de France, en lui expliquant en détails les travaux de restauration en cours et ceux à venir ; ces travaux sont menés afin de rendre au site sa splendeur et ses caractéristiques d’origine. Outre les services qui seront rendus aux citoyens de cette ville riche en histoire, le site pourra également être visité par tous les Maltais et les touristes qui se rendent à Birgu.

Durant cette visite, le maire de Birgu, au nom du comité municipal, à également offert le livre "Birgu - Une Ville Maritime" à Monsieur l’Ambassadeur de France qui, outre un diplomate, est aussi un écrivain célèbre et reconnu.

Lors d’une courte allocution, l’Ambassadeur de France Monsieur Rondeau, a une nouvelle fois remercié le comité municipal de Birgu pour son invitation et l’accueil qui lui a été fait à l’Auberge de France.