Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jagħti bidu għall-proġett tal-qlugħ tal-aerials mingħajr użu minn fuq il-bjut fil-lokalita tiegħu.

 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jagħti bidu għall-proġett ta’ qlugħ ta’ aerials minn fuq il-bjut fil-lokalita tiegħu
 

          

    
Il-Ħaddiema tal-ETC assenjati mal-Kunsill waqt il-qlugħ tal-aerials
                                            minn fuq bejt
Workers assigned to the Local Council by the ETC during the works
 

 
 
 
Nhar l-Erbgha 9 ta’ Mejju, 2012, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ta bidu għall-progett tal-qlugħ ta’ aerials mingħajr użu minn fuq il-bjut fil-lokalita tiegħu, mingħajr ebda piż finanzjarju fuq ir-residenti. Dan il-proġett seta’ jingħata bidu wara li r-residenti tal-Birgu, permezz ta’ applikazzjoni li kienet tqassmet bieb bieb mill-Kunsill Lokali, urew l-interess sabiex jinqalgħalhom l-aerial mingħajr użu minn fuq il-bjut tagħhom.
 
Il-Kunsill irċieva mija u wieħed u sebgħin (171) applikazzjoni direttament mir-residenti, imma matul il-proċess tal-qlugħ ta’ dawn l-aerials kien u għadu qed jiġi nnutat li hemm ammont sostanzjali ta’ aerials oħra fuq bjut ta’ djar u appartamenti battala u li m’għadhomx abitabbli. Dawn ukoll, b’kuntatt dirett mal-qraba ta’ dawn in-nies li kienu joqogħdu f’dawn il-postijiet, l-aerials qed jinqalgħu.
 
Dan il-proġett, illum nistgħu ngħidu li qiegħed avvanzat ħafna fil-proċess tiegħu u dan hu kollu dovut mhux biss għar-residenti li qed jikkoperaw bis-sħiħ, imma wisq aktar għall-ħaddiema tal-ETC assenjati mal-Kunsill Lokali tal-Birgu taħt l-iskema “Xogħol fil-Komunita” li offrew minn jeddhom biex jidħlu għal dan il-proġett. Hawnhekk ta’ min ifaħħar lil dawn il-ħaddiema għax-xogħol u għall-għajnuna li qed jagħtu lill-Kunsill Lokali tal-Birgu mhux biss f’dan il-proġett imma wkoll fi proġett oħrajn li l-istess Kunsill qed jagħmel fil-lokalita tiegħu bħal, per eżempju, t-tisbieħ u t-tindif f’postijiet fil-lokalita u x-xogħol ta’ manutenzjoni fil-Berġa ta’ Franza, li minn hawn u ftit taż-żmien ieħor ser tkun l-Uffiċini Amministrattivi tal-istess Kunsill.
 
Kif wieħed jista’ jinnota b’dan il-proġett ta’ qlugħ ta’ aerials f’din il-lokalita qed tingħata dehra isbaħ lil-lokalita tal-Birgu u xejn inqas dik aktar nadifa lil din il-Belt Storika.
 
 
Dak kollu li nqala' minn fuq bejt wieħed
All the aerials removed from only one rooftop
 

 

The Birgu Local Council begins its project to remove the aerials without use form the rooftop of its locality.
  
On Wednesday 9th May, the Birgu Local Council started its project of the removal of unuseful aerials from the rooftop of its locality.
This project was initiated after the residents of Vittoriosa, showed interest to have their aerials removed, upon an application which was issued by the Local Council. This project, which is being offered free of charge, with the help of the workers assigned to the council by the Employment & Training Corporation.
The Council believes that the project not only is beneficial to the residents of Birgu, especially to the older residents of this City, will surely help to beautify this Historic City.
The Birgu Local Council, whilst thanking all the residents who are currently participating and helping in this project, the first of its sort, in the locality, encourages all those interested in participating to contact the council’s administrative office during office hours on 21662166 or by email birgu [dot] lcatgov [dot] mt