Jiltaqghu s-Sindki tal-Kottonera ul-Kalkara

Nhar is-Sibt 6 t`April,2013 .matul in-nofs tan-nhar ta’ filghodu, fuq inizjattiva personali tas-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall, iltaqghu s-Sindki tal-Kottonera, is-Sindku tal-Isla, s-Sur Justin John Camilleri s-Sindku ta’ Bormla, is-Sinjura Alison Zerafa Civelli, u s-Sinjura Speranza Chircop, s-Sindku tal-Kalkara u dak tal-Birgu, s-Sur John Boxall fl-ufficini amministrattivi tal-Kunsil Lokali tal-Birgu fil-Berga ta’ Franza.

Din kienet l-ewwel laqgha ta’ din ix-xorta fejn is-Sindki tal-Kottonera u l-Kalkara iltaqghu  f’laqgha kordjali biex jaghmlu rikonoxxenza ta’ xulxin u dan peress li s-Sindki ta’ Bormla u l-Kalkara ghadhom kemm gew eletti Sindki tal-lokalitajiet rispettivi taghhom ghall-ewwel darba u dak tal-Isla, li sena ilu propja f’Marzu tas-sena 2012 gie elett Sindku wkoll ghall-ewwel darba.

F’din il-laqgha li aktar min laqgha kienet forma ta’ diskussjoni miftuha fejn fiha gew diskussi bosta hsibijiet u suggetti li jistghu jigu mtejba u jsiru fil-lokalitajiet rispettivi u li fl-ahhar holistikament tkun qedgha tgawdi z-zona tal-Kottonera u l-Kalkara.

Fuq quddiem net ta’ din id-diskussjoni kienet il-presenza tas-Sindki flimkien waqt attivitajiet organizzati fil-lokalitajiet rispettivi taghhom. Dan ikun ta’ turija cara ta’ kif is-Sindki tal-Kottonera u l-Kalkara qed ikunu ta’ ezempju fejn tintwera pozittivament il-kollaborazzjoni kollettiva ghal gid ta’ din iz-zona tal-Gzejjer Maltin fejn l-ghan ahhari jkun it-titjieb ta’ ghexien ahjar ghar-residenti.

Il-hsieb ewlieni u komuni tas-Sindki f’din il-laqgha kien dak tal-edukazzjoni li ghandu jinghata priorita u jkun quddiem net fuq l-agenda. Is-Sindki fil-kummenti taghhom globalment qablu li dan is-settur huwa l-unika garanzija ghal futur ahjar ta’ uliedna, mhux biss ghal din iz-zona tal-Gzejjer Maltin imma l-ghan ahhari kollhu minghajr ebda distinzjoni.

Kienu bosta suggetti ohra li gew diskussi f’din il-laqgha bhal, it-trasport pubbliku, s-servizzi moderni relatati mas-settur tal-anzjani, attivitajiet kulturali u dawk sportivi, kif ukoll iz-zamma tal-ordni u dixxiplina mill-awtoritajiet kollha koncernati relatati ma’ dan is-settur.

Hawnhekk is-Sindki qablu li darba fix-xahar fuq bazi regolari jibdew jiltaqghu biex il-hsibijiet taghhom ikunu jistghu jigu zvillupati u jsiru realta, fejn gie propost mis-Sindku tal-Birgu John Boxall bi qbil bejn kulhadd, li l-laqgha li jmiss issir fl-ufficini amministrattivi tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla. Fl-ahhar ta’ din il-laqgha s-Sindki tal-Isla, l-Bormla, u l-Kalkara irringrazzjaw lis-Sindku tal-Birgu ta’ dan il-hsieb u awguraw li dak li nbeda jitkompla ghal gid komuni tar-residenti kollha tal-Kottonera u tal-Kalkara.

 

Meeting between the Mayors of Cottonera and Kalkara

On Saturday 6th of April, 2012, on  a personal initative of the Mayor Mr. John Boxall, the Mayors of Cottonera, being Mr. Justin John Camilleri, Mayor of Isla, Ms. Alison Zerafa Civelli, Mayor of Cospicua, together with the Mayor of Birgu and Mrs. Speranza Chircop, Mayor of Kalkara, met in the administrative offices of the Birgu Local Council at the Auberge de France.

This was the first meeting of its kind, where the Mayors of Cottonera and Kalkara cordially met to make recognition of each other, after the Mayors of Bormla and Kalkara were recently elected for the first time, and the Mayor of Isla, was elected over a year ago in March 2012, also for the first.

During this meeting, which was more of a formal open discussion, various thoughts and subjects were shared and discussed. The subjects discussed mainly were items that could be improved and done up in the respective localities, which at the end of the day, the are of Cottonera, will holistically enjoy through these improvements.

Forefront in this discussion, was how the Mayors, should all be present together during the organized activities of the other respective localities. This will surely be an outright demonstration of how the Mayors of Cottonera and Kalkara, are collaborating positively for the greatness and goodness of this zone on the Maltese Islands, where their ultimate aim is to improve the life of their residents.

The main aim of this meeting was that of how to give importance to the Education Sector, which should be given priority and it must be on each Mayors' Agenda. The Mayors, in their comments, globally agreed that this sector is the only guarantee for a better future for our children

Other subjects, such as, public transport, modern services in relation to the elderly in the locality, cultural and sport activities, as well as the order and law in the respective localities were also discussed.

The Mayors then agreed to hold this meeting on a regular basis once a month so that their thoughts will be further developed and thus become reality. The Mayor of Birgu, Mr. John Boxall, suggested that the next meeting will be held at the Bormla Local Council Administrative Office. At the end of this meeting, the Mayors of Isla, Bormla and Kalkara, thanked the Mayor Mr. John Boxall, for this initiative and hoped that this will be continued for the common good of the residents of all Cottonera and Kalkara