Il-Kunsillier is-Sur Lawrence (Lorry) Attard / Councillor Mr Lawrence (Lorry) Attard

Lawrence Attard, magħruf aħjar bħala Lorry, twieled il-Birgu fid-9 ta’ Marzu tal-1947.  Huwa miżżewweġ lil Pauline nee Vella minn Ħaż-Żabbar u għandhom żewġt itfal, Manuel u Joseph.

Huwa attenda l-iskola primarja tal-Gvern, filwaqt li ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu ġewwa l-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu.
 
Is-Sur Lorry Attard ħadem għal tlieta u erbghin sena f’attivita portwarja mall-Malta Pilotage Corps, fejn għal 10 snin bejn l-1998 u l-2008 ħa ħsieb imexxi l-uffiċċju ta’ sħabu. Bejn l-1965 u l-2008 kien ukoll jirrapreżenta lill-ħaddiema sħabu msieħba fil-G.W.U.  Għal ħafna snin kien jagħmel parti mill-Eżekuttiv ta’ din l-istess union.  Lorry għamel parti mill-Malta Pilotage Board tal-Awtorita Marittima Maltija. 
 
Is-Sur Attard ilu wkoll żmien twil jagħmel parti mill-Kumitat Laburista tal-Birgu, mill-perjodu li dan il-Partit politiku kien taħt it-tmexxija ta’ Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Alfred Sant u Joseph Muscat.  F’dan il-Kumitat huwa serva bħala President u Segretarju.  Matul dan il-perjodu huwa serva bħala Senior Party Agent f’kull elezzjoni ġenerali mill-1985 sal-lum, kif ukoll f’dawn l-aħħar snin fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Is-Sur Attard ħa korsijiet fit-tmexxija ta’ Kumitati u relazzjonijiet pubbliċi organizzati mill-istess Partit.
 
Fl-10 ta’ Marzu, 2012, huwa kkontesta għall-ewwel darba f’isem il-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, fejn huwa ġie elett bħala Kunsillier biex jagħmel parti mill-Kunsill Lokali tal-Birgu.
 
Lawrence Attard, better known as Lorry, was born in Vittoriosa on 9 March 1947. He is married to Pauline nee Vella from Zabbar and has two sons, Manuel and Joseph.
 
He attended the Government Primary School, and took his secondary education at the De La Salle College in Birgu.
 
Mr. Lorry Attard worked ​​for 43 years with the Malta Pilotage Corps, where for 10 years, between 1998 and 2008, he led the office of his work colleagues. Between 1965 and 2008 he also represented his fellow workers as shop steward within the G.W.U.  For many years he was part of the Executive of the same union. Lorry made ​​part of the Pilotage Board of the Malta Maritime Authority.
 
Mr Attard has also been part of the Labour Committee of Birgu for a very long time, through the period that this political party was under the leadership of Dom Mintoff, Carmelo Mifsud Bonnici, Alfred Sant and Joseph Muscat. In this Committee he served as President and as Secretary. During this same period he has also served as Senior Party Agent in every general election held from 1985 until today, and in recent years in Local Council elections. Mr Attard took courses in management of committees and public relations organized by the same party.
 
On 10 March, 2012, he contested for the first time on behalf of the Labour Party for the Local Councils elections, where he was elected as Councillor to form part of the Birgu Local Council.