Il-proġett CO-TO-GEN (Connecting Towns and Generations Through Dialogue, Culture and Traditional Games) parti ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea mill-villaġġ ta’ Belvi fil-qalba ta’ Sardinja flimkien mal-Belt tal-Birgu

 
Il-proġett CO-TO-GEN  (Connecting Towns and Generations Through Dialogue, Culture and Traditional Games) parti ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea mill-villaġġ ta’ Belvi fil-qalba ta’ Sardinja flimkien mal-Belt tal-Birgu.
 
 
Nhar it-Tlieta 11 ta’ Diċembru, 2012, grupp ta’ ħamsa u għoxrin persuna mill-Birgu telqu għall-villaġġ ta’ Belvi fil-qalba ta’ Sardinja jirraprezentaw lill-Kunsill Lokali tagħhom dak tal-Belt tal-Birgu fil-proġett CO-TO-GEN parti ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea imtella’ bejn il-11 u s-17 ta’ Diċembru, 2012.
 
Dan il-grupp kompost minn etajiet differenti taħt il-gwida tal-Viċi Sindku, s-Sur Trevor Mizzi u s-Sinjura Moira Azzopardi, impjegata mal-Kunsill u responsabbli minn dan il-proġett, matul is-sebat ijiem li ser idumu f’dan il-villaġġ ser ikollhom programm vast ta’ attivitajiet.
 
 Il-grupp Vittorjosan qabel ħalla Malta lejn Belvi f’Sardinja għall-proġett CO-TO-GEN imtella’ bejn il-11 u s-17 ta’ Diċembru, 2012
The group from Vittoriosa before their departure to the village of Belvi in Sardegna, to participate in the project ''CO-TO-GEN'', held between the 11th and 17th December, 2012
 
 
Mal-wasla tagħhom f’dan il-villaġġ ċkejken b’sitt mija u sebgħa u sittin ruħ ser jiġu milqugħa mill-Kunsill Lokali ta’ Belvi fejn ukoll ser jiltaqgħu mal-familji li ser jospitawhom fid-djar tagħhom.
 
Il-Ħamis 13 ta’ Diċembru għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija jasal u jingħaqad mal-grupp, is-Sindku tal-Birgu, fejn flimkien mas-Sindku ta’ Belvi, s-Sur Rinaldo Arangino, jagħtu bidu għall-lejla Maltija fejn ser jiġi servut ikel u xorb tipikament  Malti mill-grupp Vittorjosan.
 
Din hija t-tiena zjara tas-Sindku tal-Birgu f’dan il-villaġġ fejn f’April li għadda kien mistieden mill-Kunsill ta’ Belvi biex izur dan il-villaġġ sabiex iz-zewġ Kunsilli jaraw il-possibiltajiet kollha fejn flimkien jistgħu japplikaw għall-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u jekk hux possibli jibdew proċeduri flimkien biex jiġi stabbilit ġemellaġġ bejn iz-zewġ lokalitajiet. Matul dawn l-aħħar xhur sar ħafna xogħol relatat ma’ dak maħsub u llum nistgħu ngħidu li dan wassal għar-rizultat mixtieq, dak li l-Belt Maltija tal-Birgu u dik fil-qalba ta’ Sardenja, Belvi, jiffirmaw il-ftehim ta’ ġemellaġġ.
 
Huwa propju għalhekk li s-Sindku tal-Birgu, John Boxall, reġa’ mar f’dan il-villaġġ, fejn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru, f’ċerimonja li ser issir fl-Amfiteatru tal-lokal, iz-zewġ Sindki ser jaqraw u jiffirmaw ir-rit tal-ġemellaġġ ta’ bejn iz-zewġ lokalitajiet. Għal din iċ-ċerimonja simbolika ser ikunu prezenti l-Viċi Sindku u l-Kunsilliera ta’ Belvi, ir-residenti ta’ din il-lokalita, l-Viċi Sindku tal-Birgu, s-Sur Trevor Mizzi, akkumpanjat mill-grupp ta’ residenti Maltin. Ser ikunu prezenti wkoll rapprezentanti mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ għadd ta’ ġurnalisti.
 
 
The CO-TO-GEN project (Connecting Towns and Generation Through Dialogue, Culture and Traditional Games), part financed by the European Union, done between the village of Belvi, in the heart of Sardinia and the City of Birgu.
 
On Tuesday 11 December, 2012, a group of twenty-five residents of Birgu departed for the village of Belvi in ​​the heart of Sardinia representing their Local Council that of the City of Birgu, to participate in the project CO-TO-GEN part financed by the European Union taking place between the 11th and 17th of December, 2012.
 
This group consisting of different age groups, under the guidance of the Vice Mayor, Mr. Trevor Mizzi and Mrs. Moira Azzopardi, employed with the Council, who has also the responsibility of this project, during their stay in this village, have a vast programme of seven days prepared for them.  
 
Upon their arrival in the small village where six hundred and sixty seven people live, the group will be welcomed by the Council of the village of Belvi, as well as by the families hosting the Birgu residents in their homes.
 
On Thursday 13 December at around half eight in the evening, the Mayor of Birgu, Mr. John Boxall will be joining the group, where together with the Mayor of Belvi, Mr. Rinaldo Arangino, will kick off the traditional Maltese night where typical Maltese food and drinks will be served by the group from Vittoriosa.
 
This is the second visit of the Mayor of Birgu to this village, where last April, he was invited by the Council of Belvi to visit this village, to see what roots do these localities have in common, and moreover to see what possibilities are there to apply for EU funded projects. Together both localities looked upon starting the procedure to be twinned together. Over the last months, a lot of work by both cities was done to achieve the desired result, that of having the village of Belvi, in the heart of Sardegna, sign a twinning agreement with the Maltese City of Birgu.
 
It is for this reason, that the Mayor of Birgu, Mr. John Boxall, will return to this village, where on the 14th of December, during a ceremony which will be held in the amphitheatre of this locality, both Mayors will read and sign the twinning rite between the two localities. For this symbolic ceremony, the Vice Mayor and the Councillors of Belvi will be present as well as the residents of this locality, together with the Vice Mayor of Birgu, Mr. Trevor Mizzi, accompanied by the Maltese group. Representatives from the Commission of the European Union together with a number of journalists will also be present.