INAWGURAT IL-“PLATFORM LIFT” F`WIEHED MIT-TURGIEN BISWIET IL-KNISJA PARROKJALI TA` SAN LAWRENZ

INAWGURAT IL-“PLATFORM LIFT” F`WIEHED MIT-TURGIEN BISWIET IL-KNISJA PARROKJALI TA` SAN LAWRENZ
 
Il-persuna li harget mit-tifrik meta waqghet parti mill-Knisja ta` San Lawrenz meta kienet tarbija, llum titwassal ghal istess Knisja permezz tal-"platform lift"
 
Nhar il-Hamis 7 ta` Awwissu, 2014 gie inawgurat il-“platform lift” f`wiehed mit-turgien biswiet il-bieb il-falz tal-Knisja Parrokjali u Konventwali ta` San Lawrenz fil-Birgu.
L-inawgurazzjoni ta` dan il-progett saret mis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall flimkien mal-Eccelenza Tieghu, Fra. John Edward Critien u l-Arcipriet Fra. Joe Cilia fil-prezenza ta` Segretarji Parlamentari, Membri Parlamentari, Kunsilliera, personalitajiet distinti u persuni anzjani u bi bzonnijiet specjali li jinasbu rikoverati fi sptarijiet jew fi djar tal-anzjani.
Din ic-cerminonja qasira tmexxiet mis-Segretajru Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, is-Sinjura Fiona Said, fejn filwaqt li rringrazzjat lil dawk prezenti u li ghogobhom jonoraw bil-prezenza taghhom, stiednet, u kif kien xieraq lil Eccelenza Tieghu Fra. John Critien, Kavallier Residenti Permanenti fil-Forti San Anglu jaghmel kelmtejn tal-okazzjoni.
 
L-Eccelenza Tieghu Fra. John Critien jindirizza lil dawk prezenti
F`indirizz qasir l-Eccelenza Tieghu spjega fil-qosor il-bidu ta` din l-inizjattiva, filwaqt li fahhar lill-Kunsill Lokali tal-Birgu b`mod partikulari lis-Sindku, li minnhu originat din l-idea li bis-sahha ta` dan il-progett ser jibbenfikaw mhux dawk l-anzjani biss u dawk l-anzjani mill-Birgu li jinsabu rikoverati fi djar tal-anzjani u fi sptarjiet, imma ser igawdi minnhu kullhadd, anke l-istess barranin li jigu minn kull rokna ta` dinja li jkollhom bzonn juzaw dan il-platform lift. Fra John ghalaq dan il-messagg qasir billi rringrazzja pubblikament lil Kavallier li jaghmel parti mill-istess ordni, li ffinanzja dan il-progett.
Kien imiss li s-Sinjura Fiona Said li tistieden lis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall biex jindirizza lil dawk prezenti. Is-Sindku  beda billi rrefera ghal madwar ghaxar snin ilhu, fejn waqt li kien qieghed jindirizza f`wahda mil-laqghat fi zmien il-Milied organizzata mis-sezzjoni Zghazagh tal-Caritas Birgu, kien dakinhar li habbar dan il-progett. Ma tantx kien progett facli biex jigi mwettaq aktar u aktar meta kif jaf tajjeb kulhadd, il-Knisja  Parrokjali ta` San Lawrenz u zona kollha tal-madwar, l-Awtorita Maltija ghall-Ippjanar u l-Ambejnt (MEPA) kklassifata l-ewwel grad storiku fil-Gzejjer Maltin. Imma minkejja l-hafna qtugh il-qalb u hsibijiet li kienu qed jisfumaw fix-xejn biex dan il-progett li originarjament il-hsieb tieghu kien biex issir lift mdawwar bil-hgieg, il-Kunsill prezenta ftit wara li gie kostitwiet, harget l-ideja biex jinbidel il-kuncett ta` lift u ssir appplikazzjoni gdida lil Mepa biex jigi installat fl-istess post “platform lift”.
Hawnhekk, is-Sindku ghamel referenza diretta ghal ghajnuna li tah l-Eccelenza Tieghu Fra. John Edward Critien li hekk kif saritlu talba minn naha tal-Kunsill Lokali tal-Birgu biex l-Ordni Sovrana ta` San Gwann, li huwa jirraprezenta f`Malta tghin finanzjarjament, fi ftit jiem ir-risposta kienet wahda pozittiva, u illum nisghtu nghidu li dik il-holma biex il-Knisja Parrokjali ta` San Lawrenz tkun accessibli ghal kullhadd, saret realta.
Is-Sinkdu ghalaq billi rringrazzja lil Ex-Arcipriet tal-Parrocca Fr. Joe Caruana  li dakinhar huwa flimkien mal-Kapitlu qabel ma` dan il-progett u lil Arcipriet attwali Fr. Joe Cilia flimkien mal-Kapitlu ta` din il-Kollegjata, fejn kompla jaghti support u l-ghajnuna tieghu lill-Kunsill biex dan il-progett jitwettaq. Is-Sindku wkoll irringrazzja lil dawk kollha li b`xi mod jew iehor taw sehem taghhom, fosthom is-Sur Joe Farrugia, id-Direttur tal-Kumpanija Melfar, fejn offriet il-makkinarju kollhu ta` dan l-“platform lift” bi prezz specjali. Is-Sindku ghalaq billi ma kienx jonqos li b`mod specjali jirringrazzja lill-Eccelenza Tieghu Fra. John Edward Critien li minbarra li permezz tieghu nghatat l-ghajnuna finanzjarja, huwa kien qed jaghti support morali tieghu lill-Kunsill biex dan il-progett jigi attwat.
Hawnhekk, is-Sindku bhala rringrazzjament ghan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Birgu u l-poplu kollhu Vittoriosan irregala rigal lill Eccelenza Tieghu Fra. John Critien biex tibqa` tifkira ta` din l-okazzjoni.
Is-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall jipprezenta rigal lil Eccelenza Tieghu Fra John Edward Critien bhala ringrazzjament.
 
U kif inhuwa xieraq gie mistieden Arcipriet tal-Parrocca Fr. Joe Cilia biex jbierek dan il-“platform lift” u jghid kelmtejn tal-okazzjoni.