Jitkompla r-railing ma’ parti ta’ Posta ta’ Kastilja

Jitkompla r-railing ma’ parti ta’ Posta ta’ Kastilja
 
 
Nhar il-Ħamis 13 ta’ Ġunju, 2013, beda jitwahħħal il-kumplament tar-railing fuq parti mill-Posta ta’ Kastilja, dik in-naħa li tagħti għal Triq il-Foss jew inkella kif inhu magħruf sew man-nies tal-lokal ”is-Suq tal-Ħut”.
 
Dan sar mill-ħaddiema tal-Gvern, is-sezzjoni tal-ħaddieda fil-garaxx ta’ Ħal Lija, wara li l-Kunsill Lokali tal-Birgu ftit tal-ġimgħat ilu għamel talba lill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura sabiex jitkompla dan ir-railing.
 
Issa nistgħu ngħidu li l-periklu li jista’ jsir xi inċident f’din iz-zona, permezz ta’ dan ir-railing ġie evitat u din iz-zona li tant hi frekwentata mill-ammont ta’ turisti li qed jiġu ta’ kuljum f’din il-Belt storika, issa ngħatat dehra ferm isbaħ.

 

Caption: Il-ħaddiema mill-garaxx tal-Gvern f’Ħal Lija, sezzjoni tal-ħaddieda, waqt it-twaħħil ta’ dan ir-railing.