IL-KUNSILL LOKALI TAL-BIRGU JIEĦU SEHEM FIL-KONFERENZA TA’ L-ALDA FI STRASBOURG

IL-KUNSILL LOKALI TAL-BIRGU JIEĦU SEHEM FIL-KONFERENZA TA’ L-ALDA FI STRASBOURG
 
 
Bejn il-Ħamis 5 u l-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 2014 is-Sindku tal-Birgu s-Sur John Boxall, akkumpanjat mis-Segretarja Eżekuttiva s-Sinjura Fiona Said, attendew għall-konferenza tal-European Association for Local Democracy Agencies li saret fil-Kunsill tal-Ewropa fi Strasbourg fi Franza.
 
Għas-Segretarja Eżekuttiva, s-Sinjura Fiona Said, din kienet l-ewwel konferenza tagħha bħala rapreżentanta tal-Kunsill Lokali tal-Birgu
 
               Is-Sindku, is-Sur John Boxall flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva, is-Sinjura Fiona Said
                                             quddiem il-Bini tal-Kunsill Ewropew fi Strasbourg
 
Imsieħeb f’din l-assoċjazzjoni sa madwar sentejn ilu, kienu bosta l-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja li l- Kunsill Lokali tal-Birgu bbenefika minnhom u kompla jibni u jtejjeb ir-reputazzjoni tiegħu ma’ aktar bliet ta’ pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropeja.
 
L-ewwel ġurnata tal-konferenza nfetħet mill-President tal-ALDA, Oriano Otocan, fejn ma setax jibda qabel ma wera s-sodisifazzjon tiegħu għall-ammont ta` delegati li kienu preżenti għal din il-konferenza u dan kienu kollha frott tax-xogħol li sar minn din l-assoċċjazjoni matul din is-sena. Kompla billi qal li dan jidher bl-aktar mod ċar ta` kif l-assoċċjazzjoni minn sena għal oħra qegħda tikber. Il-President tkellem dwar il-funzjoni ta` din l-organizazzjoni u dwar id-diversi pjanijiet li għandha fil-futur u ta` kif ser jiġu mplimentati diversi proġetti l-aktar ikunu dak iffinanzjatti mill-Unjoni Ewropea, fejn matul l-aħħar sena reġa` kien hemm numru sodisfaċenti ta` proġetti li applikat għalihom din l-assoċċjazzjoni u li ġew approvati.
 
Il-President temm il-messaġġ tiegħu fejn irringrazzja lid-delegati preżenti tal-preżenza u tas-support tagħhom u awgura suċċess lid-delegati matul din il-konferenza.
 
Il-konferenza kompliet fejn tkellmu wkoll diversi persuni prominenti fil-Kunsill tal-Ewropa fejn kollha wrew l-importanza tal-Ewropa magħquda li permezz ta` proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja, dawn qed ikomplu jagħmlu dan billi jresqu lejn xulxin il-lokalitajiet tal-pajjizi membri. Dawn ukoll urew is-sodisfazzjon tagħhom għax-xogħol li qed tagħmel din l-assoċċjazjoni.
 
Diversi kelliema oħra li kienu qegħdin jirrapreżentaw lil lokalita` tagħhom mill-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropeja tkellmu dwar il-proġett W.T.D li nvolva f`wieħed u għoxrin organizazzjoni minn sittax-il pajjiż differenti.
 
Fit-tieni ġurnata ta` din il-konferenza, il-membri fi ħdan l-Assoċjazzjoni ALDA fosthom il-Kunsill Lokali tal-Birgu, kellhom l-opportunita` jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar id-diversi rapporti li ngħataw mill-ogħla uffiċjali ta` din l-assoċċjazzjoni. Wara diversi interventi, dawk preżenti vvuttaw biex taw l-approvazzjoni tagħhom għal dawn ir-rapporti.
 
Lejn l-aħħar ta` din il-konferenza d-delegati tal-lokalitajiet kollha vvuttaw biex jagħtu l-approvazzjoni tagħhom għal ħatriet tal-uffiċjali u għad-diversi deċizjonijiet oħra li kien hemm bżonn jittieħdu għal futur ta` din l-Assoċċjazzjoni.
 
Fit-tmiem din il-konferenza, is-Sindku John Boxall flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv, is-Sinjura Fiona Said attendew għal-riċiviment li ġie organizzat f`okkazzjoni tal-għaxar snin ta` tkabbir u sħubija fl-Unjoni Ewropea ta` seba` pajjizi fostom Malta. Għal din l-okkazzjoni kienu prezenti l-Ambaxxaturi ta` dawk is-seba` pajjizi, fosthom ma kienx nieqes l-Ambaxxatur Malti fil-Kunsill tal-Ewropa, l-Eċċelenza Tiegħu, l-Imħallef Dr.Joseph Filetti bħal sħabu għamel diskors dwar is-sitwazzjoni tal-Gżejjer Maltin matul dawn l-aħħar għaxar snin.
 
Din iż-żjara fil-Kunsill tal-Ewropa fi Strasbourg reġgħet tat l-opportunita` lil Kunsill Lokali tal-Birgu li jiltaqa` ma` diversi esponenti minn oqsma differenti, fejn wħud minnhom urew ix-xewqa li jissieħbu bhala msieħba mal-Kunsilli Lokali tal-Birgu fi proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja.
 
B`dawn il-kuntatti, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ser ikun qiegħed jibbenifika minnhom fis-snin li ġejjin, fejn il-lokalita` tal-Birgu ser tibqa` dejjem fuq quddiem bl-aħjar reputazzjoni fil-Gzejjer Maltin u mhux anqas barra minn xtutna.