Il-Viċi-Sindku s-Sur Trevor Mizzi / The Vice-Mayor Mr Trevor Mizzi

 
 
Trevor Mizzi huwa mill-Birgu u twieled fl-14 ta’ Lulju  1982. Huwa l-akbar minn tlett ulied, iben Leonard Mizzi u Antonia nee Cassar.
 
Trevor fi ċkunitu ħa l-edukazzjoni tiegħu għand is-sorijiet Karmelitani fil-Birgu, fejn kompla fl-iskola Primarja Santu Rokku tal-Birgu.  Minn hemm ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-iskola Ġuze’ Despott Verdala Junior Lyceum. Wara attenda fil-Higher Post Secondary fin-Naxxar.
 
Fi ċkunitu, għal perjodu ta’ 7 snin kien jagħmel parti mill-1st Cospicua Scouts Group, fejn hemm seta’ jistabbilixxi aħjar il-personalita’ tiegħu minkejja ċ-ċokon tiegħu.
 
Illum Trevor jaħdem bħala head of Customer Care ġewwa l-Ministeru tal-Edukazzjoi u x-Xogħol.
 
Minkejja l-eta żgħira tiegħu Trevor huwa attiv ħafna fil-Partit Laburista fejn matul dawn l-aħħar snin kien u għadu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju fiċ-Ċentru Laburista tal-Birgu.
 
Qabel din il-kariga s-Sur Mizzi kien imexxi il-Forum Żgħażagħ Laburisti tal-Birgu.
 
Trevor Mizzi, għal bosta drabi ġie magħżul mill-Kunsill Lokali tal-Birgu biex jipparteċipa flimkien ma’ żgħażagħ oħra f’numru ta’ proġetti taż-żgħażagħ iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll lokalment.
 
Trevor kien jagħmel parti wkoll minn grupp ta’ żgħażagħ li marru barra minn xtutna, f’San Pietro in Guerana u f’Casorate Sempione fl-Italja sabiex jirrapreżentaw lill-Kunsill Lokali tal-Birgu bħala parti mill-ftehim kulturali bejn iż-żewġ lokalitajiet.
 
Għal dawn l-aħħar snin huwa dejjem kien involut direttament fl-organizazzjoni tal-attivitajiet kulturali organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, fejn tispikka dik l-attivita’ tal-Birgu Fest li tinkludi fiha il-Birgu by Candlelight, fejn Trevor ta’ kull sena imexxi grupp ta’ żġħażagħ biex jagħmlu il-mixgħela tax-xemat fit-toroq ta’ din il-Belt.
 
Bħala passatemp Trevor fil-passat ipparteċipa f’numru ta’ Rock Operas li ttellgħu ġewwa l-Birgu bħal ‘Jesus Christ Superstar’, ‘We Will Rock You’, ‘Phantom of the Opera’ u oħrajn. Barra minn hekk, Trevor kellu partijiet ewlenin fil-films ‘Maltageddon’ u ‘MaltaForce’ li għamlu suċċess fiċ-ċinema Maltija u riċentament fis-sensiela televiżiva divertenti ‘Klassi Għalina’  li tintwera fuq One TV.
 
Ta’ min jinnota li s-Sur Trevor Mizzi huwa l-iżgħar Kunsillier li ġie elett fil-Kunsill Lokali tal-Birgu kemm ilhom kostitwiti l-Kunsilli Lokali fil-Gżejjer Maltin.
 
 
 
 
 
 
 
Trevor Mizzi was born in Birgu on the 14th of July, 1982.  He is the oldest of 3 siblings, son of Leonard Mizzi and Antonia nee Cassar.
 
As a child Trevor attended pre-school at the Carmelite Nuns in Birgu, from where he then continued his education at the St Roque Primary School in Birgu. He then proceeded his studies at the Guze' Despott Verdala Junior Lyceum. He later attended the Post Higher Secondary in Naxxar.
 
For 7 years he was part of the 1st Cospicua Scout Group, where there he further enhanced his personality.
 
Today Trevor works as a head of customer care for the Ministry for Education and Employment.
 
Despite his young age, Trevor is also very active in the Labour Party where over recent years and still up to today he occupies the post of Secretary at the Labour Centre of Vittoriosa. Prior to this position Mr Mizzi led the Labour Youth Forum of Birgu.
 
Trevor Mizzi was chosen several times by the Birgu Local Council to participate along with other people in a number of youth projects, both locally as well as in projects financed by the European Union.
 
Trevor formed part of the group of people who went to San Pietro di Guerana and to Casorate Sempione in Italy to represent the Birgu Local Council as part of the cultural agreement between the two locations.
 
For the past few years he has always been directly involved in the organization of cultural activities organized by the Birgu Local Council, mainly the organization of the Birgu Fest event comprising the Birgu by Candlelight, where the City of Birgu is lit only by thousands of candles.
 
In his free time Mr Mizzi enjoys participating in several Rock Operas held in Vittoriosa like 'Jesus Christ Superstar’, 'We Will Rock You', 'Phantom Of The Opera', and several others. Additionally, Trevor also starred in films like 'Maltageddon' and 'MaltaForce', which were truly successful in the Maltese cinema. Recently he also played a main role in the entertaining television series 'Klassi Għalina' shown on One TV.
 
It is worth noting that Mr Trevor Mizzi is the youngest Councillor elected in the Birgu Local Council since the Local Councils have been constituted in the Maltese Islands.