Klassijiet tal-Aerobics Mingħajr Ħlas Offruti lir-residenti tal-Birgu

 

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport bil-kollaborazjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghall-Konsumatur, Kompetizjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazjoni Pubblika, kif ukoll, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, jixtiequ jinfurmawkom li  għal darb’oħra, ser iniedhu kors mingħajr ħlas ta’ għaxar (10) lezzjonijiet tal-aerobics fl-Iskola Primarja Santu Rokku, Birgu.

Għaldaqstant, kull min hu interessat, għandu jimla l-applikazzjoni li għadha kemm intbagħtet lir-residenti kollha tal-Birgu, jibgħatha jew jgħaddiha lill-Kunsill Lokali tal-Birgu sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Mejju, 2011, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju (mis-7.30 ta’ filgħodu sal-5 ta’ filgħaxija).

 

Il-postijiet għal dan il-kors huma limitati u għalhekk il-Kunsill jitlob lil dawk interessati ma jħallux għall-aħħar sabiex jimlew u jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom.

 

 

 

 Free Aerobic Classes for the Residents of Birgu

 

 

The Birgu Local Council together with the Malta Council for Sports in collaboration with Parliamentary Secretary for Consumers, Fair Competition, Local Councils and Public Dialogue in the Office of the Prime Minister, as well as Parliamentary Secretary for Youth and Sport in the Ministry of Education, Employment and the Family, once again, are organizing an aerobic course of ten lessons at the Santu Rokku Primary School in Birgu.

 

Therefore, all those interested should fill in the application which was sent to the residents of Birgu and send it to the Birgu Local Council till 6th May, 2011, during office hours, being (7.30am and 5.00pm).

 

We would like to remind you that places are limited, and the Council asks all those interested to apply at their earliest.