INAWGURATA L-KONFERENZA TAL-PROGETT COHEIRS IFFINAZZJAT MILL-UNJONI EWROPEA LI L-KUNSILL LOKALI TAL-BIRGU IMSIEHEB FIH.

INAWGURATA L-KONFERENZA TAL-PROGETT COHEIRS IFFINAZZJAT MILL-UNJONI EWROPEA LI L-KUNSILL LOKALI TAL-BIRGU IMSIEHEB FIH.
 
Nhar il-Hamis 31 t`Ottubru, 2013, giet inawgurata l-konferenza tal-Progett COHEIRS, liema progett huwa iffinanzzjat mill-Unjoni Ewropea. F`dan il-progett, il-Kunsill Lokali tal-Birgu huwa msieheb fih fost is-sittax il-organizazzjoni ohra msiehba.
Ghal din il-konferenza gew mistiedna raprezzentanti mis-socjetatjiet u l-ghaqdiet kollha tal-Birgu, fost personalitajiet involuti f`dan is-settur, fosthom l-Onorevoli Leo Brincat, Ministru ghal Izvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima li nawgura din il-konferenza.
Dan is-seminar kien immexxi mill-Vici- Sindku, is-Sur Trevor Mizzi. Is-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall fetah dan is-seminar bid-diskors tieghu, fejn tkellem dwar il-bzonn kbir li tigi nkoragita aktar l-inizjattiva fost ic-citaddini, b`aktar cittadini li jaghtu sehemhom billi jiffukaw aktar fuq il-kwalita ahjar tal-ambjent tal-madwar. Is-Sur John Boxall zied jghid ukoll kif ir-residenti ta’ din il-lokalita u c-cittadini jisghtu jinvolvu aktar ruhom, jaqsmu l-aspirazzjonijiet u l-vizjonijiet taghhom ghall-futur. Huwa ghalaq l-intervent tieghu billi stqarr u sostna li l-aktar importanti f`dan is-settur huwa li jkun hemm l-edukazzjoni fost ir-residenti u cittadini, fejn huma dawk li jaghmlu il-bidla; huma dawk li jaghmlu futur ahjar.
 
Il-Ministru Leo Brincat stqarr li fil-qasam ambjentali kemm il-Gvernijiet Ċentrali kif ukoll dawk lokali jinħtieġ li juru leadership qawwi fejn jidħol l-ambjent. Ikun żbaljat min jaħseb li għandna l-ewwel nistennew l-ekonomija tikber biex inżidu l-investiment fl-ambjent. It-theddid għall-ambjent wara kollox mhuwiex ser joqgħod jistenna xi problemi u jew kriżijiet ekonomiċi jgħaddu biex jibda jittaffa. Għal kuntrarju jekk nimpenjaw ruħna bis-sħiħ favur l-ambjent inkunu mingħajr ma nafu qegħdin nħaffu l-proċess tal-qawmien ekonomiku fuq l-aktar linji sostenibbli.
 
Il-Minsitru Leo Brincat kompla jzied  jghid li dan jista’ jsir kemm mill-Gvern u kif ukoll mill-Gvern Lokali flimkien maċ-ċittadini li flimkien jagħmlu s-soċjetà ċivili li tirrapreżentaw. Hemm bżonn li mhux biss jigi muri rispett lejn policies ambjentali sodi, iżda aktar minn hekk li nimbarkaw fuq proġett ambjentali li minnu jgawdu n-nies filwaqt li jkabbru il-kuxjenza tal-istess nies favur l-ambjent. Mingħajr għarfien xieraq għall-ambjent dan kollu jibqa’ biss ħolm sabiħ fuq l-karta.
 
Biex nilħqu l-miri tagħna hemm bzonn li kulħadd inkluż l-Gvernijiet Lokali jkunu konxji l-ħin kollu ta' x’inhuma dawn l-miri, kif beħsiebna nilħquhom u idealment, sa meta wkoll. L-impenn tagħna jkun jista’ jitkejjel jekk nikkonvinċu lin-nies li verament għandna viżjoni dwar l-ambjent, kif ukoll li ngħarrfu lill-kunsilli u lin-nies infushom bil-miri ambjentali tagħna. Inkunu nistgħu ngħidu li għandna kommunitajiet b'saħħitom biss  meta verament aħna u huma stess ikunu konvinti li n-nies qed igawdu aċċess indaqs għal għola standards ambjentali fil-belt u raħal li jkunu qed jgħixu fih.
 
 
Dawk il-lokalitajiet li jgħollu l-istandards ambjentali għandhom jingħataw għarfien akbar ħalli jiġu nkoraġġati jintensifikaw l-isforzi tagħhom favur l-ambjent. Daqstant ieħor ċ-ċittadin innifsu m’għandux jibża u jew iżomm lura milli jimbotta l-ideat tiegħu dwar kif tisħieħ simili jista jsir, idealment fl-iqsar żmien possibbli.
 
Kunsilli Lokali li ma jpoġġux l-ambjent u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja fuq quddiem nett tal-aġenda tagħhom ikunu qed jonqsu serjament lill-istess nies li jkunu ivvutawlhom. Dawn l-isforzi għandhom ikunu fil-qalba tal-istrateġija meħtieġa biex iġġib bilanċ ġdid fl-ekonomija għal ġid ta' kulħadd – mill-pajjiż innifsu, sal-kommunita' u anki fuq il-livell ta' int u jien, ħalli jkollna s-serħan il-moħħ li l-firxa tkun waħda ekwa, ġusta u skont kemm meħtieġ.
 
Matul din il-konferenza tkellem ukoll is-Sur Alfred Baldacchino, persuna esperta fuq l-ambjent, fejn tkellem u wera prezentazzjoni dwar x`nifhmu bl-ambjent, u kif il-bniedem u l-ambjent ghandhom jghixu flimkien u kif il-bniedem jafettwa lil ambjent.
 
Dr. David Mallia, perit u espert fuq ir-restawr tkellem dwar l-effetti u l-impatt psikologiku li tniggis ihalli fuq il-bniedem u kif ukoll diversi binjiet jaghtu karattru u sens ta’ appartenenza lic-cittadini. Il-Perit Mallia tkellem ukoll fuq il-fatt li difetti tal-ambjent urban ghandhom impatt negattiv fuq sahha tal-bniedem u fuq il-bzonn li nikkonservaw u niehdu hsieb l-ambjenti urbani taghna.
 
Is-Sinjura Moira Azzopardi, il-kordinatrici ta’ dan il-progett f`isem il-Kunsill Lokali tal-Birgu prezentat il-konkluzjonijiet li hargu wara li saru il-workshops, fejn il-partecipanti ddiskuti diversi issues importanti dwar is-sahha u l-ambjent.
 
Is-Sur Mark Causon, konsulent tal-Affarijiet Ewropew ikonkluda dan is-seminar billi sahaq li huwa ferm u ferm importanti li jkun hemm aktar awareness fuq dan is-suggett u li tinghata aktar informazzjoni lic-cittadini biex dawn ikunu aktar attivi f`dan il-qasam. Stqarr ukoll li l-bzonn ta’ aktar gruppi civici attivi huwa l-futur ta’ hajja ahjar u ghandhom jigu nkoragiti permezz ta` progetti bhal COHEIRS, fejn gruppi ta’ kunsilli lokali u cittadini madwar l-Ewropa jigu aktar ikoraguti. L-Unjoni Ewropea toffri mezzi u opportunitajiet siewja ghal partecipazzjoni attiva, li cittadini flimkien mal-Kunsilli Lokali taghhom ghandhom jaghmlu uzu minnhom.
 
It-Tieni parti ta` din il-konferenza ser issir nhar it-Tlieta 19 ta’ Novembru, 2013, fejn ser tigi indirizzata mill-Professur Stephen Montfort, fejn ghalija qed jigu mistiedna ir-residenti tal-Birgu