Il-Premjijiet Ewropej għall-Intrapriża


 

Il-Premjijiet Ewropej għall-Intrapriża ilhom ikunu organizzati mid-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għall-Intrapriża mill-2006. L-iskop ta’ dawn l-għotjiet hu li jirrikonoxxi u jippremja inizjattivi li jappoġġjaw l-intraprenditorija fuq livell reġjonali.

L-iskop tal-Premijiet Ewropej għall-Intrapriża hu li jiddentifika u jippremja l-eċċellenza fost l-awtoritajiet pubbliċi fil-promozzjoni tal-intraprenditorija u negozji żgħar, fuq livell Reġjonali u lokali.

Kull sena, aktar minn tliet mitt inizjattiva f’kull pajjiż parteċipant (membri stati tal-UE u n-Norveġja) jikkompetu fuq skala nazzjonali tal-kompetizzjoni. Ġurija ta’ livell għoli tal-Ewropa jgħażlu l-aħjar kompetituri li jkunu mħabbra f’serata speċjali organizzata apposta fejn in-nominati kollha jkunu mistednin.

Fil-Premjijiet Ewropej għall-Intrapriża tal-2008/2009 kien hemm ħamsa u għoxrin pajjiż jikkompetu fuq bażi nazzjonali u ‘l fuq minn tliet mija u ħamsin awtorita nazzjonali, reġjonali jew lokali li ħadu sehem, li jinkludu bliet, irħula u reġjuni, kif ukoll sħubijiet pubbliċi-privati (public private partnerships) bejn awtoritajiet pubbliċi u ntraprendituri, programmi edukattivi u negozji.

Il-ġurija kkunsidrat sebgħa u erbgħin nominazzjoni finali li kienu jirrappreżentaw varjeta wiesa’ ta’ proġetti li kienu suċċess billi ffaċilitaw in-negozju u appoġġjaw l-intraprenditorija madwar l-Ewropa.

Ir-rebbieħa kienu mxandra waqt ċerimonja fl-għeluq tal-ewwel Ġimgħa Ewropea tan-Negozji Żgħar u Medji.

Il-Premju l-Kbir tal-Ġurija mar għand Scarborough Renaissance Partnership għall-intrapriża tagħhom u ħidma kulturali fil-belt ta’ Yorshire ta’ Scarborough fil-Grigal tal-Ingilterra. Il-proġett intgħażel għar-riżultati mpressjonanti li jindirizzaw il-kwistjoni ta’ qgħad staġjonali u l-iżviluppar ta’ ekonomija stabbli matul is-sena kollha bl-involviment tal-komunita lokali.

Ir-riżultat kien jirrifletti żieda fil-ħolqien tax-xogħol, partikolarment permezz ta’ żviluppar ta’ park kummerċjali u ċentru tal-kreattivita u ndustriji kulturali state-of-the-art.

Din is-sena 338 awtorita nazzjonali, reġjonali u lokali, nklużi bliet u rħula u reġjuni, kif ukoll sħubijiet pubbliċi-privati (public-private partnerships) ikkompetew għan-nominazzjoni tal-kompetizzjoni Ewropea li għaliha kull pajjiż jista’ jagħżel sa żewġ kandidati. L-iskambji ta’ prattiċi tajbin u esperjenzi mqanqla mill-Premjijiet Ewropej għall-Intrapriża ssodisfaw l-oġġettivi primarji li huma: li jiġu ddentifikati u rikonoxxuti attivitajiet ta’ suċċess u inizjattivi li ttieħdu biex tiġi promossa l-intraprenditorija; biex jesponu eżempji tal-aħjar prattiċi fl-intraprenditorija u biex tinħoloq kuxjenza ta’ l-irwol tal-intraprendituri fis-soċjeta u biex jinkoraġġixxu u jispiraw intraprendituri oħrajn. 

Fl-edizzjoni tal-2010 tal-Premjijiet Ewropej għall-Intrapriża, kien hemm sitt rebbieħa, u fil-31 ta’ Mejju, 2010, il-Kummissarju Antonio Tajani ppreżenta l-premjijiet lir-rebbieħa f’Madrid.  

Il-Premju l-Kbir tal-Ġurija mar għand proġett Intraprendituri f’Residenza – Entrepreneurs in Residence (Franza) tal-Agence Regionale de Developpement des Territoires d’Auvergn. Dan il-proġett attira intraprendituri biex jibdew in-negozju tagħhom f’reġjun li hu meqjus bħala rurali u remot billi offrew lill-parteċipanti appoġġ individwali li rriżulta f’aktar minn 300 residenza ġdida. Aktar minn 200 negozju kienu stabbiliti u dawn jimpjegaw ‘il fuq minn 600 persuna. Ir-Reġjun ta’ Aubergne diġa jespandi l-programm għall-professjonijiet mediċi. 

Il-premju għall-promozzjoni tal-Intraprenditorija mar l-Awstria, li kellhom proġett relatat ma’ Self Employment in the Creative Industry. Dan kien seminar ibbażat f’Universita’ fejn iffoka fuq il-preparazzjoni tal-istudenti tal-arti biex isiru intraprendituri. Dan għen ‘il fuq minn 300 parteċipant jiżviluppaw 40 negozju f’dawn l-aħħar ħames snin.

It-tnax-il nominazzjoni li ntgħażlu għall-premjijiet kienu murija bħala parti mill-konferenza Getting SMEs on the road to recovery f’Madrid. Il-konferenza pprovdiet forum biex isir skambju ta’ prattiċi tajbin fl-implimentazzjoni tas-Small Business Act għall-Ewropa (SBA) u kienu enfasizzati numru ta’ eżempji fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali madwar l-Unjoni Ewropea. 

Il-Jury’s Special Mention kien irregalat lil Times for Ethics ta’ Nuremberg, fil-Ġermanja, li jimmira li jżomm l-istandards etniċi fin-negozju anke fi żmien ta’ tibdil jew kriżi, billi jiġi żviluppat network b’saħħtu ta’ esperti voluntiera li jipprovdu l-intraprendituri lokali b’pariri siewja fuq etika ta’ tmexxija. 

L-attivita mmarkat ukoll l-għeluq tal-Ġimgħa Ewropea tan-Negozji Żgħar u Medji 2010, b’kampanja ta’ ‘l fuq minn 1,200 attivita madwar l-Ewropa, bl-għan li tinforma intraprendituri u intraprendituri potenzjali dwar is-sapport disponibbli kif ukoll biex tirrikonoxxi l-irwol tal-intraprendituri fis-soċjeta.

Sa mill-bidu nett, Malta kważi dejjem ħadet sehem u saħansitra darbtejn waslet biex nominazzjoni minn Malti tiġi shortlisted għall-finali. Fost il-lista ta’ parteċipanti għal din is-sena nsibu lill-Kunsill Lokali tal-Birgu u ta’ San Pawl il-Baħar.

Dak tal-Birgu kkompeta fil-kategorija tal-Pomozzjoni tal-Intraprenditorija, filwaqt li dak ta’ San Pawl il-Baħar ikkompeta fil-kategorija għat-titjib tal-ambjent kummerċjali.

Dawn iż-żewġ Kunsilli kienu mistiedna għaċ-ċerimonja ta’ dawn il-premjijiet hekk prestigjuzi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea b’kollaborazzjoni mal-Presidenza Spanjola tal-Unjoni Ewropea.

     

________________________________________________________________________________________

The European Commission Directorate for Enterprises has organised the European Enterprise Awards since 2006. The purpose of these awards, are to recognise and reward initiatives to support entrepreneurship at regional level.

The purpose of the European Enterprise Awards is to identify and reward excellence among public authorities in promoting entrepreneurship and small businesses, on regional and local level.

Each year, more than three hundred initiatives in each participating country (EU member states and Norway) compete in a nationwide competition. A high level jury from Europe choose the winners, who are announced during a specially organised event where all nominees are invited.

In the European Enterprise Awards 2008/2009, there were twenty-five countries, competing on a national level, and over three hundred and fifty national, regional or local authorities which participated, included cities, villages and regions, as well as public-private partnerships between public authorities and entrepreneurs, educational and business programs.

The jury considered forty seven final nominations which represented a wide variety of projects that were successful in facilitating business and backed entrepreneurship across Europe.

Winners were notified during a closing ceremony of the first European Week of Small and Medium Businesses.

The Great Prize of the jury went to the “Scarborough Renaissance Partnership” for their enterprise and cultural work in the city of Yorkshire of Scarborough in the North of England. The project was chosen for the impressive results, which address the issue of seasonal unemployment and developing a stable economy during the year involving the local community.

The result reflects increases in job creation, particularly through developing a commercial park, and a centre of creativity and cultural state of the art industries.

This year 338 national authorities, regional and local, as well as towns and villages and regions, public-private partnerships, all competed for the nomination of this European competition, where each country may choose up to two candidates. Exchanges of good practices and experiences raised by the European Enterprise Awards, met the primary objective, which were to be identified and recognized activities and successful initiatives, taken to promote entrepreneurship to showcase examples of best practices in entrepreneurship and to create awareness of the role of entrepreneurs in society and to encourage and inspire other entrepreneurs.        

In the 2010, edition of the European Enterprise Awards, there were six winners, and on the 31st May, 2010, Commissioner Antonio Tajani presented the prizes to the winners in Madrid.          

The Great Prize of the Jury Project went to “Entrepreneurs in Residence" (France) Agence Regionale de development des Territoires d’Auveregne.  This project attracted entrepreneurs to start their business in a region that is considered a remote rural area, by offering individual support to participants resulting in more than 300 new residences. More than 200 businesses were established and they now employ over 600 people. The region of Auvergne then expanded the programme on to the medical profession.

The prize for the promotion of Entrepreneurship went to Austria for having a project related to self-employment in the creative industry. This seminar was based in the regions’ University, focusing on preparing students to become entrepreneurs. It helped over 40 participants to develop their own business in the last five years.

The jury’s special price was given to “Times for Ethics” of Nuremberg, Germany, which aims to keep the ethnic standards in business even in a time of change or crisis by developing a strong network of volunteers, who provide valuable advice on ethics of leadership to local entrepreneurs.

The twelve selected for nomination to the awards were presented during the conference “Getting on the road to recover SMEs” organised in the City of Madrid. The conference provided a forum for exchange of good practices in implementing the Small Business Act for Europe (SBA) and highlighted a number of examples at national, regional and local authorities across the European Union.

The activity also marked the closing of the European Week of Small and Medium Businesses in 2010, campaign of over 1,200 activities across Europe, with the aim to inform potential entrepreneurs about the support available and to recognise the role of entrepreneurs in society.

From the outset, Malta almost always took part and even twice came to be shortlisted for nomination for the final.  Among the list of participants for this year, there were the Birgu Local Council and the St Paul’s Bay Local Council competing.

The Council of Birgu was competing in the category “Promotion of Entrepreneurship”, whereas that of St. Paul’s Bay competed in the category for improving the commercial environment.

These two Councils were invited to participate in the ceremony for these prestigious awards, organised by the European Commission in collaboration with the Spanish Presidency of the European Union.