Il-Kunsillier is-Sur Alan Cassar / Councillor Mr Alan Cassar

 

Is-Sur Alan Cassar twieled il-Birgu fil-15 ta’ Jannar tal-1975. Huwa għandu 37 sena, miżżewweġ lil Mirabelle Cassar nee Bezzina u għandhom erbat itfal subien, Sean ta’ 13-il sena, Russell ta’ 10 snin, Jake ta’ 7 snin u Jan ta’ sentejn.

Huwa ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu ġewwa l-iskola primarja Santu Rokku fil-Birgu, fejn wara għadda u attenda l-Junior Lyceum ġewwa Bormla.  Minn hemm kompla l-istudju tiegħu ġewwa 6th Form tal-Imsida.
 
Illum Alan Cassar huwa propjetarju ta’ ħanut fil-Birgu stess, kif ukoll jaħdem fil-media u l-palk. Huwa wkoll Direttur ta’ Kumpanija tal-Media. Alan, bl-għajnuna ta’ ħafna żagħżagħ oħrajn, tella’ diversi musicals fil-Birgu f’dawn l-aħħar 17-il sena fosthom “Jesus Christ Superstar”, “Evita”, “Phantom of the Opera”, “Night Fever”, “Dance of the Vampire” u “We Will Rock You”. Dawn żgur li m’għandhomx bżonn ta’ l-ebda introduzzjoni u kienet ħidma li l-hin kollu ġegħlitu jaħdem ma’ dawn iż-żagħżagħ tal-Birgu.
 
Huwa kellu l-opportunita wkoll li wara l-palk, ħadem fuq skala nazzjonali meta ġietu l-idea li jinħadem il-film Malti “Maltageddon”. It-tim ta’ produzzjoni li  għamel “Maltageddon” tista’ tgħid twieled f’Beltna stess biex wara s-suċċess kbir li kellu “Maltageddon”, (rekord assolut għal film Malti u anke barrani fis-sena 2009), it-talent li tista’ tgħid twieled fil-Birgu baqa’ jagħmel proġett wieħed wara l-ieħor u sena wara reġa’ dderiġa t-tieni film Malti “Malta Force” u reġa’  ħareġ bl-unuri.
 
Is-sena li għadddiet idderiġa u kiteb (co writer) is-sensiela komika “Klassi Għalina” li wieħed irid jgħid li l-frott tax-xogħol kien ukoll dovut għal dawk il-ħafna snin li ħadem u għadu jaħdem maż-żagħżagħ tal-Birgu biex il-parti kbira tal-partijiet prinċipali kienu kollha fdati lill-atturi u kollegi tiegħu mill-Birgu stess. L-istess ħaġa li kien jagħmel  qabel  ħareġ għall-Kunsill se jibqa’ jagħmilha fil-futur ukoll, jiġifieri ħidma kbira biex isem il-Birgu jibqa’ jissemma fl-arti u l-kultura ma’ Malta kollha.
 
Alan Cassar kkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fl-aħħar elezzjonijiet li saru fl-10 ta’ Marzu, 2012.  Is-Sur Cassar ikkontesta f’isem il-Partit Laburista u ġie elett bħala Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Birgu.
 
 
 
 
 
 
 
Mr Alan Cassar was born in Vittoriosa on the 15th of January 1975. He is 37 years old, married to Mirabelle nee Bezzina and together they have four sons, Sean 13 years, Russell 10 years, Jake 7 years and Jan of two years.
 
He took his first education at the St Roque Primary School in Birgu where after passing his exams he attended the Junior Lyceum in Cospicua. From there he continued his studies at the 6th Form in Msida.
 
Today Alan Cassar is the owner of a shop in Birgu.  Mr Cassar also works in the media sector and on stage. He is also the Director of a media Company. Alan, with the help of many other youths, has created several musicals in Birgu in the last 17 years including "Jesus Christ Superstar", "Evita", "Phantom of the Opera", "Night Fever" "Dance of the Vampire" and "We Will Rock You". These works have made him work and spend a lot of time with these young people of Vittoriosa.
 
He also had the opportunity to work on a national scale media project, after working on stage as he came up with the idea of ​​creating the Maltese film "Maltageddon". One can say that this talented production team of "Maltageddon" was born in Birgu itself.  "Maltageddon" was a great success (absolute record for Malta and even foreign film in 2009) and this made Mr Cassar direct one year later the second Maltese film "Malta Force" and he re-emerged with honors.
 
Last year he directed and wrote (co writer) the comic series "Klassi Għalina" that one must say the results of this work was also due to the many years he worked and still works with the youths of Birgu and of which most of the main parts were all entrusted to the actors and colleagues from Birgu itself. He will continue to work with them in the future too, to make sure that the name of Birgu remains engraved in art and culture all around Malta.
 
Alan Cassar contested for the first time the Local Council elections in the last elections held on 10th March, 2012. Mr Cassar contested these elections on behalf of the Labour Party and was elected as a Councillor within the Birgu Local Council.