Il-Koppja Olandiża, s-Sinjuri Remco u Jessica Slik, jisponsorjaw Kors tal-Kompjuter lit-tfal tal-Birgu ta' bejn il-5 u l-10 snin /The Dutch couple, Mr Remco and Mrs Jessica Slik sponsor a computer course for all the children of Birgu aged between 5 and 10

Il-Koppja Olandiża, s-Sinjuri Remco u Jessica Slik, jisponsorjaw kors tal-kompjuter lit-tfal kollha tal-Birgu ta' bejn il-5 u l-10 snin

 

Id-Diretturi tal-5-Star Boutique Hotel “Palazzo Vittoriosa”, il-koppja Slik nhar l-Erbgħa 26 ta’ Mejju, 2010, ppreżentaw lis-sponsor tagħhom lill-Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex fix-xhur tas-sajf isiru korsijiet tal-kompjuter lit-tfal kollha tal-Birgu ta’ bejn il-ħames (5) u l-għaxar (10) snin mingħajr ebda ħlas, li jinkludi wkoll ikel waqt il-ħin ta’ rikreazzjoni tul dan il-kors lil kull tifel u tifla.

 

Din il-preżentazzjoni saret fil-Librerija Reġjonali li tinsab f’waħda mill-binjiet l-aktar Storici fil-Birgu, dik tal-Berġa tal-Ingilterra.

 

Is-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall, f’diskors qasir, għan-nom tal-Kunsill u għan-nom tat-tfal kollha tal-Birgu, rringrazzja lill-koppja Olandiża għal dan l-isponsor u sejjaħ dan il-ġest bħala wieħed nobbli u tal-aħjar investiment għal ulied din il-Belt. Is-Sindku kompla billi qal li dan il-ħsieb tal-koppja Slik huwa l-akbar garanzija għall-futur aħjar ta’ wliedna u tal-akbar ġenerazzjoni futura ta’ din il-Belt Marittima. Dan il-ħsieb għandu jkun ta’ eżempju ċar lill-imprendituri oħrajn sabiex anke huma jkunu ta’ għajnuna u jagħtu s-sehem tagħhom f’dan il-qasam. J’Alla fil-futur qarib ikollna aktar bħall-koppja Slik li jgħinu lill-Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex fis-settur edukattiv ikun jista’ jilħaq l-għanijiet tiegħu biex din il-Belt tkun verament mhux aħjar imma l-aħjar.

 

Kien imiss lis-Sur Remco Slik sabiex jagħmel d-diskors qasir tal-okażżjoni fejn stqarr li l-proġett tar-restawr ta’ Palazzo Vittoriosa li huwa mistenni li jinfetaħ fir-Rebbiegħa li jmiss, bħala 5-star Bed and Breakfast, huwa nvestiment kbir, iżda llum qegħdin hawn biex isaħħu u jikkonfermaw l-impenn tagħhom f’investiment ikbar u aktar bżonnjuż, l-investiment fit-tfal tal-Birgu.

 

Is-Sinjuri Slik jinsabu ferm kuntenti li jistgħu jkunu parti minn dan il-proġett ta’ SkolaSajf, li ser tgħin lit-tfal jitgħallmu l-użu tal-kompjuter, mingħajr ħlas.

 

Wieħed ma jistax ma jarax l-importanza ta’ dan il-proġett. Esperti jsostnu li fi żmien ħames snin, 90% tal-impjiegi ser jinħtieġu “ICT Skills”. Aktar minn hekk, l-istudji nternazzjonali juru li kull Ewro, li jiġi nvestit fl-edukazzjoni, ser jirritorna 7 Ewro lura. Is-Sur Slik qal li hi għal din ir-raguni li jemmen li dan il-proġett ser ikun ta’ suċċess kbir. Is-Sur Remco Slik żied jgħid li huma jinsabu ħerqana li jibda dan il-kors u jemmnu li l-parteċipanti ser jieħdu pjaċir jitgħallmu affarijiet ġodda.

 

Is-Sur Remco Slik temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Birgu tal-appoġġ kontinwu mgħoti lilu u lil martu fit-tkomplija tal-proġett tagħhom, l-ewwel wieħed ta’ din ix-xorta f’din il-Belt u dan il-ġest huwa biss ġest żgħir li bih jistgħu jirreċiprokaw.

 

  

 

 

 

The Dutch Couple, Mr Remco and Mrs Jessical Slik, sponsor a computer course for all the children of Birgu aged between five and ten

 

The Directors of the 5-star Boutique Hotel “Palazzo Vittoriosa”, the couple Slik, on Wednesday 26th May, 2010, presented their sponsor to the Birgu Local Council, so that in the summer months a computer course will be organised for free for all the children of Birgu aged five (5) to ten (10) years.

 

During this course, the children will also be offered healthy food during their recreation.

 

This presentation was held at the Regional Library, located in one of the prestigious Historical buildings found in Birgu, the Auberge d’Angleterre.

 

The Mayor of Birgu, Mr John Boxall, in his short speech, on behalf of the Birgu Local Council and the children of this locality, thanked the Dutch couple for sponsoring this course and added that this was a very noble gesture and a great investment in the children of this City. The Mayor continued by adding that this gesture by the couple Slik, should be seen as a guarantee for a better future for the children and the future generation of this Maritime City. This should set a clear example to the other entrepreneurs to further invest in education and give their share value in this area.

 

Hoping that in the near future Birgu will have others like the couple Slik, who out of their own will, will help the Birgu Local Council to achieve their goal set for the educational sector, so that this City will not onlybe better but the best.

 

It was then Mr Remco Slik’s time to make a short speech, who said that Palazzo Vittoriosa, their 5-Star Bed and Breakfast, which will open in Spring next year, is obviously a huge investment, however, today they are here to confirm their commitment for a much more important investment, an investment in the children of Birgu.

 

Mr and Mrs Slik are very happy that they can be part of this summer school project, enabling the young children to acquire computer skills, completely free of charge.

 

The importance of this project cannot be overstated. Experts tell us that in five years time, 90% of all jobs will require ICT Skills. Furthermore, international studies show that from every Euro, that is spent on education, 7 Euros will come back in return. That is why, he added, they are convinced that this project is going to be a great success. Mrs Slik said that they are looking forward for this course to start and wish that all the participants will have fun learning new skills.

 

Mr Remco Slik ended his speech by thanking the Birgu Local Council for the support being given to him and his wife during the ongoing process of their project, the first one of its kind in this City and this is only a small gesture to reciprocate.