Jum il-Birgu 2015

 Programm tal-Attivitajiet

L-450 Anniversarju tal-Assedju l-Kbir se jkun mfakkar b`diversi attivitajiet fil-Birgu. Dawn jikludu taħditiet, wirjiet u funzjonijiet reliġjuzi.
 
·    L-ewwel taħdita se ssir fl-20 ta` Awwissu fis-sebgħa ta` filgħaxija (7.00pm) fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Birgu mis-Sur Franco Davies dwar “Il-Kappell u x-Xabla ta` La Vallette”.
 
·     Fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, is-Sindku John Boxall fl- 1 ta` Settembru fis-sitta u nofs ta` filgħaxija se jinawgura wirja ta` esebiti prezjuzzi ta` żmien l-Ordni li jinsabu fil-Birgu u li jinkludu x-xabla u l-kappell ta` La Vallette, iċ-ċensier tal-Ordni, pjaneti, salib tal-fidda etc.
 
·     Fit- 3 ta` Settembru fis-sebgħa ta` filgħaxija (7.00pm) ser issir it-tieni taħdita fis-sala tal-Kunsill mill-Profs. Arnold Cassola dwar “It-Torok u l-Assedju tagħhom f`Malta”.
 
·    Fl- 4 ta` Settembru fis-sebgħa u nofs ta` filgħaxija fis-sala tal-Kunsill Lokali ser jkun varat inbid minn dwieli propjeta` tal-Kavallieri tal-Ordni ta` San Ġwann bl-isem ‘Vittoriosa 1565’
 
·    Fil-5 ta’ Settembru fis-6:00pm, ser issir quddiesa ta’ radd ta’ ħajr fil-Knisja Parrokjali ta’ San Lawrenz, li ser tkun ikkonċelebrata mill-Kapitlu tal-istess Parroċċa flimkien mal-patrijiet tal-Komunita’ Dumnikana fil-Birgu, fejn għaliha ser jkunu mistiednin bosta personalitajiet distinti flimkien mal-poplu Vittorjosan.
 
·     Diversi fratellanzi Maltin se jingħaqdu f`purċissjoni ma` oħrajn fil-Birgu fil-5 ta` Settembru fis-sitta u nofs ta` filgħaxija biex mill-Knisja ta` San Lawrenz imorru fil-Knisja tal-Lunzjata u jinzzlu lejn il-Parroċċa, b`replika tal-Ikona tal-Madonna tal-Purifikazzjoni li l-Kavallieri kienu ġabu magħhom minn Rodi u akkumpanjati mill-Patrijiet Duminkani u l-Kapitlu tal-Knisja Konventwali ta` San Lawrenz. Fit-tmienja ta` filgħaxija, fil-pjazza ewlenija tal-Birgu mbagħad jsir programm mużikali konġut miż-żewg baned tal-Birgu; Soċjeta Mużikali San Lawrenz u l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own bis-sehem tal-kor ta` tfal li ser ikanta l-Innu l-ġdid tal-Birgu li se jindaqq ukoll għal ewwel darba.
 
·  Il-Ħadd 6 ta`Settembru kontinġent tal-450 kavallier barrani se jinżlu proċessalment minn Couvre Porte lejn Triq il-Mina l-Kbira fid-direzzjoni lejn l-Knisja ta` San Lawrenz fejn isir servizz intereliġjuz bis-sehem tal-Arċisqof u l-Imam. Wara jsir tqegħid tal-fjuri fuq il-Munument tal-Assedju li jinsab fil-Pjazza minn rappreżentanti tal-Kavallieri, l-Kunsill Lokali, entitajiet tal-Birgu u mistiedna oħra distinti.
 
·       Fis-7 ta` Settembru jkun ċelebrat Jum il-Birgu.